Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0045

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi kriterji ekoliġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-makni tal-ħasil (notifikata taħt dokument numru C(1999) 4650)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 16, 21.1.2000, p. 74–78 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/45(2)/oj

    32000D0045

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi kriterji ekoliġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-makni tal-ħasil (notifikata taħt dokument numru C(1999) 4650)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    Official Journal L 016 , 21/01/2000 P. 0074 - 0078
    CS.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    ET.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    HU.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    LT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    LV.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    MT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    PL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    SK.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20
    SL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 16 - 20


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-17 ta' Diċembru 1999

    li tistabbilixxi kriterji ekoliġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għall-makni tal-ħasil

    (notifikata taħt dokument numru C(1999) 4650)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2000/45/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 tat-23 ta' Marzu 1992 dwar l-iskema ta' l-għoti ta' eko-tikketta Komunitarja [1], u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) tagħha,

    (1) Billi l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 jipprovdi li l-kondizzjonijiet għall-għotja ta' l-eko-tikketta Komunitarja għandha tkun definita skond il-grupp tal-prodotti;

    (2) Billi l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 jgħid li t-twettiq ambjentali ta' prodott għandu jiġi stmat skond il-kriterji speċifiċi għall-gruppi ta' prodotti;

    (3) Billi, bid-Deċiżjoni 96/461/KEE [2], il-Kummissjoni waqqfet kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' eko-tikketta Komunitarja għall-makni tal-ħasil, li, skond l-Artikolu 3 tagħha, skadiet fit-30 ta' Ġunju 1999;

    (4) Billi huwa xieraq li tiġi adottat deċiżjoni ġdida li tistabblixxi l-kriterji ekoloġiċi għal dan il-grupp ta' prodotti;

    (5) Billi skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 880/92, il-Kummissjoni kienet ikkonsultat il-gruppi prinċipali ta' interess f'forum ta' konsultazzjoni;

    (6) Billi l-miżuri mniżżla f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 880/92,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-grupp ta' prodotti "makni tal-ħasil" (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-grupp ta' prodotti") għandha tfisser:

    makni tal-ħasil li fihom il-ħwejjeġ jitgħabbew minn quddiem jew minn fuq iżda esklużi dawk twin-tub u dawk li jaħslu u jnixxfu.

    Artikolu 2

    It-twettiq ambjentali u l-kapaċità għall-użu ta' grupp ta' prodotti għandu jiġi stmat skond il-kriterji speċifiċi ekoloġiċi mniżżla fl-Anness.

    Artikolu 3

    Id-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u l-kriterji għall-grupp tal-prodott għandhom ikunu validi mill-jum tan-notifikazzjoni ta' din id-Direttiva sa l-1 ta' Diċembru 2002. Jekk, iżda, fl-1 ta' Diċembru 2002 deċiżjoni ġdida li twaqqaf definizzjoni ġdida tal-grupp tal-prodott jew il-kriterji ekoloġiċi għal dan il-grupp ta' prodott tkun għada ma ġietx adottata, dan il-perjodu ta' validità għandu minflok jintemm jew fl-1 ta' Diċembru 2003 jew fid-data ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni l-ġdida skond liema jiġi l-aktar kmieni.

    Artikolu 4

    Għal għanijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti għandu jkun "001".

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 99, tal-11.04.92, pġ. 1.

    [2] ĠU L 191, ta' l-1.08.96, pġ. 56.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    KRITERJI

    QAFAS

    Biex jikkwalifika għal eko-tikketta, il-prodott kif definit fl-Artikolu 1 għandu jikkonforma mal-kriterji ta' dan l-Anness. Fejn japplika, metodi oħra tat-test jistgħu jiġu użati jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċetta mill-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni.

    Il-korpi kompetenti huma rakkomandati li jagħtu kont ta' l-implimentazzjoni ta' skemi rikonoxxuti ta' maniġġjar ambjentali, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jagħmlu l-istima ta' l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji f'dan l-Anness (Nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati dawk l-iskemi ta' maniġġjar).

