This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0405
2001/405/EC: Commission Decision of 4 May 2001 establishing the ecological criteria for the award of the Community eco-label to tissue-paper products (notified under document number C(2001) 1175)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-prodotti tal-karta fina (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 1175)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-prodotti tal-karta fina (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 1175)
ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10–17
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 09/07/2009; Imħassar b' 32009D0568(01)
Official Journal L 142 , 29/05/2001 P. 0010 - 0017
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-prodotti tal-karta fina (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 1175) (2001/405/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 [1] dwar skema riveduta ta' għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja, u partikolarment l-Artikoli 3, 4 u 6 tagħha, Billi: (1) l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-eko-tikketta tista' tkun ippremjata għal prodott li jippossjedi karatteristiċi li jippermettu li ssir kontribuzzjoni sinifikattiva għall-iżviluppi relatati ma' l-aspetti ambjentali ewlenija. (2) l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji għall-ittikkettjar ekoloġiku speċifiku għandhom ikunu stabbiliti skond il-gruppi ta' prodott. (3) l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li r-reviżjoni tal-kriterji għall-ittikkettjar ekoloġiku kif ukoll dik tal-istima u t-talbiet ta' verifikazzjoni relatati mal-kriterji għandhom isiru fil-ħin qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta' prodott u għandha tirriżulta fi proposta għall-estensjoni, irtirar jew reviżjoni. (4) Bid-Deċiżjoni 98/94/KE [2], il-Kummissjoni stabbiliet kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-prodotti tal-karti fini, li, bi qbil ma' l-Artikolu 3 tagħha, kif modifikat mid-Deċiżjoni 2000/413/KE [3], tintemm fil-31 ta' Diċembru 2001. (5) Huwa xieraq li tiġi eżaminata d-definizzjoni tal-grupp ta' prodott u l-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti mid-Deċiżjoni 98/94/KE sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fis-suq. (6) Huwa xieraq li tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi speċifikati għal dan il-grupp ta' prodott, li għandha tibqa' valida għal perjodu ta' ħames snin. (7) Huwa xieraq li, għal perjodu limitat ta' mhux iktar minn 12-il xahar, kemm il-kriterji ġodda stabbiliti b'din id-Deċiżjoni u l-kriterji diġà stabbiliti bid-Deċiżjoni 98/94/KE jibqgħu validi fl-istess ħin bil-ħsieb li jippermettu li jingħata żmien suffiċjenti għal kumpaniji li kienu ppremjati t-tiketta ekoloġika għall-prodotti tagħhom qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ġdida, jadattaw dawn il-prodotti tagħhom in konformità mal-kriterji l-ġodda. (8) Dawn il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni ġew żviluppati u adottati taħt il-proċeduri għat-twaqqif tal-kriterji għall-ittikkettjar ekoloġiku mneżżlin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000. (9) Il-miżuri mwaqqfa f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 17 