EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0447

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2000 dwar il-proċedura għal-affermazzjoni tal-konformità ta' prodotti għal kostruzzjoni taħt l-Artikolu 20 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija bbażati fuq injam prefabbrikat u pjanċi ħfief komposti li jżommu weħidhom (notifikat taħt id-dokument numru K(2000) (804) (Test b'rilevanza għall-ŻEE)

ĠU L 180, 19.7.2000, p. 40–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/447/oj

32000D0447

Official Journal L 180 , 19/07/2000 P. 0040 - 0045

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta' Ġunju 2000

dwar il-proċedura għal-affermazzjoni tal-konformità ta' prodotti għal kostruzzjoni taħt l-Artikolu 20 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija bbażati fuq injam prefabbrikat u pjanċi ħfief komposti li jżommu weħidhom

(notifikat taħt id-dokument numru K(2000) (804)

(Test b'rilevanza għall-ŻEE)

(2000/447/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/ KEE ta'l-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti għal kostruzzjoni [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 93/68KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (4) ta' din,

billi:

(1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri taħt l-Artikolu 13 (3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-affermazzjoni tal-konformità ta' prodott, "il-proċedura li hija l-inqas oneruża konsistenti mas-sigurtà"; dan ifisser li huwa meħtieġ li wieħed jiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew grupp ta' prodotti, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manufattur hijiex kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għall-affermazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mall-kriterji msemmija fl-Artikolu 13 (4), hijiex meħtieġa l-intervenzjoni ta' organu ta' ċertifikazzjoni approvat.

(2) L-Artikolu 13 (4) jirrikjedi li l-proċedura stabbilità b'dan il-mod trid tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Għalhekk, huwa desiderevoli li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew grupp ta' prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(3) Iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li permezz tagħhom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu mplimentati, b'riferenza għall-Anness III, għal kull prodott jew grupp ta' prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

(4) Il-proċedura msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 13 (3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' l-Anness III. Il-proċedura msemmija fil-punt (b) ta' l-Artikolu 13 (3) taqbel mas-sistemi stipulati fil-punt (i) ta' l-Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' l-Annessi III.

(5) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Kostruzzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u gruppi ta' prodotti li jinsabu fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom affermata permezz ta' proċedura li permezz tagħha l-manufattur għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu bis-sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika li tiżgura li l-prodott huwa konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti u gruppi ta' prodotti stipulati fl-Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom affermata permezz ta' proċedura li, flimkien ma' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika mħaddma mill-manufattur, tinkludi l-involviment ta' organu ta' ċertifikazzjoni approvat għall-evalwazzjoni u għas-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall affermazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness III għandha tiġi indikata fl-approvazzjonijiet tekniċi rilevanti Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 13 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat:

Għal użu f'bini, ħlief għal dawk li jikkontribwixxu lejn il-kapaċità ta' tgħabija ta' l-istruttura u/jew dawk soġġetti għal regolamenti dwar ir-reazzjoni għal ħruq għal prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [1], B [2], C [3], AFL [4], BFL [5], CFL [6].

Pjanċi ħfief komposti li jżommu weħidhom:

Għal użu f'bini, ħlief għal dawk għal regolamenti ta' reazzjoni għal-ħruq għal prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [7], B [8], C [9].

[1] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[2] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[3] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[4] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[5] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[6] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[7] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[8] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[9] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat:

Għal tipi ta' użu li jikkontribwixxu lejn il-kapaċità ta' tgħabija ta' l-istruttura u/jew dawk soġġetti għal regolamenti dwar ir-reazzjoni għall-ħruq għal prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [1], B [2], C [3], AFL [4], BFL [5], CFL [6].

Pjanċi ħfief komposti li jżommu weħidhom:

Għal użu f'bini, soġġetti għar-regolamenti ta' reazzjoni għall-ħruq għal prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [7], B [8], C [9].

[1] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[2] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[3] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[4] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[5] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[6] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[7] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[8] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

[9] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għall-ħruq hija suxxettibbli għal bidla waqt il-produzzjoni; (b'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tal-ħruq, jew dawk fejn tibdil fil-komposizzjoni jista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar).

--------------------------------------------------

ANNESS III

Nota:

għal prodotti li jkollhom iktar minn użu ntenzjonat wieħed speċifikat fil-gruppi li ġejjin, l-operat għall-organu approvat, derivat mis-sistemi rilevanti ta' affermazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

GRUPP TAL-PRODOTTI

PJANĊI B'ĠILDA STIRATA GĦAT-TGĦABIJA IBBAŻATI FUQ INJAM PREFABBRIKAT U PJANĊI ĦFIEF KOMPOSTI LI JŻOMMU WAĦEDHOM

Sistemi ta' affermazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' attestazzjoni ta' konformità fit-tmexxija rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(i), mingħajr eżami b'awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tieni possibiltà.

