EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2771

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/02/2008; Imħassar b' 32008R0105

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2771/oj

31999R2771

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

Official Journal L 333 , 24/12/1999 P. 0011 - 0043
CS.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
ET.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
HU.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
LT.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
LV.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
MT.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
PL.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
SK.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99
SL.ES Chapter 3 Volume 28 P. 67 - 99


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2771/1999

tas-16 ta’ Diċembru 1999

jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 40 tiegħu;

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999, biddel ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/87 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [3], u, inter alia, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 777/86 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1634/91 [5], dwar l-arranġamenti ta’ intervent tal-butir u trab tal-ħalib bla xaħam. Minħabba dawn l-arranġamenti l-ġodda u fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, huwa xieraq li jiġu emendati, u fejn meħtieġ issimplifikati r-regoli dettaljati li jirregolaw l-intervent fis-suq tal-butir u l-krema. Fl-interess taċ-ċarezza, għalhekk, għandu jitwettaq l-immudellar mill-ġdid tar-Regolamenti speċifiċi li jirregolaw l-aspetti varji ta’ l-intervent, jiġifieri r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2315/76 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1824/97 [7], (KEE) Nru 1547/87 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/95 [9], (KEE) Nru 1589/87 [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 124/1999 [11], u (KE) Nru 454/95 [12], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 390/1999 [13].

(2) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi l-kriterji li taħthom l-aġenziji ta’ intervent jixtru l-butir permezz ta’ sejħa għall-offerti u li taħthom ix-xiri għall-ħażna għandu jkun sospiż. Huwa meħtieġ, l-ewwel nett, li jiġu speċifikati l-każijiet li fihom ix-xiri għall-ħażna għandu jinfetaħ jew jiġi sospiż fl-Istat Membru kkonċernat u, it-tieni nett, li jiġi ffissat il-perjodu rappreżentattiv li matulu l-livell tal-prezzjiet tas-suq tal-butir b’relazzjoni mal-prezz ta’ intervent għandu jiġi rrekordjat. Għal dak il-għan, il-‘prezz tas-suq għall-butir’ għandu jiġi ddefinit u arranġamenti stabbiliti għal irrekordjar ta’ dawk il-prezzijiet f’livell nazzjonali. Għal raġunijiet prattiċi, l-Unjoni Ekonomika Belga-Lussemburgu għandha tkun ikkunsidrata bħala Stat Membru wieħed.

(3) L-aġenziji ta’ intervent jistgħu biss jixtru għall-ħażna butir li jilħaq il-ħtiġiet imniżżla fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 kif ukoll il-kondizzjonijiet ta’ kwalità u preżentazzjoni, li huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti. Il-metodi ta’ analiżi u regoli dettaljati li jirregolaw il-kontroll tal-kwalità għandhom ukoll jiġu speċifikati u, jekk is-sitwazzjoni tkun hekk tenħtieġ, għandha ssir disposizzjoni għall-verifikazzjonijiet tal-radjuattività fil-butir, li l-livelli massimi tagħha huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti, fejn xieraq, b’leġislazzjoni tal-Komunità. Iżda, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jawtorizzaw sistema ta’ awto-verifika, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet. Għal raġunijiet prattiċi, il-perjodu li matulu butir offrut għall-intervent huwa prodott għandu jkun estensibbli meta l-intervall bejn iż-żewġ inviti għall-offerta ikun aktar minn 21 jum.

(4) Biex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ intervent jiffunzjonaw sew, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ intrapriżi ta’ manifattura u l-verifikazzjoni tal-konformità tagħhom. Biex jiġi żgurat li l-arranġamenti jkunu effettivi, għandha ssir disposizzjoni biex tkun tista’ tittieħed azzjoni jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jiġux osservati. Minħabba li butir jista’ jinxtara għall-ħażna minn aġenzija ta’ intervent li tkun ta’ Stat Membru li ma jkunx dak li kien prodott fuq it-territorju tiegħu, l-aġenzija ta’ intervent li tagħmel ix-xiri għall-ħażna għandha f’dawn il-każijiet tkun kapaċi li tivverifika illi l-kondizzjonijiet dwar il-kwalità u l-preżentazzjoni jiġu osservati.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistipula illi x-xiri għall-ħażna għandu jtwettaq permezz ta’ proċeduri ta’ offerta. Biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha interessati fil-Komunità ikunu ttrattati l-istess, inviti għall-offerta għandhom ikunu rriklamati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Id-dettalji ta’ l-offerta, b’mod partikolari l-kwantità minima, il-limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-prezz massimu ta’ xiri għall-ħażna għandhom jiġu ddefiniti. Biex tiġi żgurata konformità mal-ħtiġiet fir-rigward tal-kwalità u l-preżentazzjoni tal-butir fiż-żmien li tintbagħat l-offerta, u wara d-dħul tiegħu fil-ħażna, dawk li jagħmlu l-offerta għandhom ikunu meħtieġa li jibagħtu garanzija bil-miktub għal dak il-għan flimkien ma’ l-offerta tagħhom. L-offerti għandhom ikunu akkumpanjati minn garanzija, sabiex jiġi ggarantit li l-offerta tinżamm wara d-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti u li l-butir jitwassal f’limiti ta’ żmien li għandhom jitniżżlu.

(6) Għandu jkun possibbli li tiġi ggarantita l-kwalità tal-butir, u t-termini tax-xiri għall-ħażna permezz ta’ verifiki fi stadji differenti matul il-ħażna. Nuqqas ta’ tħaris tal-ħtiġiet m’għandux jimponi piż addizzjonali fuq l-estimi tal-Komunità. Għandha għalhekk issir disposizzjoni biex il-butir ta’ kwalità baxxa jittieħed lura mill-operatur, li għandu jkun obbligat li jħallas l-ispejjeż tal-ħażna li ntefqu.

