Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1564

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2001 tal-31 ta’ Lulju 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000 rigward l-ippakkjar bil-vakwu ta’ ċerti qatgħat tal-laħam taċ-ċanga ta’ l-intervent u li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 1209/2001

ĠU L 208, 1.8.2001, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2006; Imħassar b' 32006R1669

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1564/oj

32001R1564



Official Journal L 208 , 01/08/2001 P. 0014 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2001

tal-31 ta’ Lulju 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000 rigward l-ippakkjar bil-vakwu ta’ ċerti qatgħat tal-laħam taċ-ċanga ta’ l-intervent u li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 1209/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1512/2001 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 47(8) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1082/2001 [4], jistabbilixxi regolari partikolari dwar l-ippakkjar minnufih tal-qatgħat wara li jitneħħielhom il-għadam mill-laħam u l-ħtiġiet speċifiċi għat-tneħħija tal-għadam għall-intervent.

(2) Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni rigward il-possibbiltà tal-ippakkjar bil-vakwu ta’ ċerti qatgħat individwali tal-laħam taċ-ċanga ta’ l-intervent. Ir-Regolament (KE) Nru 562/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(3) L-Artikolu 1(2)(b) tal-verżjoni bl-Ingliż tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1209/2001 tal-20 ta’ Ġunju 2001 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 562/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1496/2001 [6], fih żball. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiġi kkoreġut.

(4) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 562/2000, jiżdied il-punt 3 li ġej:

"3. L-IPPAKKJAR BIL-VAKWU TA’ ĊERTI QATGĦAT INDIVIDWALI

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-ippakkjar bil-vakwu minflok it-tgeżwir individwali kif ipprovvdut fil-punt 1 għall-qatgħat tal-kodiċi INT bin-numri 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 19."

L- Artikolu 2

L-Artikolu 1(2)(b) tal-verżjoni bl-Ingliż tar-Regolament (KE) Nru 1209/2001 għandu jinqara kif ġej:

"(b) dan li ġej jista’ jinxtara għall-intervent: kwarti ta’ quddiem b’ħames kustilji miksuba bl-użu ta’ qatgħa dritta mill-karkassi jew min-nofs karkassi riferiti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000; il-prezz tal-kwarti ta’ quddiem għandu jiġi kkalkolat billi jiġi applikat il-koeffiċjent ta’ 0,80 għall-prezz tal-karkassi."

L- Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.06.1999, p. 21.

[2] ĠU L 201, tas-26.07.2001, p. 1.

[3] ĠU L 68, tas-16.03.2000, p. 22.

[4] ĠU L 149, tat-2.6.2001, p. 19.

[5] ĠU L 165, tal-21.6.2001, p. 15.

[6] ĠU L 197, tal-21.7.2001, p. 3.

--------------------------------------------------

Top