EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0594

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fl-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent u fin-network Ewropew ta' l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent

ĠU L 213, 7.8.2001, p. 111–111 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/594/oj

Related international agreement

32001D0594



Official Journal L 213 , 07/08/2001 P. 0111 - 0111


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta' Ġunju 2001

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fl-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent u fin-network Ewropew ta' l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent

(2001/594/KE)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1), mod konformi ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) miġjubin fih,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) L-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent u n-network Ewropew ta' l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent kienu stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1210/90 [2].

(2) Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu (Diċembru 1997) ħaseb biex il-parteċipazzjoni fil-programmi u aġenziji Komunitarji tkun mezz kif tiġi stabbilita strateġija qabel id-dħul tal-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Fil-każ ta' l-aġenziji, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jipprovdu li "l-aġenziji Komunitarji li fihom il-pajjiżi applikanti jkunu jistgħu jipparteċipaw jiġu determinati kull każ għalih".

(3) Il-Kunsill Ewropew ta' Ħelsinki (Diċembru 1999) reġa' afferma n-natura inklussiva tal-proċess ta' adeżjoni, li issa jinkludi 13-il pajjiż kandidat f'qafas wieħed bil-pajjiżi kandidati jipparteċipaw fil-proċess ta' adeżjoni taħt l-istess kondizzjonijiet.

(4) Il-Kunsill, skond l-Artikolu 300(1) tat-Trattat, ta' l-14 ta' Frar 2000 awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi n-negozjati fir-rigward tal-parteċipazzjoni fl-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent mill-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fl-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent u fin-network Ewropew ta' informazzjoni dwar u osservazzjoni ta' l-ambjent hija approvata f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mniżżel bħala l-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiddepożita n-notifikazzjoni hekk kif previst fl-Artikolu 17 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] Opinjoni ppreżentata fil- 31.5.2001 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 120, tal-11.05.1990, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 933/1999 (ĠU L 117, tal-5.5.99, p. 1).

--------------------------------------------------

Top