tar-regolament (KE) Nru 1980/2000, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-grupp ta' prodott "prodotti ta' karti fina" (minn hawn "il quddiem imsejjaħ bħala" il-grupp ta' prodott') għandha tfisser: Folji u rollijiet tal-karti fini għall-użu ta' l-iġjene personali, assorbazzjoni ta' likwidi u/jew tindif ta' wċuħ mill-ħmieġ. Il-prodott tal-karta fina normalment jikkonsisti minn karta creped jew karta abbozzata f'barma waħda jew aktar. Il-kontenut tal-fibri tal-prodott għandu jkun ta' l-inqas 90 %. Prodotti tal-karta laminati mqassma fi strati u karti li bihom timsaħ u tixxota huma esklużi mill-grupp ta' prodott. Artikolu 2 Il-ħidma ambjentali tal-grupp ta' prodotti kif imfisser fl-Artikolu 1 għandha tkun stmata b'referenza għall-kriterji speċifiċi ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness. Artikolu 3 It-tifsira ta' grupp ta' prodotti u l-kriterji għall-grupp ta' prodotti għandha tkun valida għal ħames snin mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Il-perjodu ta' validità tad-definizzjoni ta' grupp ta' prodotti u l-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 98/94/KE, kif modifikat bid-Deċiżjoni 2000/413/KE, għandu jitwal sabiex jintemm 12-il xahar wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ. Artikolu 4 Għal għanijiet amministrattivi n-numru ta' kodiċi assenjat għall-grupp ta' prodotti għandu jkun "004". Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Mejju 2001. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1. [2] ĠU L 19, ta' l-24.1.1998, p. 77. [3] ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 63. -------------------------------------------------- L-ANNESS QAFAS Sabiex prodott kif imfisser fl-Artikolu 1 jikkwalifika għat-tiketta ekoloġika, għandu jikkonforma mal-kriterji ta' dan l-Anness, billi jsiru t-testijiet fuq l-applikazzjoni kif indikati fil-kriterji u l-appendiċi tekniċi. Fejn xieraq, metodi oħra ta' test jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-Korp Kompetenti li jassessja l-applikazzjoni (per eżempju jekk l-ekwivalenza hija stabbilità b'kurva tal-kalibrazzjoni b'sinjifikat ta' 95 %). Fejn l-ebda testijiet ma huma msemmija, jew huma msemmija għall-għan li ser ikunu għall-użu ta' verifikazzjoni jew għal kontroll, Korpi Kompetenti għandhom jafdaw kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni provduti mill-applikant u/jew fuq verifikazzjonijiet indipendenti. Il-Korpi Kompetenti huma rrakkommandati sabiex jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta' skemi ta' tmexxija ambjentali rikonoxxuti, bħall-iskema ta' mmaniġġjar u verifika ta' l-ambjent (EMAS) jew ISO 14001, meta jagħmlu stima ta' l-applikazzjonijiet u jikkontrollaw l-konformità mall-kriterji f'dan l-Anness (Nota: mhux mitlub illi jiġu implimentati dawn l-iskemi ta' tmexxija.) Dawn il-kriterji jimmiraw partikolarment illi jippromwovu: - t-tnaqqis ta' skargar ta' sustanzi perikolużi jew inkella sustanzi ta' tniġġis fl-ilmijiet, - t-tnaqqis ta' ħsara jew riskji ambjentali relatati mal-konverżjoni u l-użu ta' enerġija (sħana globali, aċidifikazzjoni, il-qerda ta' riżorsi li ma jerġgħux jiġġeddu) billi jitnaqqas l-konsum ta' l-enerġija u emmissjonijiet ta' l-arja relatati, - l-impenn għall-bżonn sabiex japplikaw prinċipji ta' tmexxija