EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0548

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 548/2000 ta' l-14 Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91

ĠU L 67, 15.3.2000, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/05/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0345

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/548/oj

32000R0548



Official Journal L 067 , 15/03/2000 P. 0012 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 548/2000

ta' l-14 Marzu 2000

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91ta’ l-24 Ġunju 1992 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat b'Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(1) ta' l-istess,

Billi:

(1) l-Artikolu 11(1) ta' Regolament (KEE) Nru 2092/91 jistipula li prodotti li jkunu importati minn pajjiż terz jistgħu jinbiegħu biss meta joriġinaw minn pajjiż terz li jidher fil-lista mħejjija skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(2) ta' Regolament (KEE) Nru 2092/91. Dik il-lista ġiet stipulata fl-Anness għal Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 [3], kif l-aħħar emendat b'Regolament (KE) Nru 1367/98 [4].

(2) Ir-Repubblika Ċeka introduċiet fil-Kummissjoni talba sabiex tiġi inkluża fil-lista li hemm ipprovdut dwarha fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92.

(3) L-eżami ta' din l-informazzjoni u diskussjoni konsegwenti ma’ l-awtoritajiet tagħhom wasslet għall-konklużjoni li f'dan il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-ispezzjoni huma ekwivalenti għal dawk stipulati f'Regolament Nru 2092/91/KEE.

(4) It-terminu ta' żmien sabiex jiġu inklużi l-Arġentina, l-Awstralia, l-Ungerija u Iżrael fil-lista li hemm ipprovdut dwarha fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, jagħlaq fit-30 ta' Ġunju 2000 u għalhekk jeħtieġ li jiġi mtawwal għal perjodu ieħor, sabiex jippermetti li l-importazzjoni tkompli. Għall-Iżrael u l-Arġentina l-prolungament tat-terminu għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid fid-dawl taż-żjajjar ta' spezzjoni magħmula jew ippjanati f'dawn il-pajjiżi.

(5) L-awtoritajiet Ungeriżi avżaw dwar il-bdil fl-isem tal-korp ta' spezzjoni Ungeriz Biokultura, li jeħtieġ li jiġi inkluż fl-Anness.

(6) Ċertu aġġornar tekniku huwa meħtieġ għall-Awstralja, l-Iżrael u l-Isvizzera.

(7) Il-miżuri li hemm ipprovdut dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għal Regolament (KEE) Nru 94/92 qiegħed b'dan jiġi emendat kif jidher fl-Anness għar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, ta' l-24.12.1991, p. 1.

[2] ĠU L 48, tad-19.2.2000, p. 1.

[3] ĠU L 11, tas-17.1.1992, p. 14.

[4] ĠU L 185, tat-30.6.1998, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. It-test li ġej għandu jiġi miżjud wara t-test li jirreferi għall-Awstralja:

"IR-REPUBBLIKA ĊEKA:

1. Kategoriji ta' prodotti:

(a) prodotti tal-ħsad mhux ipproċessati fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(1)(a) ta' Regolament Nru 2092/91/KEE;

(b) oġġetti ta' l-ikel komposti essenzjalment minn ingredjent wieħed jew aktar li oriġina minn pjanta fit-tifsira ta'l-Artikolu 1(1)(b) ta' Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2. Oriġini: Prodotti ta' kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra organikament fi prodotti ta' kategorija 1(b) tkabbru fir-Repubblika Ċeka.

3. Korp ta' spezzjoni: KEZ o.p.s.

4. Korp li joħroġ ċ-ċertifikat:

- Dipartiment tal-Politika Strutturali u Ekoloġija (Ministeru ta' l-Agrikoltura)

- KEZ o.p.s.

5. Dewmien ta' l-inklużjoni: tat- 30.6.2003."

2. Punt 5 tat-test li jirreferi għall-Arġentina, l-Awstralja, l-Ungerija u l-Iżrael qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. Dewmien ta' l-inklużjoni: tat- 30.6.2003."

3. Punti 3 u 4 tat-test li jirreferu għall-Ungerija qed jiġu mibdula b'dan li ġej:

"3. Korp ta' spezzjoni: Biokontroll l-Ungerija Közhasznú Társaság (Biokontroll l-Ungerija Kht) u Skal

4. Korp li joħroġ ċ-ċertifikat: Biokontroll l-Ungerija Közhasnú Társaság and Skal (Uffiċċju fl-Ungerija)"

4. F'punt 3 tat-test li jirreferi għall-Awstralja, l-isem tal-korp ta' spezzjoni "Australian Quarantine Inspection Service (AQIS)" qed jiġi mibdul b’: "Australian Quarantine and Inspection Service (AQIS) (Department of Agriculture, Fisheries and Forestry)"

5. Punti 3 tat-test li jirreferi għall-Iżrael qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Awtorita ta' spezzjoni: Plant Protection and Inspection Services (PPIS) (Ministry of Agriculture and Rural Development)."

6. Punti 3 tat-test li jirreferi għall-Iżvizzera qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Korpi ta' spezzjoni: Institut for Marktokologie (IMO), bio.inspecta AG and Schweizerische Vereinigung for Qualitäts und Management-Systeme (SQS)"

--------------------------------------------------

Top