(7) L-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu speċifikati għall-ġestjoni xierqa ta’ l-istokkijiet fil-ħażna, billi tiġi stipulata distanza massima għall-post tal-ħażna u li l-ispejjeż għandhom jinġarru meta dik id-distanza tinqabeż, u li jenħtieġ, b’mod partikolari, illi l-ħażniet ikunu aċċessibbli, li l-gruppi jkunu identifikati u li l-butir fil-ħażna jkun assigurat kontra r-riskji. Biex tkun żgurata frekwenza uniformi u livell ta’ verifiki, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata n-natura u n-numru ta’ spezzjonijiet ta’ postijiet ta’ ħażna li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali.

(8) Ġestjoni xieraqa tal-ħażniet ta’ intervent teħtieġ illi l-butir jerġa’ jinbiegħ malli jinsab bejgħ tiegħu. Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-butir għall-bejgħ, il-partijiet kollha interessati għandhom ikunu jistgħu jixtru. Biex ma jiġix distabbilizzat is-suq, il-prezz tal-bejgħ għandu jiġi ffissat wara li jingħata każ tas-sitwazzjoni tas-suq. Kondizzjonijiet għall-bejgħ, li jinvolvu t-tqegħid ta’ rabta ta’ twettiq għandhom jitniżżlu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ teħid tal-butir u l-limiti ta’ żmien għall-ħlas. Biex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni tal-ħażniet, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ butir mibjugħ.

(9) L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li għajnuna tingħata għall-ħażna privata ta’ butir u krema. Biex jiġi żgurat li dawn l-arranġamenti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati sew, għandha ssir disposizzjoni għall-kuntratt u sett ta’ speċifikazzjonijiet rigward il-kondizzjonijiet tal-ħażna. Għall-istess raġuni, regoli dettaljati għandhom jitniżżlu wkoll dwar dokumentazzjoni, konteġġi u frekwenza tal-verifiki u proċeduri ta’ spezzjoni, b’mod partikolari dwar il-ħtiġiet imniżżla fl-Artikolu 6(3). Biex jiġu ffaċilitati verifiki fuq il-preżenza ta’ prodotti maħżuna taħt kuntratti ta’ ħażna privata, għandu jkun hemm disposizzjoni biex huma jitneħħew mill-ħażna f’lottijiet sakemm l-Istat Membru ma jawtorizzax it-tneħħija fi kwantità iżgħar.

(10) Biex jiġi żgurat li l-iskema ta’ ħażna privata tiġi amministrata sew, huwa xieraq li jiġi ffissat kull sena, fuq il-bażi tal-perjodu tal-ħażna, l-ammont ta’ għajnuna, id-dati tad-dħul fil-ħażna u d-dati li fihom dawk li jaħżnu jistgħu jneħħu mill-ħażna l-kwantitajiet kollha jew partijiet minnhom kompriżi fil-kuntratti. Dawk id-dati, perijodi ta’ ħażna u ammonti ta’ għajnuna jistgħu jinbidlu biex iqisu s-sitwazzjoni tas-suq.

(11) Fil-każ ta’ għajnuna għall-krema, biex jitqies il-valur tal-prodott u għal raġunijiet prattiċi, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun iffissat f’ekwivalent ta’ butir u skond il-kontenut tax-xaħam. Huwa wkoll iġġustifikat li jintalab li l-kontenut tax-xaħam ikun ivverifikat sistematikament. Għal dak il-għan, dawk li jaħżnu għandhom jintalbu li jintrabtu li jikkonformaw mal-kontenut minimu ta’ xaħam, iffissat bil-quddiem, għall-perjodu sħiħ ta’ ħażna. L-esperjenza wriet illi f’xi każijiet huwa mixtieq li jitnaqqas il-piż amministrattiv billi jiġu pprovduti verifiki permezz ta’ kampjonar. Iżda, minħabba li huwa impossibbli li jiġi vverifikat eżattament il-kontenut ta’ xaħam tal-krema wara l-iffriżar, fejn l-imsemmija rabta ma tkunx imħarsa ebda għajnuna m’għandha titħallas għal xi wieħed mil-lottijiet imqiegħed fil-ħażna wara l-verifika sodisfaċjenti l-aktar reċenti.

(12) It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi illi l-ammont ta’ għajnuna jista’ jiżdied jekk il-bidliet tas-suq hekk jitolbu. Il-kondizzjonijiet li jistabbilixxu dan l-aġġustament, u l-iskop tiegħu, għandhom għalhekk jiġu ddefiniti.

(13) Peress li r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jiffissa l-prezz ta’ intervent mill-1 ta’ Lulju 2000, fl-interessi taċ-ċarezza għandu jkun speċifikat l-prezz ta’ intervent applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2000.

(14) Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar il-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Skop

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ interevent fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib li għalihom jipprovdi l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Unjoni Ekonomika Belga-Lussemburgu għandha tkun ikkunsidrata bħala Stat Membru wieħed.

KAPITOLU II

Ħażna pubblika

SEZZJONI 1

Kondizzjonijiet għax-xiri għall-ħażna tal-butir

Artikolu 2

1. Malli jiġi osservat fi Stat Membru li, għal ġimgħatejn wara xulxin, il-prezz tas-suq ikun anqas minn 97 % tal-prezz ta’ intervent, il-Kummissjoni għandha tibda tixtri għall-ħażna taħt proċedura ta’ offerti, kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 fl-Istat Membru kkonċernat, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 42 ta’ dak ir-Regolament.