    Il-kriterji huma mmirati li jippromwovu:

    - tnaqqis fil-ħsara għall-ambjent jew riskji relatati ma’ l-użu ta' l-enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis ta' riżorsi li ma jistgħux jiġu rinovati) billi jitnaqqas il-konsum ta' enerġija

    - it-tnaqqis ta' ħsara ambjentali relatata ma’ l-użu ta' riżorsi naturali billi jitnaqqas il-konsum ta' l-ilma

    - it-tnaqqis ta' ħsara ambjentali relatata ma’ l-użu ta' riżorsi naturali billi tiġi inkoraġġita ir-riċiklabilità

    - it-tnaqqis ta' tniġġiż ta' l-ilma billi jikkontribwixxu għal konsum imnaqqas ta' deterġent, u

    - it-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-ħoss.

    Il-kriterji jħajru l-implimentazzjoni ta' l-aħjar prattika u jkabbru l-għarfien ambjentali mill-konsumatur. B'żieda, l-immarkar tal-komponenti plastiċi tħajjar l-irriċiklar tal-makna.

    KRITERJI PRINĊPALI

    1. Effiċjenza ta' enerġija

    Il-makna għandha tuża enerġija elettrika ta' anqas minn jew ugwali għal 0,17 kWh kull kg ta' tagħbija ta' ħasla mkejjel skond EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE [1].

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika li hemm rifernza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 95/12/KE. Dan id-dokument għandu jinkludi r-rapporti ta' l-anqas ta' tliet kejlijiet ta' konsum ta' enerġija magħmula skond EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess metodu standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE. Il-medja aritmetika ta' dan il-kejl għandha tkun anqas jew ugwali għall-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-valur iddikjarat fuq it-tikketta ta' l-enerġija m'għandux ikun anqas minn dan il-valur medju, u l-klassi ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija ndikata fuq it-tikketta ta' l-enerġija għandha tikkorrispondi ma' dan il-valur medju.

    Fil-każ ta' verifika, li mhix meħtieġa għall-applikazzjoni, il-korp kompetenti għandu japplika il-proċeduri ta' tolleranzi u kontroll imniżżla fl-EN 60456:1999.

    2. Konsum ta' ilma

    Il-makna għandha tuża anqas minn jew 12-il litru ilma għal kull kg ta' tagħbija ta' ħasla jew inqas imkejjel skond EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 95/12/KE. Dan id-dokument għandu jinkludi r-rapporti ta' l-anqas ta' tliet kejlijiet ta' konsum ta' ilma magħmula skond EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess metodu standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE. Il-medja aritmetika ta' dan il-kejl għandha tkun anqas jew ugwali għall-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-valur dikjarat fuq it-tikketta ta' l-enerġija m'għandux ikun aktar baxx minn dan il-valur medju.

    Fil-każ ta' verifika, li mhix meħtieġa għall-applikazzjoni, il-korp kompetenti għandu japplika il-proċeduri ta' tolleranzi u kontroll imniżżla fl-EN 6056:1999.

    3. Effiċjenza tat-tnixxif bid-dawrien

    Il-makna għandha tikseb volumm residwu ta' umdità (ukoll imsejjaħ D jew estrazzjoni bid-dawrien) ta' anqas minn 54 %, f'test EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE.

    Il-makna b'hekk tkun tikkwalifika għal effiċjenza ta' tnixxif bid-dawrien tal-klassi A jew B kif definita fid-Direttiva 95/12/KE, l-Anness IV.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 95/12/KE. Dan id-dokument għandu jinkludi r-rapporti ta' l-anqas ta' tliet kejlijiet ta' konsum ta' ilma magħmula skond EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess metodu standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE. Il-medja aritmetika ta' dan il-kejl għandha tkun anqas jew ugwali għall-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-klassi ta' l-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawrien indikata fuq it-tikketta ta' l-enerġija għandha tikkorrispondi ma' dan il-valur medju.

    Fil-każ ta' verifika, li mhix meħtieġa għall-applikazzjoni, il-korp kompetenti għandu japplika il-proċeduri ta' tolleranzi u kontroll imniżżla fl-EN 6056:1999.

    4. Ħoss

    Il-ħoss akustiku fl-arja mill-apparat, kalkolat bħala saħħa tal-ħoss, m'għandux jaqbeż LWAd 56 dB(A) matul il-ħasil jew LWAd 76 dB(A) matul id-dawrien, imkejjel skond l- EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE.

