Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2866

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2866/2000 tas-27 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/97 li jistabbilixxi regoli ta’ l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti li jaqgħu taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru1727/2000 u (KE) Nru 3066/95 u li jemendaw ir-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2332/2000 li jistabbilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet f’Ottubru 2000 għal-liċenzi ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal taħt ir-reġim previst mill-arranġamenti konklużi mill-Komunità mar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija

ĠU L 333, 29.12.2000, p. 9–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R2040

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2866/oj

32000R2866



Official Journal L 333 , 29/12/2000 P. 0009 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2866/2000

tas-27 ta’ Diċembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/97 li jistabbilixxi regoli ta’ l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti li jaqgħu taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru1727/2000 u (KE) Nru 3066/95 u li jemendaw ir-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2332/2000 li jistabbilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet f’Ottubru 2000 għal-liċenzi ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal taħt ir-reġim previst mill-arranġamenti konklużi mill-Komunità mar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 tad-9 ta’ Ottubru 2000, li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli previsti fil-ftehim ta’ l-Ewropa mar-Repubblika tal-Bulgarija [1], u b’mod partikolari Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2433/2000 tas-17 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli li jinsabu fil-ftehim tal-Ewropa mar-Repubblika Ċeka [2], u b’mod partikolari Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2434/2000 tas-17 ta’ Ottubru 2000, li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli li jinsabu fil-ftehim ta' l-Ewropa mar-Repubblika Slovakka [3], u b’mod partikolari Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2435/2000 tas-17 t’Ottubru 2000, li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli li jinsabu fil-ftehim ta’ l-Ewropa mar-Rumanija [4], u b’mod partikolari Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2851/2000 tat-22 ta’ Diċembru 2000, li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżizzjonali, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli li jinsabu fil-ftehim ta’ l-Ewropa mar-Repubblika tal-Polonja u li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 3066/95 [5], u b’mod partikolari Artikolu 1(4) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1898/97 [6] kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2072/2000 [7], jistabbilixxi regoli ta’ l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti fil-Ftehim dwar l-Ewropa. Dan għandu jiġi emendat skond id-dispożizzjonijiet dwar il-prodotti tal-laħam tal-majjal fir-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 u (KE) Nru 2851/2000.

(2) Il-ħlas lura ta’ dazji fuq l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fil-Partijiet Ċ, D u E t’Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1898/97 kif kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u importati taħt liċenzi wżati mill-1 ta’ Lulju 2000 jaqa’ fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ Artikoli minn 878 sa 898 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Komunitarju Doganali [8], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2787/2000 [9].

(3) Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka u r-Rumanija għandhom jiġu applikati b’ mod parallel mar-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000 u (KE) Nru 2435/2000 mill-1 ta’ Lulju 2000. Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament għall-Polonja għandhom jiġu applikati b’mod parallel mar-Regolament (KE) Nru 2851/2000 mill-1 ta’ Jannar 2001.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2332/2000 [10] jistabbilixxi l-kwantitajiet, skond ir-Regolament (KE) Nru 1898/97, disponibbli għall-Perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2001. Dan għandu jiġi emendat skond il-kwantitajiet annwali ġodda mogħtija f’Anness I ma’ dan ir-Regolament.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1898/97 qed jiġi emendat kif ġej:

1. It-titolu qed jiġi sostitwit bit-test li ġej:

"li jistabbilixxi regoli ta’ l-applikazzjoni, fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti li jaqgħu taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2000, (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 u (KE) Nru 2851/2000 u li jemendaw ir-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94."

2. L-Ewwel paragrafu ta’Artikolu 1 qed jiġi sostitwit bit-test li ġej:

"Il-Prodotti kollha importati ġewwa l-Komunità taħt l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1727/2000, 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 u (KE) Nru 2851/2000 tal-prodotti li jaqgħu taħt il-gruppi Nru 1, 2, 3, 4, H1, 7, 8, 9, T1, T2, T3, S1, S2, B1, 15, 16 u 17 l kif previst f’Anness I għal dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ l-importazzjoni."

3. Il-Partijiet B, Ċ, D, E u F ta’ Anness I qed jinbidlu b’Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2332/2000 qed jiġi sostitwit b’Anness II għal dan ir-Regolament;

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu jgħodd b’effett mill-1 ta’ Lulju 2000. Madanakollu, fir-rigward ta’ importazzjoni mir-Repubblika tal-Polonja, Artikoli 1 u 2 huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, ta’ l-14.2.1997, p. 1.

[2] ĠU L 280, ta’ l-4.11.2000, p. 1.

[3] ĠU L 280, ta’ l-4.11.2000, p. 9.

[4] ĠU L 280, ta’ l-4.11.2000, p. 17.

[5] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 7.

[6] ĠU L 267, tat-30.09.1997, p. 58.

[7] ĠU L 246, tat-30.09.2000, p. 34.

[8] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[9] ĠU L 330, tas-27.12.2000, p. 1.