2. Malli jiġi osservat fi Stat Membru li, għal ġimgħatejn wara xulxin, il-prezz tas-suq ikun daqs jew għola minn 92 % tal-prezz ta’ intervent, il-Kummissjoni għandha tissospendi x-xiri għall-ħażna taħt proċedura ta’ offerti, kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 fl-Istat Membru kkonċernat, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 42 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 3

L-aġenziji ta’ intervent għandhom jixtru għall-ħażna biss butir li jikkonforma mad-disposizzjonijiet li jinstabu fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-kwalità tal-butir bl-użu tal-metodi analitiċi mniżżla fl-Annessi I, II u III u fuq il-bażi ta’ kampjuni meħuda skond ir-regoli mniżżla fl-Anness IV. Iżda, l-Istati Membri jistgħu, jekk il-Kummissjoni taqbel, tistabbilixxi sistema ta’ awto-verifika taħt is-superviżjoni tagħhom stess dwar ċerti ħtiġiet ta’ kwalità u fil-każ ta’ ċerti impriżi approvati.

2. Il-livelli ta’ radjuattività fil-butir m’għandhomx jeċċedu l-livelli massimi permessi, fejn japplika, taħt regoli tal-Komunità.

Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodott għandu jiġi mmonitorjat biss jekk is-sitwazzjoni tkun heħħ teħtieġ, u matul il-perjodu rekwiżit. Fejn meħtieġ, it-tul u l-iskop tal-verifiki għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KEE) Nru 1255/1999.

3. Il-butir għandu jkun sar matul it-23 jum li jiġu qabel id-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti kif msemmi fl-Artikolu 10. Fejn l-intervall bejn żewġ inviti għall-offerti konsekuttivi jkun itwal minn 21 jum, il-butir jista’ jkun ġie magħmul matul dak il-perjodu.

4. Il-kwantità minima ta’ butir offrut għandha tkun ta’ 10 tunnellati. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-butir jiġi offrut biss bit-tunnellata sħiħa.

5. Il-butir għandu jittieħed pakkeġġjat u kkonsenjat fi blokki ta’ l-anqas 25 kilogramma nett.

6. Il-butir għandu jiġi ppakkjat f’materjal ġdid u b’saħħtu b’dak il-mod li jiġi żgurat li jkun protett waqt it-trasportazzjoni, ħażna u tneħħija mill-ħażna. L-ippakkeġġjar għandu juri ta’ l-anqas il-partikolaritajiet li ġejjin, fejn japplika f’kodiċi:

(a) in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istati Membri ta’ produzzjoni;

(b) id-data ta’ produzzjoni;

(ċ) id-data tad-dħul fil-ħażna;

(d) in-numru tal-lott ta’ produzzjoni u n-numru tal-pakkett; in-numru tal-pakkett jista’ jinbidel bin-numru tal-pallet immarkat fuq il-pallet;

(e) il-kliem "krema ħelwa" jekk il-fażi akweja tal-butir ikollha l-pH li jikkorrispondi;

(f) il-klassi ta’ kwalità nazzjonali msemmija fl-Anness V, fejn din hi meħtieġa mill-Istat Membru ta’ produzzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligazzjoni li juru d-data tad-dħul fil-ħażna fuq l-ippakkeġġjar, sakemm il-maniġer tal-maħżen ma jintrabatx li jżomm reġistru li fih il-partikolaritajiet li għalihom jirreferi t-tieni subparagrafu jiġu rrekordjat fid-data tad-dħul fil-ħażna.

Artikolu 5

1. Impriżi kif msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikunu approvati biss jekk:

(a) ikunu approvati skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE [14], u jkollhom it-tagħmir tekniku addattat;

(b) jintrabtu li jżommu rekords permanenti fil-forma stabbilita mill-aġenzija kompetenti ta’ kull Stat Membru, waqt li jelenkaw l-oriġini tal-materja prima, il-kwantitajiet ta’ butir miksub u l-ippakkeġġjar, identifikazzjoni u data ta’ ħruġ ta’ kull lott ta’ produzzjoni maħsub għall-intevent pubbliku;

(ċ) jaċċettaw li jibagħtu l-produzzjoni tagħhom tal-butir għal spezzjoni speċifika uffiċjali u, fejn japplika, li jħarsu l-ħtiġiet tal-klassi nazzjonali ta’ kwalità msemmija fl-Anness V;

(d) jintrabtu li javżaw lill-aġenzija kompetenti responsabbli għall-ispezzjoni, ta’ l-anqas jumejn tax-xogħol bil-quddiem, bil-ħsieb li jipproduċu butir għall-intervent pubbliku. Iżda, l-Istat Membru jista’ jiffissa limitu aqsar ta’ żmien.

2. Biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-aġenziji kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet għall-qarrieda fuq il-post, fuq il-bażi ta’ l-iskeda ta’ produzzjoni ta’ butir ta’ intervent ta’ l-impriżi kkonċernati.

Għandhom iwettqu ta’ l-anqas:

(a) spezzjoni kull perjodu ta’ 28 jum ta’ produzzjoni għall-intervent b’ta’ lanqas spezzjoni waħda kull sitt xhur, biex jiġu eżaminati r-rekords li għalihom jirreferi l-paragrafu 1(b);

(b) spezzjoni kull sitt xhur, biex jivverifikaw it-tħaris tal-kondizzjonijiet l-oħra għall-approvazzjoni msemmija fil-pragrafu 1.

3. L-approvazzjoni għandha tiġi rtirata jekk il-prekondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1(a) ma jkunux aktar sodisfatti. L-approvazzjoni tista’ terġa’ tingħata fuq it-talba ta’ l-impriża kkonċernata wara perjodu ta’ ta’ l-anqas sitt xhur, wara spezzjoni bir-reqqa.

Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, fejn impriża tinstab li ma tkunx ħarset xi waħda mir-rabtiet li għaliha jirreferi l-paragrafu 1(b), (ċ) u (d), l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża għall-perjodu ta’ bejn xahar u 12-il xahar jiddependi fuq is-serjetà ta’ l-irregolarità.

L-Istat Membru m’għandux jimponi l-imsemmija sospensjoni fejn jinstab li l-irregolarità ma kinitx kommessa dolożament jew bħala riżultat ta’ negliġenza grossolana u jekk tkun ta’ importanza żgħira fir-rigward ta’ l-effettività ta’ l-ispezzjonijiet li għalihom jipprovdi l-paragrafu 2.