tajba bil-ħsieb li jiġu mħarsa l-foresti, - n-nuqqas ta' riskji għas-saħħa umana, ħsara jew riskji ambjentali relatati ma' l-użu ta' kimiċi perikolużi, - n-nuqqas u l-użu effiċjenti ta' l-iskart. Il-kriterji huma stabbiliti fl-livelli li jippromwovu l-ittikkettjar ta' karta fina li tiġi prodotta b'impatt ambjentali baxx. KRITERJI EKOLOĠIĊI 1. EMMISSJONIJIET GĦALL-ILMA U L-ARJA (i) Il-ħidma li tinteressa l-parametri COD, AOX, CO2, fossili u SO2 għandhom ikunu espressi f'forma ta' punti, li tindika valur ta' referenza (msemmija bħala "ko effiċjenti" għal kull parametru). L-emmissjonijiet totali għall-ilma u l-arja li jirrelataw mal-prodott tal-karta għandhom ikunu kkalkulati bħala s-somma ta' l-emmissjonijiet mill-polpa u l-istadji tal-produzzjoni tal-karta fina. Tabella 1 Ko effiċjenti u ostakoli għall-parametri ta' emmissjoni | Ko efficjenti, (C), kg/ADT karta fina | Ostakoli, (H), kg/ADT karta fina | 1. Organici ta' l-ilma, COD | C1 = 15 | H1 = 40 | 2. Organici klorinati, AOX | C2 = 0,2 | H2 = 0,5 | 3. Dijossidu tal-karbonju, CO2 fossili | C3 = 1500 | H3 = 3750 | 4. Ossidi ta' kubrit, bħala S | C4 = 1,0 | H4 = 2,5 | (ii) Il-punti L, huma kkalkulati kif jidher fil-formola 1. Għal kull parametru l-valur attwali ta' l-emissjonijiet għandu jkun diviż bejn il-ko effiċjenti li jikkorrispondu għal dan il-parametru. Li = (emmissjoni ta' parametru i)/Ci (formola 1) (iii) Is-"somma totali tal-punti", P, hija kkalkulata skond l-ekwazzjoni 2 biż-żieda tal-punti għal kull parametru. P = L1 + L2 + L3 + L4 (formola 2) (iv) Jekk kull emmissjoni tal-parametri COD, AOX, CO2, fossili u SO2 għal prodott taqbeż il-valuri deskritti bħala "ostakoli" f'tabella 1, il-prodott m'għandux jikkwalifika għall-ittikkettjar ekoloġiku. (v) Sabiex tottjeni l-eko-tikketta, is-somma ta' punti totali (P) għall-prodott m'għandhiex taqbeż erba' punti. L-ammont ta' AOX (bħala Cl) skarigati minn kull post ta' manifattura tal-polpa m'għandux jaqbeż 0,50 kg għal kull tunnellata ta' polpa li tixxotta bl-arja. Meta tiżjin huwa inkorporat fil-prodott finali, l-emmissjonijiet relatati għall-produzzjoni tagħhom, kemm fuq il-post jew 'il barra mill-post, għandhom ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-punti. Data fuq l-użu ta' ilma kull tunnellata ta' polpa u karta prodotti fil-proċess ta' produzzjoni ta' polpa u karta fina għandha tkun reġistrata (Nota: id-data hija neċessarja sabiex tevalwa l-kalkulazzjonijiet taċ-ċirkolazzjoni tal-ħmieġ u konċentrazzjonijiet). Komposti ta' kubrit: L-emmissjonijiet relatati mal-produzzjoni ta' elettriċità m'għandhomx bżonn ikunu stmati. Dijossidu tal-karbonju: li jiġu minn sorsi ta' enerġija tal-fossili u mill-produzzjoni ta' elettriċità (kemm fuq il-post jew 'il barra mill-post), kull tunnellata ta' karta prodotta. 2. L-UŻU TA' ENERĠIJA Il-konsum totali ta' elettriċità li tirrelata mal-prodott tal-karta fina għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta' l-elettriċità użata fil-polpa u l-istadji ta' produzzjoni tal-karta fina u m'għandux jaqbeż: - 11 G joule (3000 kWh) elettriċità kull tunnellata ta' karta prodotta. L-applikant għandu jikkalkula l-ammont kollu ta' elettriċità użata matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta fina, inkluża l-elettriċità użata fit-tneħħija tal-linka ta' karti qodma għar-rimi li jintużaw għall-produzzjoni tal-karta reċiklata. Elettriċità tfisser l-elettriċità kollha impurtata li tiġi mill-konnessjonijiet tad-distribuzzjoni u elettriċità ġenerata internament u li hi meqjusa bħala enerġija elettrika. Elettriċità użata għal trattament ta' skart ta' l-ilma u t-tindif ta' l-arja m'għandux bżonn jiġi inkluż. 