Prodott(i) | Użu intenzjonat | Livell(i) jew klassi(jiet) | Affermazzjoni ta' sistema(i) ta' konformità |

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat | Għal tipi ta' użu li jikkontribwixxu lejn il-kapaċità tat tgħabija ta' l-istruttura | — | 1 |

Pjanċi ħfief komposti li jżommu waħedhom | Għal tipi ta' użu li jikkontribwixxu lejn it-twebbis ta' l-istruttura | — | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anki meta l-mġieba tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma tridx tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

PJANĊI B'ĠILDA STIRATA GĦAT-TGĦABIJA IBBAŻATI FUQ INJAM PREFABBRIKAT U PJANĊI ĦFIEF KOMPOSTI LI JŻOMMU WAĦEDHOM (2/6)

Sistemi ta' affermazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' affermazzjoni ta' konformità fit-tmexxija rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

Sistema 3: ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tieni possibiltà.

Prodott(i) | Użu intenzjonat | Livell(i) jew klassi(jiet) (resistenza għall-ħruq) | Affermazzjoni ta' sistema(i) ta' konformità |

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat Pjanċi ħfief komposti li jżommu waħedhom | Għal tipi ta' użu soġġetti għar-reazzjoni lejn regolamenti tal-ħruq (eż. Kompartimentazzjoni għal kontra l-ħruq) | xorta | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anki meta l-mġieba tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma tridx tiġi imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

PJANĊI B'ĠILDA STIRATA GĦAT-TGĦABIJA IBBAŻATI FUQ INJAM PREFABBRIKAT U PJANĊI ĦFIEF KOMPOSTI LI JŻOMMU WAĦEDHOM (3/6)

Sistemi ta' affermazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' affermazzjoni ta' konformità fit-tmexxija rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(i), mingħajr eżami b'awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4: ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tielet possibiltàà.

Prodott(i) | Użu intenzjonat | Livell(i) jew klassi(jiet) (reazzjoni għall-ħruq) | Affermazzjoni ta' sistema(i) ta' konformità |

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat | Għal tipi ta' użu soġġetti għal regolamenti dwar reazzjoni għall-ħruq | A, B, CAFL, BFL,CFL | 1 |

A, B, CAFL, BFL,CFL | 3 |

A, D, E, FAFL, DFL, EFL,FFL | 4 |

Pjanċi ħfief komposti li jżommu waħedhom | Għal użu soġġett għar-reazzjoni lejn regolamenti tal-ħruq | A, B, C | 1 |

A, B, C | 3 |

A, D, E, F | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi mplimentata anki meta l-mġieba tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma tridx tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTIT

PJANĊI B'ĠILDA STIRATA GĦAT-TGĦABIJA IBBAŻATI FUQ INJAM PREFABBRIKAT U PJANĊI ĦFIEF KOMPOSTI LI JŻOMMU WAĦEDHOM (4/6)

Sistemi ta' affermazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' affermazzjoni ta' konformità fit-tmexxija rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

Sistema 3: ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4: ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott(i) | Użu intenzjonat | Livell(i) jew klassi(jiet) | Affermazzjoni ta' sistema(i) ta' konformità |

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat Pjanċi ħfief komposti li jżommu waħedhom | Għal tipi ta' użu soġġetti għal-regolamenti dwar imġieba fi ħruq estern. | Prodotti li jeħtieġu li jiġu eżaminati | 3 |

Prodotti meqjusa bħala sodisfaċentimingħajr eżami | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi mplimentata anki meta l-mġieba tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma tridx tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

PJANĊI B'ĠILDA STIRATA GĦAT-TGĦABIJA IBBAŻATI FUQ INJAM PREFABBRIKAT U PJANĊI ĦFIEF KOMPOSTI LI JŻOMMU WAĦEDHOM (5/6)

Sistemi ta' affermazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' affermazzjoni ta' konformità fit-tmexxija rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tieni possibiltà.

Prodott(i) | Użu intenzjonat | Livell(i) jew klassi(jiet) | Affermazzjoni ta' sistema(i) ta' konformità |

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat Pjanċi ħfief komposti li jżommu waħedhom | Għal tipi ta' użu soġġetti għal-regolamenti dwarsustanzi perikolużi | — | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi mplimentata anki meta l-mġieba tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika ta' din ix-xorta (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika ta' din ix-xorta ma tridx tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

PJANĊI B'ĠILDA STIRATA GĦAT-TGĦABIJA IBBAŻATI FUQ INJAM PREFABBRIKAT U PJANĊI ĦFIEF KOMPOSTI LI JŻOMMU WAĦEDHOM (6/6)

Sistemi ta' affermazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' affermazzjoni ta' konformità fit-tmexxija rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

Sistema 4: ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Livell(i) jew klassi(jiet) | Affermazzjoni ta' sistema(i) ta' konformità |

Pjanċi b'ġilda stirata għat-tgħabija ibbażati fuq injam prefabbrikat Pjanċi ħfief komposti li jżommu waħedhom | Għal użu apparti minn dawk speċifikati fil-gruppi (1/6), (2/6),(3/6), (4/6) u (5/6) | — | 4 |

Top