4. Għandu jitħejja rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skond il-paragrafi 2 u 3, li jkun jispeċifika:

(a) id-data ta’ l-ispezzjoni;

(b) it-tul tagħha;

(ċ) l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-ispettur responsabbli.

5. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda fir-rigward ta’ l-ispezzjonijiet li għalihom jipprovdu l-paragrafi 1 u 2 fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 6

1. Fejn il-butir jiġi offrut għall-intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak li kien prodott fih, ix-xiri għall-ħażna għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ipprovdut mhux aktar tard minn 45 jum mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni.

Iċ-ċertifikat għandu jkun fih it-tagħrif li għalih jirreferi l-Artikolu 4(6)(a), (b), (d) u, fejn japplika, (f), u konferma li l-butir kien ġie prodott direttament u esklużivament minn krema pastorizzata, skond it-tifsira tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, f’impriża approvata fil-Komunità.

2. Fejn l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun wettaq il-verifiki li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1), iċ-ċertifikat għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki u konferma li l-prodott ikkonċernat huwa butir skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F’dak il-każ, l-ippakkeġġjar li għalih jirreferi l-Artikolu 4(6) għandu jkun issiġillat permezz ta’ tikketta nnumerata maħruġa mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni. In-numru għandu jkun imdaħħal fiċ-ċertifikat li għalih jirrferi l-paragrafu 1.

SEZZJONI 2

Rekordjar ta’ prezz

Artikolu 7

Il-prezzijiet tas-suq tal-butir li għalihom jirreferi l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikun l-prezzijiet mill-fabbrika bil-ħlas fi żmien 21 jum, esklużi t-taxxi nazzjonali u drittijiet, ta’ butir frisk li jħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, ippakkeġġjat fil-blokki ta’ ta’ l-anqas 25 kilogramma nett.

Il-prezzijiet mill-fabbrika għandom jitgħollew b’ammont ta’ rata uniformi ta’ Ewro 2,5 kull 100 kilogramma biex jitqiesu l-ispejjeż tat-trasport meħtieġa għall-konsenja tal-butir fl-impjant tal-ħażna tal-kesħa.

Artikolu 8

1. Prezzijiet tas-suq f’livell nazzjonali għandhom ikunu rrekordjati kull ġimgħa, jew bipriceboards jew fuq is-swieq rappreżentattivi.

L-irrekorjar ta’ kull ġimgħa tal-prezzijiet għandu jirrelata mal-prezzijiet kif ipprovduti fl-Artikolu 7, irrekordjati matul il-ġimgħa ta’ qabel.

Il-prezzijiet għandhom jiġu espressi f’ewro, arrotonditi għal żewġ postijiet ta’ deċimali, kull 100 kilogramma.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

(a) il-miżata tal-price boards, b’dak il-mod li jiżguraw li x-xerrejja u l-bejjiegħa ingaġġati fi transazzjonijiet li jinvolvu kwantità kbira ta’ butir ikunu ugwalment rappreżentati jew, skond il-każ, is-sistema għall-irrekordjar tal-prezzijiet fuq is-swieq rappreżentattivi;

(b) id-disposizzjonijiet meħtieġa biex jiġi vverifikat it-tagħrif li fuqu l-irrekordjar tal-prezzijiet huwa bbażat;

(ċ) fil-każijiet fejn transazzjonijiet li jirrelataw ma’ butir tal-kwalità li għaliha jirreferi l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 7 ma jkunx biżżejjed fil-volum li jiġi meqjus rappreżentattiv, il-kriterji biex ikun stabbilit il-proprozjon bejn il-prezzijiet għall-butir li għalih ikun hemm transazzjonijiet biżżejjed u dawk tal-butir li għalih jirreferi l-Artikolu 7.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti stabbiliti skond l-ewwel subparagrafu.

3. Mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta’ Brussel) kull nhar ta’ Erbgħa, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-prezzijiet irrekordjati skond il-paragrafu 1.

4. Kull nhar ta’ Ħamis il-Kummissjoni għandha tirrekordja l-livell tal-prezzijiet tas-suq f’kull Stat Membru b’paragun mal-prezz ta’ intervent.

SEZZJONI 3

Proċedura ta’ l-offerti

Artikolu 9

Malli l-Kummissjoni tkun innotat li l-kondizzjoni li għaliha jirreferi l-Artikolu 2(1) hija mwettqa fi Stat Membru, l-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata għandha tixtri għall-ħażna l-butir skond din is-Sezzjoni.

Avviż ta’ sejħa għall-offerti għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10

Id-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti għal kull invit individwali għall-offerta kull tieni Tlieta u raba’ Tlieta tax-xahar f’nofsinhar (ħin ta’ Brussel), ħlief it-tieni Tlieta ta’ Awissu u r-raba’ Tlieta ta’ Diċembru. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika, id-data ta’ l-għeluq għandha tkun l-aħħar jum tax-xogħol li jiġi qabel f’nofsinhar (ħin ta’ Brussel).

Artikolu 11

1. Il-partijiet interessati għandhom jipparteċipaw fil-proċedura ta’ l-offerti mħabbra mill-aġenzija ta’ intervent ta’ Stat Membru jew billi jibagħtu offerta bil-miktub kontra l-ħruġ ta’ riċevuta, jew b’xi mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub bi prova ta’ riċevuta.

2. L-offerti għandu jkun fihom:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ min jibgħathom;

(b) il-kwantità offruta, il-kontenut minimu ta’ xaħam;

(ċ) il-prezz propost kull 100 kilogramma ta’ butir, esklużi t-taxxi nazzjonali u d-drittijiet, imwassal sa fejn jitgħabba l-maħżen imkessaħ, imfisser f’ewro sa mhux aktar minn żewġ postijiet deċimali;

(d) il-post fejn il-butir huwa miżmum.