3. FIBRI -TMEXXIJA SOSTENIBBLI TAL-FORESTA Il-fibri jistgħu jkunu fibri ta' l-injam, fibri reċiklati [2] jew fibri mhux ta' l-injam. Fil-każ ta' fibri ta' l-injam verġni mill-foresti, l-operaturi responsabbli mill-immaniġġjar tas-sorsi li minnhom joriġinaw il-fibri għandhom jimplimentaw prinċipji u miżuri bl-għan li jiżguraw tmexxija sostenibbli tal-foresta. Dikjarazzjoni, dokument, kodiċi ta' kondotta, ċertifikat jew stqarrija għal dan l-effett minn dawn l-operaturi u/jew mill-imtieħen tal-polpa għandhom ikunu preżentati. Fl-Ewropa, il-prinċipji u l-miżuri msemmija hawn fuq għandhom jikkorrespondu mal-linji ta' gwida ta' livelli operazzjonali Pan-Ewropej għall-immaniġġjar sostenibbli tal-Foresti, hekk kif iffirmati fil-Konferenza Ministerjali ta' Lisbona dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (2 sa 4 Ġunju 1998). 'Il barra mill-Ewropa huma għandhom jikkorrispondu mall-Prinċipji Forestali tal-Konferenza għall-Iżvilupp Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNCED) (Rio de Janeiro, Ġunju 1992) u, fejn xieraq, mal-kriterji jew linji ta' gwida għall-immaniġġjar sostenibbli tal-foresta hekk kif ġew adottati taħt l-inizjattivi rispettivi internazzjonali u reġjonali (ITTO, Proċess ta' Montreal, Proċess ta' Tarapoto, UNEP/FAO Inizjattiva Afrikana ta' Żona Xotta). 4. SUSTANZI KIMIĊI PERIKOLUŻI Ibbliċjar: Gass tal-klorin m'għandux ikun użat bħala aġent ta' l-ibbliċjar. Din it-talba ma tapplikax għall-gass tal-klorin relatat mall-produzzjoni u l-użu ta' dijossidu ta' klorin. (Nota: waqt li din it-talba tapplika wkoll għall-ibbliċjar ta' fibri reċiklati, huwa aċċettat li dawn il-fibri kienu bbliċjati bil-gass tal-klorin waqt iċ-ċiklu tal-ħajja ta' qabel tagħhom.) It-tneħħija tal-linka: Alkylphenolethoxylates (APEOs) jew derivati oħra mill-akyphenol m'għandhomx ikunu miżjuda f'kimiċi tat-tneħħija tal-linka. Derivati minn alkylphenol huma definiti bħala sustanzi li huma degradati għal alkylphenols. Għajnuna sabiex tiżdied ir-reżistenza kontra l-umdità: Għajnuna sabiex tiżdied ir-reżistenza kontra l-umdità m'għandux ikollha iktar minn 1,0 ta' sustanzi kloro-organiċi, meta tiġi applikata mal-kontenut niexef, illi setgħet ġiet assenjata jew tista' tkun assenjata xi frażijiet ta' riskju R45 (li jista' jikkawża l-kankru), R46 (li jista' jikkawża ħsara ġenetika li tintiret), R5O/53 (li hi tossika ħafna għal organiżmi akwatiċi, u tista' tikkawża effetti ħżiena fit-tul fl-ambjent akwatiku), R60 (li tista' taffetwa l-fertilità) jew R61 (li tista' tikkawża ħsara lit-tarbija li għadha trid titwieled) kif mfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [3], hekk kif ġiet emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/33/KE [4]. Eżempji ta' ċerti sustanzi kloro-organiċi huma epichlorohydrin (ECH). 1,3-dichloro-2-propanol (DCP) u 3 monochloro-1,2-propanediol (MCPD). 