Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0505

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa Nru 105 tal-Ġnus Magħquda dwar l-approvazzjoni ta' vettruri maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq mal-karatteristiċi speċifiċi tal-kostruzzjoni tagħhom

ĠU L 183, 6.7.2001, p. 33–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/505/oj

32001D0505



Official Journal L 183 , 06/07/2001 P. 0033 - 0033


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ġunju 2001

dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa Nru 105 tal-Ġnus Magħquda dwar l-approvazzjoni ta' vettruri maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq mal-karatteristiċi speċifiċi tal-kostruzzjoni tagħhom

(2001/505/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Ġnus Magħquda dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vettruri bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitqiegħdu u/jew jintużaw fuq vettruri bir-roti u l-kundizzjonijiet għat-tagħrif reċiproku ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim ta' l-1958 Rivedut")(1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni(2),

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew(3),

Billi:

(1) Il-kundizzjonijiet standard tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa Nru 105 tal-Ġnus Magħquda dwar l-approvazzjoni tal-vettruri maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża inkonnessjoni mal-karatteristiċi speċifiċi tal-kostruzzjoni tagħhom huma maħsuba biex ineħħu l-barrieri tekniċi għall-kummerċ fil-vettruri bil-mutur bejn il-partijiet kontraenti inkonnessjoni mal-karatteristiċi speċifiċi ta' kostruzzjoni ta' vettruri maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża biex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni ta' l-ambjent.

(2) Ir-Regolament Nru 105 ġie nnotifikat lill-Partijiet Kontraenti u daħal fis-seħħ inkonnessjoni mal-Partijiet Kontraenti kollha li ma bagħtux jgħidu li ma jaqblux sad-data jew dati speċifikati fih bħala Regolament anness mal-Ftehim Rivedut ta' l-1958.

(3) Ir-Regolament Nru 105 għandu jiġi inkorporat fis-sistema ta' approvazzjoni tal-Komunità għall-vettruri bil-mutur u għalhekk jiżdied mal-leġislazzjoni li hemm fis-seħħ ġewwa l-Komunità,

IDDEĊIEDA SKOND DAN LI ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-Komunità Ewropea għandha tiffirma r-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa Nru 105 tal-Ġnus Magħquda dwar l-approvazzjoni tal-vettruri maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża inkonnessjoni mal-karatteristiċi speċifiċi tal-kostruzzjoni tagħhom.

It-test tar-Regolament huwa mehmuż ma' dan(4).

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

T. ÖSTROS

1 ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 78.

2 ĠU C 274 E, tas-26.9.2000, p. 76.

3 Approvazzjoni mogħtija fil-15 ta' Mejju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

4 Dan ir-Regolament jiġi ppubblikat f'Ġurnal Uffiċjali ġejjieni.

Top