3. L-offerti għandhom ikunu validi biss jekk:

(a) ikunu jirrelataw ma’ kwantità ta’ butir li tilħaq il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 4(4);

(b) ikunu akkumpanjati b’obbligazzjoni bil-miktub minn dak li jitfa’ l-offerta li jikkonforma ma’ l-Artikoli 4(3) u 17(2);

(ċ) tiġi pprovduta prova li dak li jitfa’ l-offerta jkun iddepożita garanzija ta’ Ewro 5 kull 100 kg għas-sejħa għall-offerti kkonċernati, fl-Istat Membru li fih kienet intbagħtet l-offerta, qabel id-data ta’ l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ l-offerti.

4. L-obbligazzjoni li għaliha jipprovdi l-paragrafu 3(b), jekk fil-bidu tintbagħat lill-aġenzija ta’ intervent titqies li kienet taċitament imġedda għall-offerti sussegwenti sakemm tkun espliċitament ikkanċellata minn dak li jagħmel l-offerta jew mill-aġenzija ta’ intervent, b’dan illi:

(a) l-offerta oriġinali tistipula li dak li jagħmel l-offerta għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn din id-disposizzjoni,

(b) offerti sussegwenti jkunu jirreferu għal din id-disposizzjoni (L-Artikolu 11(4)) u għad-data ta’ l-offerta oriġinali.

5. L-aġenzija ta’ interevent għandha tirrekordja l-jum li fih kienet riċevuta l-offerta, il-kwantitajiet involuti u d-dati rispettivi tal-manifattura u l-lok fejn il-butir offrut huwa maħżun.

6. L-offerti ma jistgħux ikunu rtirati wara d-data ta’ l-għeluq imsemmija fl-Artikolu 10 għas-sottomossjoni ta’ offerti dwar is-sejħa għall-offerti kkonċernati.

Artikolu 12

Iż-żamma ta’ l-offerta wara d-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ offerti, u l-konsenja tal-butir fid-depożitu maħsub mill-aġenzija ta’ intervent fil-limitu ta’ żmien imniżżel fl-Artikolu 15(3), għandha tikkostitwixxi ħtiġiet primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [15].

Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet u l-prezzijiet offruti minn dawk li jagħmlu l-offerti, mhux aktar tard mid-9.00 a.m. (ħin ta’ Brussel) tal-jum li jiġi wara d-data ta’ l-għeluq li għaliha jirreferi l-Artikolu 10.

2. Fid-dawl ta’ l-offerti riċevuti għal kull sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu ta’ xiri għall-ħażna, b’referenza għall-prezzijiet ta’ intervent applikabbli, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KEE) Nru 1255/1999.’;

3. Tista’ tittieħed deċiżjoni li ma tissokktax is-sejħa għall-offerti

Artikolu 14

1. L-offerti għandhom ikunu rrifjutati jekk il-prezz propost ikun għola mill-prezz massimu msemmi fl-Artikolu 13(2), li jkun japplika għall-proċedura ta’ l-offerta kkonċernata.

2. Id-drittijiet u l-obbligi li jiriżultaw mill-proċedura ta’ l-offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 15

1. Dawk li jagħmlu l-offerta għandhom ikunu avżati minnufih mill-aġenzija ta’ intervent bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura għall-offerta.

Fejn l-offerti ma jkollhomx riżultat, il-garanziji li għalihom jirreferi l-Artikolu 11(3)(ċ) għandhom jiġu rrilaxxati minnufih.

2. L-aġenzija ta’ intervent għandha toħroġ minnufih lil dak li jirbaħ l-offerta ordni ta’ konsenja datata u nnumerata li tkun turi:

(a) il-kwantità li għandha titwassal;

(b) id-data finali għat-twassil tal-butir.

(ċ) id-depożitu ta’ ħażna għal kesħa li fih għandu jitwassal.

3. Fi żmien 21 jum mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti, dak li jirbaħ l-offerta għandu jwassal il-butir fejn jitgħabba l-maħżen safejn jitgħabba l-maħżen imkessaħ. Il-konsenja tista’ ssir f’diversi konsenji.

Kull spiża magħmula fil-ħatt tal-butir fejn jitgħabba l-maħżen imkessaħ għandha tinġarr minn dak li jirbaħ l-offerta.

4. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata malli dak li jirbaħ l-offerta jkun wassal il-kwantità indikata fuq l-ordni tal-konsenja fil-limitu ta’ żmien preskritt.

5. Ħlief f’każijiet ta’ forza magguri, fejn dak li jirbaħ l-offerta jonqos li jikkonsenja l-butir fil-limitu ta’ żmien preskritt, mhux biss għandha l-garanzija li għaliha jipprovdi l-Artikolu 11(3)(ċ) tintilef fil-proporzjon mal-kwantitajiet mhux ikkonsenjati, iżda x-xiri għall-ħażna għandu wkoll jiġi kkanċellat fir-rigward tal-kwantitajiet li jibqa’.

Artikolu 16

1. L-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas lil dak li jirbaħ l-offerta l-prezz indikat fl-offerta għal kull kwantità ta’ butir meħud, bejn il-45 u l-65 jum wara li jittieħed, sakemm it-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 u 4 ikun ġie kkonfermat.

2. Il-jum tat-teħid għandu jfisser il-jum li fih il-butir jidħol fil-maħżen imkessaħ maħsub mill-aġenzija ta’ intervent, iżda mhux aktar kmieni mill-jum li jiġi wara dak li fih l-ordni tal-konsenja li għalih jirreferi l-Artikolu 15(2) kienet inħareġet.

Artikolu 17

1. Il-butir għandu jiġi mgħoddi min perjodu ta’ ħażna bi prova. Dan il-perjodu għandu jiġi ffissat bħala 30 jum li jibdew mill-jum li fih jittieħed.