    It-tagħrif dwar il-livell tal-ħoss tal-makna għandu jiġi provdut b'mod li jkun jidher ċar għall-konsumatur. Dan għandu jsir bl-inklużjoni ta' dan it-tagħrif fuq it-tikketta ta' l-enerġija għall-makni tal-ħasil.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 95/12/KE. Dan id-dokument għandu jinkludi r-rapporti ta' l-anqas ta' tliet kejlijiet ta' konsum ta' ilma magħmula skond EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess metodu standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE. Il-ħoss dikjarat matul il-ħasil u matul id-dawrien għandu joħroġ minn dan il-kejl kif imniżżel fl-istandards riferiti fl-EN 60456:1999 (b'riskju tal-produttur a < = 5 %), għandu jkun anqas jew ugwali għall-ħtiġijiet ta' hawn fuq, u għandu jidher fuq it-tikketta ta' l-enerġija.

    Fil-każ ta' verifika, li mhix meħtieġa għall-applikazzjoni, il-korp kompetenti għandu japplika il-proċeduri ta' tolleranzi u kontroll imniżżla fl-EN 60456:1999.

    5. Prevenzjoni ta' użu eċċessiv ta' deterġent

    L-apparat għandu jkollu mmarkar ċar volumetriku u/jew relatat mal-piż dwar id-dispenser tad-deterġent li jippermetti lil dak li juża li jaġġusta l-kwantità ta' deterġent użat skond it-tip u l-ammont tat-tagħbija u l-grad ta' ħmieġ.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' din il-ħtieġa.

    KRITERJI ADDIZZJONALI

    6. Disinn ta' l-apparat

    Il-makna għandu jkollha mmarkar ċar fuqha li jidentifika l-issettjar addattat skond it-tip ta' materjal u l-kodiċi tal-ħasla.

    Il-makna għandu jkollha fuqha mmarkar ċar li jidentifika programmi ta' ffrankar ta' l-enerġija u ta' l-ilma u għażliet.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġijiet.

    7. Struzzjonijiet għall-użu

    L-apparat għandu jinbiegħ bi ktejjeb ta' struzzjonijiet li, fost ħwejjeġ oħra, għandu jipprovdi pariri dwar l-użu ambjentali korrett u, b'mod partikolari rakkomandazzjonijiet għall-aħjar użu ta' enerġija, ilma u deterġent fit-tħaddim ta' l-apparat. Dan il-ktejjeb għandu jinkludi:

    (a) fuq il-paġna tal-qoxra u fl-ewwel paġna t-test li ġej: "Tagħrif dwar kif jiġu minimizzati l-impatti ambjentali huwa mogħti f'dan il-ktejjeb";

    (b) jekk il-makna għandha mili bis-sħun, parir dwar l-użu tal-mili bis-sħun jista' jiffranka enerġija primarja u emissjonijiet relatati jekk l-ilma jissaħħan bl-enerġija mix-xemx, tisħin komunitarju, sistemi naturali moderni ta' tisħin bil-gass jew biż-żejt jew heater b'kurrent kontinwu ta' gass naturali. Il-konsumatur għandu jkun avżat illi t-twassil bejn is-sors ta' ilma sħun u l-makna tal-ħasil għandu jkun qasir u insulat sew;

    (ċ) parir kif tuża tagħbija sħiħa fejn possibbli;

    (d) tagħrif dwar id-disponibilità ta' deterġenti moderni li ma jagħmlux ħsara lill-ekoloġija, bħal deterġenti kompatti;

    (e) parir dwar il-varjar tad-doża tad-deterġent skond l-għebusija ta' l-ilma, it-tip u l-ammont ta' tagħbija u l-grad tagħha ta' ħmieġ (per eżempju: nofs tagħbija tinħtieġ anqas deterġent); riferenza għandha ssir għall-immarkar fid-dispenser tad-deterġent;

    (f) parir dwar kif jintgħażlu l-materjali kif jixraq, it-temperatura tal-ħasla korrispondenti skond it-tip ta' materjal, u wkoll jiġi ddikjarat li fil-parti l-kbira tal-każi ħasil f'temperatura ogħla m'għadux aktar meħtieġ meta jintużaw deterġenti moderni, bħal deterġenti kompatti u makni tal-ħasil moderni;

    (g) tagħrif dwar il-konsum ta' l-enerġija u l-ilma tal-makna tal-ħasil għall-issettjar ta' temperaturi differenti u għall-issettjar ta' tagħbijiet differenti, li jippermettu lill-konsumatur li jidentifika programm addattat biex jagħmel l-anqas użu ta' enerġija u ilma;