5. MANIĠĠJAR TA' L-ISKART Il-produtturi kollha tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti ta' karta fina ikkonvertita għandhom ikollhom sistema għall-imaniġġjar ta' l-iskart [5] u għall-prodotti li jifdal li jiġu mill-impjanti ta' produzzjoni. Is-sistema għandha tkun dokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u għandha tinkludi ta' l-inqas il-punti li ġejjin: - proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta' materjali li jiġu reċiklati mil-linja ta' l-iskart, - proċeduri għall-ġbir ta' materjali għal użi oħra, bħal inċinerazzjoni sabiex jiżdied il-proċess ta' l-istim, jew għal użu agrikolu, - proċeduri għall-immaniġġjar ta' skart perikoluż [6]. 6. SIGURTÀ TAL-PRODOTT Prodotti magħmula minn fibri reċiklati jew minn fibri reċiklati u fibri verġni mħalltin flimkien għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet dwar l-iġjene kif ġej: Il-karta fina m'għandux ikun fiha iktar minn: Formaldehyde: | 1 mg/dm2 skond il-metodu tat-test EPA 8315A | Glyoxal: | 1, 5 mg/dm2 skond il-metodu tat-test EPA 8315A | PCB: | 2 mg/kg skond il-metodu tat-test EPA 8270 | Il-prodotti kollha tal-karta fina għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin: Slimicides u sustanzi antimikrobiċi: | L-ebda dewmien fit-tkabbir ta' mikro-organiżmi skond il-metodu tat-test EN 1104 | Żebgħa u elementi ottiċi li jdawlu: | L-ebda dmija skond il-metodu tat-test EN 646/648 (livell 4 huwa meħtieġ) | Żebgħa u linka: | Żebgħa u linka użati fil-produzzjoni ta' karta fina m'għandux ikun fihom sustanzi-azo li jistgħu jintrabtu ma' kull amina mniżżla fl-appendiċi tekniku, tabella 3 | TAJJEB GĦALL-UŻU Il-prodott għandu jkun tajjeb għall-użu. INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR Kaxxa 2 ta' l-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej: - tniġġis baxx ta' l-ilma - tniġġis baxx ta' l-arja - emmissjonijiet tal-gass ta' green house u użu tad-dawl baxxi. B'żieda ma' dan, maġenb l-eko-tikketta l-manifattur jista' wkoll jipprovdi tagħrif li jindika l-persentaġġ minimu ta' fibri reċiklati. Appendiċi tekniku: definizzjonijiet, ħtiġiet għal eżaminar u dokumentazzjoni Il-parametri ta' emmissjoni kollha Il-perjodu għall-miżuri jew bilanċi ta' massa għandhom ikunu bbażati fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta' impjant ta' produzzjoni ġdida jew mibnija mill-ġdid, il-miżuri għandhom ikunu bbażat fuq ta' l-inqas 45-il jum sossegwenti l-ħidma stabbli ta' l-impjant. Il-miżuri għandhom ikunu rappreżentattivi taż-żmien li fih ikunu ttieħdu. Jekk xi prodott huwa magħmul minn kwalitajiet differenti ta' polpa, il-valuri ta' emmissjoni mill-produzzjoni ta' polpa għandhom ikunu ikkalkulati bħall-medja mwieżna tal-polpi kollha użati. L-emmissjonijiet totali għandhom ikunu kkalkulati billi jingħaddu wkoll l-emmissjonijiet mill-produzzjoni ta' polpa flimkien ma' l-emmissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta fina. Laboratorji akkreditati jew istituti ta' l-eżami indipendenti li jsegwu l-istandard EN 45001 għandhom jieħdu l-miżuri. Il-laboratorju tal-polpa jew il-manifattur tal-karta jistgħu, madankollu, jkunu approvati sabiex janalizzaw l-iskargar jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi mwettqa: - l-awtoritajiet regolatorji rilevanti jaċċettaw l-għażla ta' kampjuni rilevanti u miżuri magħmula f'dak il-laboratorju, jew - il-manifattur għandu sistema ta' kwalità li tinkludi s-sorveljanza ta' kampjuni u ta' l-analiżi u liema sistema hija ċertifikat skond ISO 9001 jew ISO 9002, jew - huwa laboratorju illi jirrispetta l-prattika t-tajba u jkun gie approvat uffiċjalment. Miżuri ta' emissjonijiet ta' l-ilma għandhom jittieħdu fuq kampjuni li mhumiex filtrati u mhumiex issetiljati wara li jsir trattament fil-mitħna jew fuq l-iskargar li jintefa' fid-dranaġġ pubbliku qabel isir it-trattament f'impjant ta' trattament pubbliku. F'dan il-każ ta' l-aħħar il-valur meqjus qabel l-impjant ta' trattament pubbliku għandu jkun imnaqqas b'fattur li jikkorrespondi għat-tnaqqis medju mill-impjant ta' trattament. Il-livelli mkejla fl-ilma li jidħol fil-mitħna jista' jkun imnaqqas mill-emmissjonijiet ġenerati fil-proċess u li jkunu preżenti fl-ilma waqt li jkun ħiereġ mill-mitħna. COD għandha titkejjel bi qbil ma' OIS 6060 tieni edizzjoni 1989. AOX għandha titkejjel bi qbil ma' OIS 9562. Metodi tat-test oħra jistgħu jkunu aċċettati jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-Korp Komponenti li jassessja l-applikazzjoni (per eżempju jekk l-ekwivalenza hija stabbilita b'kurva ta' kalibrazzjoni f'sinifikat ta' 95 %). AOX għandha titkejjel fi proċessar fejn komposti ta' klorin huma użati għall-ibbliċjar tal-polpa. Dan ifisser li AOX m'hemmx bżonn titkejjel: - fil-ħmieġ li joħroġ mill-produzzjoni tal-karta li mhix integrata, jew - fil-ħmieġ li joħroġ mill-produzzjoni ta' polpa mingħajr ibbliċjar, jew - meta l-ibbliċjar jitwettaq b'sustanzi mingħajr klorin. Ossidi ta' kubrit L-applikant għandu jipprovdi bilanċ dwar l-emmissjonijiet ta' l-arja ta' komposti ta' kubrit. Dan il-bilanċ għandu jinkludi l-emmissjonijiet kollha, li jsiru matul il-produzzjoni tal-polpa, u tal-karta, barra minn dawk relatati mal-produzzjoni ta' l-elettriċità. Il-miżuri għandhom jinkludu kaldaruni li jiġbru s-sħana, fran ta' ġir, kaldaruni tal-fwar u fran għall-inċinerazzjoni ta' gassijiet ta' riħa qawwija, jekk disponibbli. Emmissjonijiet ta' diffużjoni għandhom ikunu meqjusa wkoll. Dijossidu tal-karbonju L-applikant għandu jipprovdi bilanċ dwar l-emissjonijiet ta' l-arja ta' dijossidu tal-karbonju. Dan il-bilanċ għandu jinkludi s-sorsi kollha ta' karburanti li ma jiġġeddux matul il-produzzjoni ta' polpa u karta, li jinkludu l-emmissjonijiet mill-produzzjoni ta' elettriċità tal-grilja. Il-fatturi ta' l-emmissjoni minn tabella 2 għandha tintuża fil-kalkulazzjoni tal-CO2, emmissjonijiet fossili mill-karburanti. Tabella 2 Ekwivalenti ta' CO2, fossili minn karburanti li ma jiġġeddux Karburant | CO2, fossil emission | Unità | Coal | 95 | g CO2 fossili/M | Żejt krud | 73 | g CO2 fossili/M | Żejt ta' karburant 1 | 74 | g CO2 fossili/M | Żejt ta' karburant 2-5 | 77 | g CO2 fossili/M | Gasolina | 69 | g CO2 fossili/M | Gass naturali | 56 | g CO2 fossili/M | Elettriċità ta' grilja emissjoni | 400 | g CO2 fossili/M | Għal elettriċità ta' grilja, il-valur kwotat fit-tabella għandu jintuża għall-postijiet kollha ġewwa l-Unjoni Ewropea. Għal postijiet barra mill-Unjoni Ewropea, l-applikant jista' jippreżenta dokumentazzjoni li tistabbilixxi l-valur medju għal min jipprovdi l-elettriċità tagħhom, u juża dan il-valur medju minflok il-valur kwotat fit-tabella. Maniġġjar