2. Permezz ta’ l-offerti tagħhom, il-bejjiegħa għandhom jintrabtu li, meta l-ispezzjoni mad-dħul fil-maħżen innominat mill-aġenzija ta’ intervent juri illi l-butir ma jikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 u 4, jew meta fit-tmiem tal-perjodu ta’ ħażna ta’ prova, il-kwantità minima organolettika tal-butir turi li tkun taħt dik iffissata fl-Anness I:

(a) għandhom jieħdu lura l-butir in kwistjoni; u

(b) jħallsu l-ispejjeż tal-ħażna tal-butir ikkonċernat mill-jum li fih kien ittieħed sad-data tat-tneħħija tiegħu mill-ħażna.

L-ispejjeż tal-ħażna li għandhom jitħallsu għandhom ikunu l-ispejjeż li għandhom jiġu rinburżati mill-aġenzija ta’ intervent lill-kont tas-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għal Gwida u Garanzija (FAEGG) skond l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3597/90 [16].

L-ammonti għandhom jiġu kreditati lill-kont tal-Fond Agrikolu Ewropew għal Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni ta’ Garanzija.

SEZZJONI 4

Dħul fi u tneħħija mill-ħażna

Artikolu 18

1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu l-istandards tekniċi, li jkunu jipprovdu b’mod partikolari għal temperatura ta’ ħażna li ma tkunx aktar baxxa minn -15 °C, għall-imħażen imkessħin li għalihom jirreferi t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u għandhom jieħdu kull miżuri oħra meħtieġa biex jiżguraw illi l-butir huwa kkonservat sew. Ir-riskji relevanti għandhom ikunu koperti b’assigurazzjoni fil-forma jew ta’ obbligazzjoni kuntrattwali fuq dawk li jaħżnu jew b’polza komprensiva ta’ responsabbilità li tinġarr mill-aġenzija ta’ intervent; l-Istati Membri jistgħu wkoll jaġixxu bħala l-assiguraturi tagħhom.

2. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jeħtieġu li l-butir jitwassal sa fejn jitgħabba l-maħżen imkessaħ, u jittieħed fil-ħażna u jinżamm hemm, fuq pallets, b’dak il-mod li jinħolqu lottijiet li jkunu faċilment identifikabbli u li jintlaħqu faċilment.

3. L-aġenzija responsabbli għall-verifiki għandha twettaq verifiki mhux avzati dwar il-preżenza tal-butir fil-maħżen, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2148/96 [17].

Artikolu 19

1. L-aġenzija ta’ intervent għandha tagħżel il-maħżen imkessaħ disponibbli l-aktar qrib għal-lok fejn il-butir huwa maħżun.

Iżda, sakemm l-għażla ta’ maħżen imkessaħ ieħor ma tirriżultax fi spejjeż addizzjonali ta’ ħażna, tista’ tagħżel maħżen ieħor li jinsab fid-distanza msemmija fil-paragrafu 2.

Tista’ tagħżel maħżen imkessaħ li jkun jinstab lil hinn minn dik id-distanza jekk l-ispiża li tirriżulta, inkluż l-ispejjeż tal-ħażna u t-trasport, tkun aktar baxxa. F’dan il-każ l-aġenzija ta’ intervent għandha tavża lill-Kummissjoni bl-għażla tagħha minnufih.

2. Id-distanza massima li għaliha jirreferi t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha tkun 350 kilometru. Lil hinn minn dik id-distanza, l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport li jinġarru mill-aġenzija ta’ intervent għandhom ikunu ta’ EUR 0,065 kull tunnellata u kull kilometru.

Iżda, fejn l-aġenzija ta’ intervent li tixtri għall-ħażna l-butir tkun fl-Istat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħ il-butir offrut ikun maħżun, m’għandhiex titqies, fil-kalkolazzjoni tad-distanza massima msemmija fl-ewwel subparagrafu, tad-distanza bejn il-maħżen tal-venditur u l-konfini ta’ l-Istat Membru ta’ l-aġenzija ta’ intervent li tixtri.

3. L-ispejjeż addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinġarru biss mill-aġenzija ta’ intervent jekk it-temperatura tal-butir ma tkunx teċċedi 6 °C mal-wasla fil-maħżen imkessaħ.

Artikolu 20

Fiż-żmien tat-tneħħija mill-maħżen l-aġenzija ta’ intervent għandha, fil-każ ta’ konsenja mill-maħżen imkessaħ, tagħmel il-butir disponibbli fuq pallets fejn jitgħabba l-maħżen, mgħobbi, fejn jixraq, fuq il-mezzi tat-trasport fejn din tkun trakk jew vagun tal-ferrovija. L-ispejjeż involuti għandhom jinġarru mill-aġenzija ta’ intervent u kull spiża ta’ tagħbija jew depalletising għandha tinġarr mix-xerrej tal-butir.

SEZZJONI 5

Bejgħ ta’ butir

Artikolu 21

L-aġenziji ta’ intervent fl-Istati Membri għandhom ibiegħu lil kull parti interessata butir li jżommu u li daħal fil-ħażna qabel l-1 ta’ Lulju 1996.

Artikolu 22

1. Il-butir għandu jinbiegħ mid-depożit bi prezz ugwali għall-prezz ta’ intervent iffissat fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u applikabbli fil-jum li fih il-kuntratt tal-bejgħ jiġi konkluż, miżjud b’EUR 1 kull 100 kg.

Għandu jinbiegħ fi kwantitajiet ta’ mhux anqas minn ħames tunnellati. Iżda, fejn il-kwantità li tibqa’ fid-depożit tal-ħażna tkun anqas minn ħames tunnellati l-bejgħ għandu jirrelata għal dik il-kwantità anqas.

2. L-aġenzija ta’ intervent għandha tbiegħ il-butir biss jekk garanzija ugwali għall-EUR 10 kull 100 kg tkun ippreżentata, mhux aktar tard mill-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ, biex jiġi żgurat li l-ħtiġiet primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 huma mwettqa fir-rigward tat-teħid tal-butir fil-limitu ta’ żmien imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament.

