Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0939

    IR-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta' Mejju 2000 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta' għajnuna b'rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd

    ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1420

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/939/oj

    32001R0939



    Official Journal L 132 , 15/05/2001 P. 0010 - 0013


    IR-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001

    tal-14 ta' Mejju 2000

    li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta' għajnuna b'rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 24(8) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, li rrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 [2] b'effett mill-1 ta' Jannar 2001, jipprovdi biex għajnuna b'rata fissa tingħata taħt ċerti kondizzjonijiet lil organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiritiraw mis-suq il-prodotti elenkati fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

    (2) Fl-interess ta' l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni, il-proċeduri meħtieġa fil-kuntest ta' għajnuna b'rata fissa għandhom ikunu l-istess bħal dawk li japplikaw għall-kumpens finanzjarju u l-għajnuna għall-konservazzjoni, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd [3] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' għajnuna carry-over għal ċerti prodotti tal-sajd [4].

    (3) Il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' għajnuna b'rata fissa għandhom għalhekk jiġu stabbiliti abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4176/88 tat-28 ta' Diċembru 1988 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għal-għoti ta' għajnuna b'rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd [5], skond kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3516/93 [6], għandhom jiġu revokati. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabblixxi standards komuni għall-marketing ta' ċerti prodotti tas-sajd [7], skond kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2578/2000 [8], jipprovdi li l-prodotti li jiġu klassifikati bħala kategorija B m'humiex eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mogħtija dwar l-irtirar kif previst fl-organizzazzjoni tas-suq komuni. Peress li prodotti ta' kwalità Extra "E" u "A" biss huma eliġibbli għall-għajnuna b'rata fissa deskritta fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-kalkolu tal-kwantitajiet eliġibbli għal din l-għajnuna għandu jiġi ibbażat biss fuq dawn il-kategoriji ta' prodotti.

    (4) Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jridu jiġu osservati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-kuntest ta' l-iskema tal-għajnuna b'rata fissa.

    (5) L-għajnuna b'rata fissa tista' titħallas biss fl-aħħar tas-sena tas-sajd. Iżda, għandu jkun hemm disposizzjoni għall-possibiltà li jingħataw flus bil-quddiem bil-kondizzjoni li tiġi depożitata garanzija.

    (6) L-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati biex jistabbilixxu l-valur standard użat biex tiġi kalkulata l-għajnuna b'rata fissa analizzata skond id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati kif previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1501/83 tad-9 ta' Ġunju 1983 dwar it-tneħħija ta' ċerti prodotti tas-sajd li kienu suġġetti għall-miżuri biex jistabilizzaw is-suq [9], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1106/90 [10].

    (7) Bħala għajnuna biex tiġi garantita l-kwalità tal-prodott u t-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti, il-kondizzjonijiet minimi applikabbli għall-ipproċessar, u l-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħażna u r-rilaxx mill-ġdid fis-suq tal-prodotti pproċessati għandhom jiġu stabbiliti.

    (8) Ir-riċevituri tal-għajnuna għandhom iżommu reġistru dwar l-istokk li jkun fih iċ-ċifri tar-rilaxx fis-suq, l-irtirar mis-suq u l-ammonti (f'kilogrammi) li jitħallew minn xahar għal ieħor sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-verifiki u dawn għandhom jagħtu din l-informazzjoni lill-Istat Membru. Ikun biżżejjed għall-finijiet tal-ġestjoni tajba tal-mekkaniżmu li jintalbu r-reġistri dwar l-istokk matul il-perjodi minimi tal-ħażna.

    (9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    Disposizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    Biex jikkwalifikaw għall-għajnuna b'rata fissa, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru l-lista ta' prodotti elenkati skond il-kategorija u l-prezz awtonomu ta' l-irtirar imsemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd.

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu japplikaw prezz awtonomu ta' l-iritirar li jaqbeż il-livell massimu msemmi fl-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għal kategorija waħda ta' prodott jew aktar. Iżda, dawn jitilfu l-jedd għall-għajnuna b'rata fissa għall-kategorija jew il-kategoriji li dwarhom jinqabeż il-livell massimu.

    Artikolu 2

    L-għajnuna b'rata fissa għandha titħallas lill-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata biss kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru in kwistjoni jkunu sodisfatti li l-kwantitajiet li dwarhom issir l-applikazzjoni għall-għajnuna ma jaqbżux il-limitu mogħti fl-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

    KAPITOLU II

    Il-kondizzjonijiet biex tingħata l-għajnuna bir-rata fissa kif imsemmi fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "kumpens b'rata fissa")

    Artikolu 3

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli minn 1 sa 4 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000 għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-għoti ta' kumpens b'rata fissa.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur standard li għandu jintuża biex jiġu kkalkulati l-kumpens b'rata fissa u l-flus mogħtija bil-quddiem marbuta magħhom, analizzati skond id-destinazzjoni tal-prodotti irtirati kif imsemmi fl-Artikolu 1(b), (ċ), u (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1501/83.

    Il-valur standard għandu jiġi stabbilit fil-bidu tas-sena tas-sajd u għandu jkun l-istess għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat, billi tintuża bħala bażi l-medja ta' l-introjti mit-tneħħija permezz tal-ħwienet fl-Istati Membri konċernati matul is-sitt xhur ta' qabel ma jiġi stabbilit dak il-valur. Dak il-livell għandu jiġi emendat jekk bidliet sinifikanti u fit-tul jiġu notati fl-introjti fis-suq ta' l-Istat Membru konċernat.