ta' foresta Ara kriterju 3. Komposti ta' kimiċi perikolużi L-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni mingħand kull min jipprovdi l-polpa li l-gass tal-klorin ma ġiex użat għall-ibbliċjar tal-polpi. L-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni mingħand kull min jipprovdi l-polpa li alkylphenol jew derivati oħra minn alkyphenol illi dawn ma ġewx użati għall-proċess tat-tneħħija tal-linka. L-applikant għandu jippreżenta lista tal-prodotti użati fil-produzzjoni tal-karta sabiex isaħħu r-reżistenza kontra l-umdità fuq il-prodott finali. Il-lista għandha tinkludi l-isem tal-marka tal-prodott, iż-żona ta' l-użu u l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon ta' min jipprovdi l-prodott. B'żieda ma' din il-lista, l-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni tal-kontenut ta' sustanzi kloro-organiċi, bħal (ECH), 1,3- -2-propanol (DCP) u 3- -1,2-propanediol (MCPD), li huma kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent jew għas-saħħa skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE. Maniġġjar ta' skart Ara kriterju 5 Sigurtà tal-prodott Il-produttur tal-karta fina għandu jipprovdi dokument tar-riżultati ta' l-eżami tal-karta fina lesta li għandhom x'jaqsmu mas-sustanzi li ġejjin: formaldehyde, glyoxal, PCB, slimicides, sustanzi antimicrobial, żebgħa u elementi ottiċi li jdawlu. Tabella 3 Amini msemmija fi kriterju 6 Amini | CAS-No | 4-aminoażobenżin | 60-09-3 | o-anisidine | 90-04-0 | 4-aminodiphenyl | 92-67-1 | Benżidin | 92-87-5 | 4-chloro-o-toluidine | 95-69-2 | 2-naphthylamine | 91-59-8 | o-amino-azotoluene | 97-56-3 | 2-amino-4-nitrotoluene | 99-55-8 | p-kloroanilina | 106-47-8 | 2,4-diaminoanisol | 615-05-4 | 4,4'-diaminodiphenylmethane | 101-77-9 | 3,3' -diklorobenżidin | 91-94-1 | 3,3'-dimethoxybenzidine | 119-90-4 | 3,3'-dimethylbenzidine | 119-93-7 | 3,3'-dimethyl-4,4'-diaminodiphenylmethane | 838-88-0 | p-cresidine | 120-71-8 | 4,4'-methylene-bis-(2-kloranilin) | 101-14-4 | 4,4'-oxydianiline | 101-80-4 | 4,4'-thiodianiline | 139-65-1 | o-toliudine | 95-53-4 | 2,4-diaminotoluene | 95-80-7 | 2,4,5-trimethylaniline | 137-17-7 | 2,4-xylidine | 95-68-1 | 4,6-xylidine | 87-62-7 | Tajjeb għall-użu L-applikant għandu jipprovdi xhieda sabiex juri li l-prodott huwa tajjeb għall-użu. Din ix-xhieda tista' tinkludi data minn metodi ta' ttestjar xierqa ISO jew CEN, imma tista' tinkludi proċeduri nazzjonali jew interni wkoll. Dettalji tal-proċeduri tat-test għandhom ikunu pprovvduti ma' l-applikazzjoni. [2] Fibri reċiklati huma mfissra bħala fibri miġbura minn prodotti tal-karta wara l-konsum jew mill-iskart tal-karta mill-istadji ta' konverżjoni skond il-gradi definiti fil-lista Ewropea ta' gradi ta' standard ta' karta u bord irkuprati, (CEPI, Frar 1999). L-iskart tal-produzzjoni mill-imtieħen tal-karta mhux mfissra bħala fibri reċiklati. [3] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1. [4] ĠU L 136, tat-8.6.2000, p. 90. [5] Hekk kif imfissra mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tal-polpa u postijiet ta' produzzjoni tal-karta fil-kwistjoni. [6] Hekk kif imfissra mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tal-polpa u postijiet ta' produzzjoni tal-karta fil-kwistjoni. --------------------------------------------------