3. L-aġenzija ta’ intervent għandha tbiegħ il-butir skond id-data meta tqiegħed fil-ħażna, billi tibda mill-aktar qadim tal-kwantità totali disponibbli jew, skond il-każ, il-kwantità disponibbli fil-maħżen jew imħażen indikati mix-xerrej.

Artikolu 23

1. Ix-xerrej għandu jieħu pussess tal-butir fi żmien xahar mid-data li fiha l-kuntratt tal-bejgħ ġie konkluż.

Il-pussess jista’ jittieħed f’lottijiet ta’ mhux anqas minn ħames tunnellati. Iżda, fejn il-kwantità li tibqa’ fid-depożit tal-ħażna tkun anqas minn ħames tunnellati dik il-kwantità iżgħar tista’ titwassal.

2. Qabel ma jieħu pussess ta’ xi kwantità ta’ butir, ix-xerrej għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent il-prezz li jikkorrispondi għall-kwantità li tkun qiegħda tkun konsenjata.

3. Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri, il-kuntratt tal-bejgħ għandu jiġi terminat dwar xi kwantitajiet li dwarhom ix-xerrej ma jkunx ħa pussess fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 1.

4. Il-garanzija li għaliha jipprovdi l-Artikolu 22(2) għandha tintilef dwar kull kwantità li dwarha l-kuntratt tal-bejgħ jiġi tterminat skond il-paragrafu 3. Għandha tiġi rrilaxxata minnufih dwar xi kwantitajiet li dwarhom il-pussess jittieħed fil-perjodu preskritt.

5. Fil-każ ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu dik l-azzjoni li tikkunsidra meħtieġa fir-rigward taċ-ċirkostanzi invokati.

Artikolu 24

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-Tlieta ta’ kull ġimgħa bil-kwantitajiet ta’ butir li, matul il-ġimgħa ta’ qabel:

(a) kien is-suġġett ta’ kuntratt ta’ bejgħ;

(b) kien ittieħed.

KAPITOLU III

Ħażna privata ta’ butir u krema

SEZZJONI 1

Kuntratt u kondizzjonijiet ta’ ħażna

Artikolu 25

Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu:

- "lott ta’ ħażna" tfisser kwantità li tkun tiżen ta’ l-anqas tunnellata waħda u ta’ kompożizzjoni omoġeneja u kwalità, li toriġina minn fabbrika waħda, meħud fil-ħażna f’maħżen wieħed f’jum wieħed;

- "jum tal-bidu ta’ ħażna kuntrattwali" ifisser il-jum li jiġi wara dak tad-dħul fil-ħażna;

- "l-aħħar jum ta’ ħażna kuntrattwali" ifisser il-jum li jiġi qabel dak tat-tneħħija mill-ħażna;

Artikolu 26

Kuntratti dwar il-ħażna ta’ butir u krema kif msemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom jiġu konklużi bejn l-aġenzija ta’ intervent u l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu l-butir u l-krema jkunu maħżuna u persuni naturali jew legali, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa ‘kuntratturi’.

Artikolu 27

1. Kuntratt ta’ ħażna privata jista’ jiġi konkluż biss dwar butir u krema kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Il-butir għandu jkun ġie prodott f’impriża approvata skond l-Artikolu 5(1)(a), (b) u (ċ) ta’ dan ir-Regolament matul it-28 jum li jiġu qabel il-jum tal-bidu tal-kuntratt tal-ħażna. Għandu jkun jikkorrispondi mal-klassi nazzjonali tal-kwalità ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni msemmi fl-Anness V u l-livell ta’ radjuattività m’għandux jeċċedi l-livelli massimi permessi li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(2).

2. M’għandux jiġi konkluż kuntratt ta’ ħażna dwar butir jew krema:

(a) li dwaru applikazzjoni għall-għajnuna ta’ konsum dirett tkun saret taħt disposizzjonijiet oħra tal-Komunità;

(b) li jkun tqiegħed taħt l-arranġamenti li għalihom jirrferi l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [18]; tqegħid sussegwenti taħt dawk l-arranġamenti għandu jiġi meqjus bħala li jtemm il-perjodu ta’ ħażna kuntrattwali.

Artikolu 28

1. Kuntratti ta’ ħażna għandhom jiġu konklużi bil-miktub għal-lott wieħed jew aktar ta’ ħażna u għandhom jinkludu, b’mod partikolari, disposizzjonijiet dwar:

(a) il-kwantità ta’ butir jew krema li dwarha japplika l-kuntratt;

(b) l-ammont ta’ għajnuna, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38;

(ċ) id-dati dwar l-esekuzzjoni tal-kuntratt, mingħajr preġudizzju għall-ħames subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999;

(d) l-identità ta’ l-imħażen imkessħa.

2. Il-miżuri ta’ kontroll, partikolarment dawk li għalihom jirreferi l-Artikolu 33, u t-tagħrif li għalih jirreferi l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet imħejjija mill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru ta’ ħażna. Il-kuntratt ta’ ħażna għandu jirreferi għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

3. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jipprovdu li l-ippakkeġġjar tal-butir ikun juri ta’ l-anqas il-partikolaritajiet li ġejjin, li jistgħu jkunu kkodifikati, fejn japplika:

(a) in-numru li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni;

(b) id-data ta’ produzzjoni;

(ċ) id-data tad-dħul fil-ħażna;

(d) in-numru tal-lott ta’ manifattura;

(e) il-kelma "immellaħ" fil-każ ta’ butir li għalih jirreferi t-tielet inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999;

(f) il-klassi nazzjonali ta’ kwalità li għaliha jirreferi l-Anness V;

(g) il-piż nett.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligazzjoni li turi d-data tad-dħul fil-ħażna fuq l-ippakkeġġjar, sakemm il-maniġer tal-maħżen ma jintrabatx li jżomm reġistru li fih il-partikolaritajiet li għalihom jirreferi t-tieni subparagrafu jiġu rrekordjati d-data tad-dħul fil-ħażna.