    KAPITOLU III

    Il-kondizzjonijiet biex tingħata l-għajnuna bir-rata fissa msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 (minn issa 'l quddiem magħrufa bħala "il-premju bir-rata fissa")

    Artikolu 5

    1. L-ammont tal-premju bir-rata fissa għandu jiġi stabbilit qabel il-bidu ta' kull sena tas-sajd skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000. L-ammont għandu jiġi stabbilit skond il-piż unitarju, li għandu jiġi applikat għall-piż nett ta' kull prodott elenkat fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

    2. L-ammont tal-premju bir-rata fissa għandu jiġi kalkolat abbażi ta' l-ispejjeż tekniċi reali u finanzjarji ta' l-operat meħtieġa għall-istabbiltà u l-ħażna tal-prodotti in kwistjoni kif irreġistrati fil-Komunità matul is-sena tas-sajd preċedenti.

    3. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala spejjeż tekniċi:

    (a) spejjeż ta' l-enerġija;

    (b) spejjeż relattati max-xogħol tal-ħażna u r-rilaxx mill-ħażna;

    (ċ) spiża ta'materjal għall-ippakkjar dirett;

    (d) spejjeż ta' proċessar (ingredjenti);

    (e) spiża tat-trasport mill-post tal-ħatt għall-post ta' l-ipproċessar.

    4. L-ispejjeż finanzjarji għandhom ikunu somma b'rata fissa ta' 10 ewro kull tunnellata metrika għas-sena 2001. Minn hemm 'il quddiem l-ammont bir-rata fissa għandu jiġi aġġustat kull sena billi tintuża r-rata ta' l-interessi stabbilita ta' kull sena skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 [11].

    5. Il-livell tal-premju bir-rata fissa stabbilit għas-sena tas-sajd in kwistjoni għandu jgħodd għall-prodotti li jidħlu fil-ħażna matul dik is-sena, irrispettivament mit-tmiem tal-perjodu tal-ħażna.

    Artikolu 6

    L-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2814/2000 għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-għoti tal-premju bir-rata fissa.

    Artikolu 7

    Il-premju bir-rata fissa għandu jitħallas lill-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata biss kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru konċernat jissodisfaw ruħhom li l-kwantitajiet li dwarhom tkun saret applikazzjoni għall-premju ikunu ġew ġew ipproċessati jew maħżuna, jew ippreservati, u sussegwentement maħruġa lura fis-suq, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2814/2000.

    KAPITOLU IV

    Disposizzjonijiet finali

    Artikolu 8

    1. L-applikazzjonijiet għall-premju tal-għajnuna bir-rata fissa għandhom jitressqu mill-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata lill-awtoritajiet kompenti ta' l-Istat Membru mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-tmiem tas-sena tas-sajd in kwistjoni. Dawn għandu jkollhom ta' lanqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness.

    2. Premji bil-quddiem għandhom jingħataw kull xahar fuq talba tal-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata għall-kwantitajiet iritrati jew imħollija, bil-kondizzjoni li din tagħmel garanzija ta' mill-inqas 105 % ta' l-ammont avanzat.

    3. L-ammont tal-ħlas jew ħlasijiet bil-quddiem għandu jiġi stabbilit abbażi tal-proporzjon proviżorju tal-kwantitajiet irtirati meta mqabbla mal-kwantitajiet maħruġa għall-bejgħ matul il-perjodu in kwistjoni. Il-kalkolu tal-ammont għandu jiġi aġġustat kull xahrejn wara x-xahar in-kwistjoni abbażi tat-transazzjonijiet li jkunu attwalment saru u ġew irrapportati bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness.

    4. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iħallsu l-għajnuna bir-rata fissa sa tmien xhur mit-tmiem tas-sena tas-sajd. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-korp nominat sabiex iħallas l-għajnuna bir-rata fissa.

    Artikolu 9

    1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta' verifiki sabiex jiċċekkjaw li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjonijiet għall-ħlas tkun tikkorrispondi mal-kwantitajiet attwalment maħruġa għall-bejgħ u rtirati mis-suq mill-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata.

    2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna jżommu reġistru ta' l-istokk skond il-mudell stabbilit fl-Anness.

    3. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw id-data, l-ispeċi u l-kwantità tal-prodotti rtirati jew imħollija lill-Istat Membru kull xahar.

    Artikolu 10

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament malli dawn jiġu addottati, u f'kull każ qabel l-1 ta' Lulju 2001. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri eżistenti fil-qasam kopert bl-Artikolu 9(1) qabel l-1 ta' Lulju 2001.

    Artikolu 11

    Ir-Regolament (KEE) Nru 4176/88 qed jiġi revokat.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Ġunju 2001.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fl-14 ta' Mejju 2001.

    Għall-Kummissjoni.

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni.

    [1] ĠU L 17, 21.01.2000, p. 22.

    [2] ĠU L 388, 31.12.1992, p. 1.

    [3] ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.

    [4] ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

    [5] ĠU L 367, 31.12.1988, p. 63.

    [6] ĠU L 320, 22.12.1993, p. 10.

    [7] ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1.

    [8] ĠU L 298, 25.11.2000, p. 1.

    [9] ĠU L 152, 10.06.1983, p. 22.

    [10] ĠU L 111, ta' l-1.5.1990, p. 50.

    [11] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top