This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R2238
Council Regulation (EC) No 2238/2000 of 9 October 2000 amending Regulation (EC) No 384/96 on protection against dumped imports from countries not members of the European Community
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2238/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 384/96 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2238/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 384/96 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
ĠU L 257, 11.10.2000, p. 2–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2010
Official Journal L 257 , 11/10/2000 P. 0002 - 0003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2238/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 384/96 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [1] il-Kunsill adotta regoli komuni għall-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. (2) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jipprovdi li, fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li m'għandhomx ekonomija tas-suq u, b'mod partikolari, dawk elenkati fin-nota tal-qiegħ għal dik id-dispożizzjoni, il-valur normali għandu, fost l-oħrajn, ikun determinat fuq il-bażi tal-prezz jew valur kostruwit f'pajjiż terz li għandu l-istess ekonomija tas-suq. (3) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jipprovdi wkoll li, fil-każ ta' importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali jista' jiġi stabbilit skond kif ipprovdut fir-regoli applikabbli għal pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq, f'dawk il-każijiet fejn jista' jintwera li l-kondizzjonijiet tas-suq jipprevalu għal wieħed jew aktar produtturi soġġetti għal investigazzjoni dwar il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott inkwistjoni. (4) Il-proċess ta' riforma ġewwa l-Ukrajna, il-Vjetnam u l-Każakistan fundamentalment biddel l-ekonomiji ta' dawk il-pajjiżi u wassal biex jitwaqqfu intrapriżi li għalihom jipprevalu l-kondizzjonijiet ta' l-ekonomija tas-suq. Dawn it-tliet pajjiżi bħala riżultat tbiegħdu miċ-ċirkostanzi ekonomiċi li ispiraw l-użu tal-metodu li kien jadotta l-pajjiż tagħhom. (5) Huwa xieraq li tkun riveduta l-prassi tal-Komunità kontra d-dumping sabiex jittieħed kont tal-kondizzjonijiet ekonomiċi mibdula fl-Ukrajna, il-Vjetnam u l-Każakistan. (6) Huwa wkoll xieraq li jingħata trattament simili għal importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fid-data tal-bidu ta' l-invesitgazzjoni rilevanti kontra d-dumping, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 l-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 huwa emendat kif ġej: - il-paragrafu (b) huwa sostitwit permezz ta': - "(b) — Fl-investigazzjonijiet ta' kontra d-dumping dwar importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ukrajna, il-Vjetnam u l-Każakistan u kull pajjiż li ma jħaddanx l-ekonomija tas-suq li hu membru tal-WTO fid-data tal-bidu tal-investigazzjoni, il-valur normali jkun stabbilit skond kif provdut fil-paragrafi 1 sa 6, jekk ikun jidher, fuq il-bażi ta' talbiet li jkunu sostanzjati b'mod xieraq minn wieħed jew aktar produtturi li jkunu qed jiġu investigati u skond il-kriterji u proċeduri stabbiliti fis-sotto-paragrafu (ċ), li l-kondizzjonijiet ta' l-ekonomija tas-suq jipprevalu għal dan il-produttur jew produtturi għar-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili konċernat. Meta dan ma jkunx il-każ, ir-regoli li jinsabu fis-sotto-paragrafu (a) għandhom japplikaw.", - in-nota tal-qiegħ hija sostitwita permezz ta': "(*) Li jinkludu l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Korea ta' Fuq, il-Kirgistan, il-Moldova, il-Mongolja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament japplika għall-investigazzjonijiet kollha kontra d-dumping mibdija wara d-data tad-dħul fis-seħħ. Fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li m'għandhomx ekonomija tas-suq li saru membri tal-WTO wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dan japplika għall-investigazzjonijiet kollha ta' kontra d-dumping fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw f'dawk il-pajjiżi, li jinbdew wara d-data tas-sħubija tagħhom fl-WTO. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ottubru 2000. Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18). --------------------------------------------------