    (h) parir li l-makna tal-ħasil għandha tintefa meta tkun lestiet iċ-ċiklu tagħha, minħabba l-possibbiltà ta' telf ta' enerġija; il-ktejjeb ta' struzzjoni għandu juri l-ħin meħtieġ biex jintemmu l-programmi disponibbli;

    (i) tagħrif dwar il-ħtiġijiet ta' saħħa matul il-modi li ġejjin: mitfija, mod bl-issettjar tal-ħin, (programmar), mod tal-programm mitmum;

    (j) parir biex jiġi evitat il-ħasil minn qabel fil-makna kull fejn possibbli;

    (k) parir dwar il-manutenzjoni addattata tal-makna tal-ħasil, inkluż it-tindif regolari tal-filtri u l-pompi, u t-tneħħija ta' depożiti;

    (l) parir ta' kif għandha tiġi installata l-makna biex jitnaqqas il-ħoss li joħroġ;

    (m) tagħrif dwar li l-injorar tal-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq jistaĠU L 136, tal-21.06.95, pġ. 1 jwassal għall-konsum ogħla ta' enerġija, ilma u/jew deterġent u b'hekk tistaĠU L 136, tal-21.06.95, pġ. 1 tiżdied in-nefqa tat-tħaddim u twassal għal twettiq inferjuri ta' ħasil;

    (n) tagħrif ta' kif il-konsumatur jista' jieħu vantaġġ ta' l-offerta tal-manifattur li jieħu lura l-prodott mingħand il-konsumatur.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġijiet, u għandu jipprovdi kopja tal-ktejjeb ta' l-istruzzjoni lill-korp kompetenti li jassessja l-applikazzjoni.

    8. Teħid lura u riċiklar

    (a) Il-manifattur għandu joffri li jieħu lura, mingħajr ħlas, għar-riċiklar il-makna tal-ħasil u l-komponenti li jiġu mibdula minnu jew minn xi kumpanija kummissjonata, ħlief għall-makni tal-ħasil li ma jkunux kompleti jew ikun fihom komponenti li ma jkunux jagħmlu parti mill-makna tal-ħasil.

    (b) Partijiet tal-plastik itqal minn 50 gramma għandu jkollhom immarkar permanenti li jidentifikaw il-materjal, b'konformità ma' ISO 11469. Din il-ħtieġa ma tapplikax għall-partijiet tal-plastik imqabbżin l barra.

    (ċ) Partijiet tal-plastik itqal minn 25 gramma m'għandux ikun fihom sustanzi li jikkawżaw ittardjar tal-fjammi li ġejjin:

    Isem | Nru tal-każ |

    decabromdiphenyl | 13654-09-6 |

    monobromodiphenyl ether | 101-55-3 |

    dibromodiphenyl ether | 2050-47-7 |

    tribromodiphenyl ether | 49690-94-0 |

    tetrabromodiphenyl ether | 40088-47-9 |

    pentabromodiphenyl ether | 32534-81-9 |

    hexabromodiphenyl ether | 36483-60-0 |

    heptabromodiphenyl ether | 68928-80-3 |

    octabromodiphenyl ether | 32536-52-0 |

    nonabromodiphenyl ether | 63936-56-1 |

    decabromodiphenyl ether | 1163-19-5 |

    Chloroparaffins b'tul ta' katina 10 sa 13 C atomi, kontenut ta' chlorine > 50 % skond il-piż | 85535-84-8 |

    (d) Partijiet tal-plastik itqal minn 25 gramma m'għandux ikun fihom sustanzi li jirritardjaw il-fjamma jew preparazzjonijiet li jkun fihom sustanzi li huma assenjati xi waħda mill-frażijiet ta' riskju R45 (li jista' jikkawża l-kanċer), R46 (li jista' jikkawża ħsara ġenetika li tintiret), R50 (tossiku ħafna f'organiżmi akwatiċi), R51 (tossiku f'organiżmi akwatiċi), R52 (ta' ħsara għall-organiżmi akwatiċi), R53 (li jista' jikkawża effetti kuntrarji fit-tul fl-ambjent akwatiku), R60 (li jista jfixkel il-fertilità) jew R61 (li jista' jikkawża ħsara lit-tfal mhux imwielda), jew xi kombinazzjonijiet ta' frażijiet ta' riskji li jkun fihom xi wieħed mill-frażijiet ta' riskji ta' hawn fuq, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [2] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/98/KEE [3].