[10] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 34.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"B. Il-prodotti li joriġinaw mill-Polonja

In-Nru tal-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi NM | Id-deskrizzjoni (1) | Id-dazju applikabbli (% tal-mFN) | Il-kwantità annwali mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 (tunnellati metriċi) | Iż-Żieda annwali mill- 1.7.2001 (tunnellati metriċi) | Disposizzjonijiet speċjali |

09.4806 | 7 | 160100 | Iz-zalzett u prodotti simili tal-laħam, ġewwieni jew demm; preparattivi ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti | bla dazju | 16000 | 1600 | (2) |

ex1602 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, ġewwieni jew demm, tal-majjal: |

160241 | - Perżut u qatgħat minnu |

160242 | - Spallejn u qatgħat minnhom |

160249 | - Oħrajn, inklużi t-taħlitiet |

09.4820 | 8 | 01039219 | Majjali domestiċi ħajjin | 20 | 1 750 | 0 | |

09.4809 | 9 | ex0203 | Il-laħam tal-majjal domestiku,frisk, imkessaħ jew iffriżat | bla dazju | 30000 | 3000 | (2) (3) |

ex0210 | Il-laħam tal-majjal: | (2) |

021011 | - Il-perżut, l-ispallejn u l-qatgħat minnhom, bl-għadma |

021012 | - Iż-żaqq u qatgħat minnha |

021019 | - Oħrajn |

Ċ. Il-prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka

In-Nru tal- Ordni | In-Nru tal-Grupp | Kodiċi NM | Id-deskrizzjoni (1) | Id-dazju applikabbli (% ta' l-MFN) | Il-kwantità annwali mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 (tunnellati metriċi) | Iż-Żieda annwalimill- 1.7.2001 (tunnellati metriċi) | Disposizzjonijiet speċjali |

09.4625 | T1: | 0103911001039219 | Il-majjali domestiċi ħajjin | 20 | 1500 | 0 | |

09.4626 | T2: | ex0203 | Il-laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat | bla dazju | 10000 | 1500 | (2) (3) |

0210 11 sa0210 19 | Il-laħam tal-majjal, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat | (2) |

09.4629 | T3: | 160100 | Iz-zalzett u prodotti simili | bla dazju | 2300 | 690 | (2) |

1602 41 sa1602 49 | Il-laħam tal-majjal ippreparat jew ippriservat |

D. Il-prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka

In-Nru tal-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Kodiċi NK | Id-deskrizzjoni (1) | Id-dazju applikabbli (% ta'l-mFN) | Il-kwantita' annwali mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 (tunnellati metriċi) | L-awment annwali mill- 1.7.2001 (tunnellati metriċi) | Dispożizzjonijiet speċjali |

09.4632 | S1 | ex 0203 | Il-laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat | bla dazju | 2000 | 300 | (2) (3) |

0210 11 sa0210 19 | Il-laħam tal-majjal, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat | (2) |

09.4634 | S2 | 160100 | Iz-zalzett u prodotti simili | bla dazju | 200 | 50 | (2) |

1602 41 sa1602 49 | Il-laħam tal-majjal ippreparat jew ippriservat |

E. Il-prodotti li joriġinaw mill Bulgarija

In-Nru ta' l-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi NM | Id-deskrizzjoni (1) | Id-dazju applikabbli (% ta' l-mFN) | Il-kwantita' annwali mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 (tunnellati metriċi) | Iż-Żieda annwali mill- 1.7.2001 (tunnellati metriċi) | Dispożizzjonijiet speċjali |

09.4671 | B1 | ex0203 | Il-laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat | bla dazju | 1500 | 500 | (2) (3) |

021011021012021019 | Il-laħam tal-majjal, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat |

160100 | Iz-zalzett u prodotti simili |

160241160242160249 | Il-laħam ippreparat jew ippreservat, il-ġewwieni jew id-demm tal-majjal |

F. Prodotti li joriġinaw mir-Rumanija

In-Nru tal- Ordni | In-Nru tal-grupp | Il-kodiċi NM | Id-deskrizzjoni (1) | Id-dazju applikabbli (% ta'l-mFN) | Il-kwantità annwali mill- 1.7.2000 sat- 30.6.2001 (tunnellati metriċi) | Iż-Żieda annwali mill- 1.7.2001 (tunnellati metriċi) | Dispożizzjonijiet speċjali |

09.4751 | 15 | 1601009116010099 | Iz-zalzett, ħlief dawk tal-fwied | 20 | 1125 | 0 | |

09.4752 | 16 | 1602411016024210160249111602491316024915160249191602493016024950 | Il-laħam ippreservat tal-majjal domestiku | 20 | 2125 | 0 | |

09.4756 | 17 | ex0203 | Il-laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 15625 | 0 | (3)" |

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

“ANNESS II

(tunnellati metriċi) |

In-Nru tal-grupp | Il-kwantità totali disponibbli għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2001 |

1 | 4092,5 |

2 | 374,7 |

3 | 740,0 |

4 | 21014,8 |

H1 | 1800,0 |

7 | 10128,6 |

8 | 1312,5 |

9 | 22500,0 |

T1 | 1125,0 |

T2 | 7470,0 |

T3 | 1725,0 |

S1 | 1500,0 |

S2 | 150,0 |

B1 | 1125,0 |

15 | 843,8 |

16 | 1566,9 |

17 | 11718,8 |

"

--------------------------------------------------

Top