    Din il-ħtieġa ma tapplikax għal ritardanti tal-fjamma li ma' l-applikazzjoni jbiddlu n-natura kimika tagħhom li ma tkunx teħtieġ aktar klassifikazzjoni taħt xi waħda mill-frażijiet R elenkati hawn fuq, jew fejn anqas minn 0,1 % tar-ritardant tal-fjamma fil-partijiet ittrattati jibqa' fil-forma bħal qabel l-applikazzjoni.

    (e) Il-manifattur għandu jagħti kont taż-żarmar meta jiddisinja u għandu jivverfika ż-żarmar tal-makna tal-ħasil u jipprovdi rapport taż-żarmar. Fost ħwejjeġ oħra, ir-rapport għandu jikkonferma li:

    - il-ġonot huma faċli biex jinstabu u aċċessibbli

    - l-armar elettroniku huwa faċli biex jinstab u jiżżarma

    - il-prodott huwa faċli biex jiżżarma bl-użu ta' għodda komunement disponibbli

    - materjali inkompatibbli u perikolużi huma separabbli

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġijiet. L-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti li tistma l-applikazzjoni b'kopja tar-rapport taż-żarmar. L-applikant u/jew il-fornitur jew fornituri, skond kif japplika, għandhom jindikaw lil dan il-korp kompetenti liema ritardanti tal-fjammi, jekk ikun hemm, ikunu ntużaw fi jew fuq partijiet tal-plastik itqal minn 25 gramma.

    9. Estensjoni tat-tul tal-ħajja

    Il-manifattur jista' joffri garanzija kummerċjali li tiżgura li l-makna tal-ħasil tiffunzjona għal ta' l-anqas sentejn. Din il-garanzija għandha tkun valida mid-data tat-twassil lill-konsumatur.

    Id-disponibilità ta' partijiet ta' bdil kompatibbli għandhom ikunu garantiti għal 12-il sena minn mindu titwaqqaf il-produzzjoni.

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġijiet.

    KRITERJI GĦALL-ABILITÀ GĦALL-UŻU

    10. Twettiq ta' ħasil

    Il-makna għandha tikseb indiċi ta' twettiq ta' ħasil ta' aktar minn 1,00 f'test EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE.

    Il-makna b'hekk tkun tikkwalifika għal twettiq ta' ħasil tal-klassi A jew B kif definita fid-Direttiva 95/12/KE, l-Anness IV.

    L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni teknika li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 95/12/KE. Dan id-dokument għandu jinkludi r-rapporti ta' l-anqas ta' tliet kejlijiet ta' konsum ta' ilma magħmula skond EN 60456:1999, waqt li jintuża l-istess metodu standard ta' 60 °C ċiklu tat-tajjar kif magħżul għad-Direttiva 95/12/KE. Il-medja aritmetika ta' dan il-kejl għandha tkun akbar mill-ħtieġa ta' hawn fuq. Il-klassi tat-twettiq tal-ħasil indikat fuq it-tikketta ta' l-enerġija għandha tikkorrispondi ma' dan il-valur medju.

    Fil-każ ta' verifika, li mhix meħtieġa ma' l-applikazzjoni, il-korp kompetenti għandu japplika l-proċeduri ta' tolleranzi u kontroll imniżżla fl-EN 60456:1999.

    TAGĦRIF GĦALL-KONSUMATUR

    11. Tagħrif għall-konsumatur

    It-test li ġej għandu jiġi provdut b'mod li jkun jidher ċar għall-konsumaturi (viċin it-tikketta fejn possibbli).

    "Dan il-prodott jikkwalifika għal eko-tikketta ta' l-Unjoni Ewropea minħabba li b'mod partikolari huwa ekonomiku fl-enerġija u l-ilma u huwa maħsub li jżid id-durabilità, li jiffaċilita r-riċiklar, it-tiswija u disponiment ambjentalment sod."

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' din il-ħtieġa.

    [1] ĠU L 136, tal-21.06.95, pġ. 1.

    [2] ĠU C 196, tas-16.8.1967, pġ. 1

    [3] ĠU L 355, tat-30.12.98, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    Top