Artikolu 29

1. Dħul fil-ħażna jista’ jsir biss bejn il-15 ta’ Marzu u l-15 ta’ Awissu ta’ l-istess sena. Tneħħija mill-ħażna jista’ jsir biss wara s-16 ta’ Awissu tas-sena tal-ħażna.

2. Tneħħija mill-maħżen għandha tkun f’lottijiet sħaħ ta’ ħażna jew, jekk l-aġenzija kompetenti hekk tawtorizza, fi kwantitajiet iżgħar. Iżda, fiċ-ċirkostanzi li għalihom jirreferi l-Artikolu 33(2)(a) kwantità ssiġillata biss tista’ titneħħa mill-maħżen.

Artikolu 30

1. Applikazzjonijiet biex jiġi konkluż kuntratt ma’ aġenzija ta’ intervent jista’ jirrelata biss ma’ lottijiet ta’ butir jew krema li jkunu ttieħdu kollha kemm huma fil-ħażna.

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-aġenzija ta’ intervent fi żmien mhux aktar minn 30 jum mid-data tad-dħul fil-maħżen. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jirreġistraw id-data ta’ meta jiġu riċevuti.

Jekk l-applikazzjoni tasal fl-aġenzija ta’ intervent fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara li jagħlaq iż-żmien, il-kuntratt tal-ħażna jista’ jiġi xorta waħda konkluż iżda l-għajnuna għandha titnaqqas bi 30 %.

2. Kuntratti ta’ ħażna għandhom jiġu konklużi f’mhux aktar minn 30 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 31

Fejn il-butir huwa maħżun fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ produzzjoni, il-konklużjoni tal-kuntratt tal-ħażna li għalih jirreferi l-Artikolu 30 għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ipprovdut mill-aġenzija ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni fi żmien 50 jum mid-data tad-dħul tal-butir fil-ħażna.

Iċ-ċertifikat għandu jkun fih it-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 28(3)(a), (b) u (d) u jkkonferma li l-prodott konċernat huwa butir skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Fil-każ li għalih jirreferi l-ewwel paragrafu, kuntratti ta’ ħażna għandhom jiġu konklużi f’mhux aktar minn 60 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni.

SEZZJONI 2

Verifiki

Artikolu 32

1. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-kondizzjonijiet għad-dritt ta’ ħlas ta’ l-għajnuna huma mħarsa.

2. Il-kuntrattur jew, fuq talba ta’ l-Istat Membru jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, il-persuna responsabbli għad-depożit tal-ħażna għandu jagħmel disponibbli lill-aġenzija kompetenti responsabbli għall-ispezzjoniji kull dokumentazzjoni li tkun tippermetti l-verifikazzjoni tal-partikolaritajiet li ġejjin tal-prodotti mqiegħda f’ħażna privata:

(a) in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni;

(b) id-data ta’ produzzjoni;

(ċ) id-data tad-dħul fil-ħażna;

(d) in-numru tal-lott ta’ ħażna;

(e) il-preżenza fil-maħżen u l-indirizz tal-maħżen;

(f) id-data tat-tneħħija mill-ħażna;

3. Il-kuntrattur jew, fejn japplika, il-persuna responsabbli għall-maħżen għandha żżomm ir-rekordi tal-ħażna disponibbli fil-maħżen għal kull kuntratt, li jkopru:

(a) in-numru tal-lott tal-ħażna tal-prodotti mqiegħda f’ħażna privata;

(b) id-data tad-dħul fi u tneħħija mill-ħażna;

(ċ) il-kwantità ta’ butir jew krema, indikati għal kull lott ta’ ħażna;

(d) il-lokazzjoni tal-prodotti fil-maħżen.

4. Prodotti maħżuna għandhom ikunu faċilment identifikabbli, faċilment aċċessibbli u identifikati individwalment skond il-kiuntratt.

Artikolu 33

1. Mad-dħul fil-ħażna l-aġenzija kompetenti għandha twettaq verifiki fil-peijodu li jibda fid-data tad-dħul fil-ħażna u li jintemm 28 jum wara d-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-konklużjoni tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 30.

Biex jiġi żgurat li l-prodotti maħżuna huma eliġibbli għall-għajnuna, il-verifiki għandhom isiru fuq kampjun rappreżentattiv ta’ l-anqas 5 % tal-kwantitajiet imqiegħda fil-ħażna biex jiġi żgurat illi, fir-rigward inter alia ta’ suffiċjenza, il-piż, l-identifikazzjoni u n-natura tal-prodotti, il-lottijiet maħżuna kollha kemm huma fiżikament jikkonformaw ma’ l-applikazzjoni għall-konklużjoni tal-kuntratt.

2. L-aġenzija kompetenti għandha:

(a) jew tissiġilla l-prodotti b’kuntratt, lott ta’ ħażna jew kwantità iżgħar fiż-żmien tal-verifika li għaliha jipprovdi l-paragrafu 1;

(b) jew tagħmel verifika mhux avżata, billi tikkampjuna, biex tiżgura li l-prodotti huma preżenti fil-maħżen. Il-kampjun ikkonċernat għandu jkun rappreżentattiv u għandu jikkorrispondi ma’ ta’ l-anqas 10 % tal-kwantità totali taħt kuntratt għall-miżura ta’ għajnuna ta’ ħażna privata.

3. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ ħażna kuntrattwali, l-aġenzija kompetenti għandha, permezz ta’ kampjunar, tivverifika l-piż u l-identifikazzjoni. Għal dak il-għan, il-kuntrattur għandu javża lill-aġenzija kompetenti ta’ l-anqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem tal-perjodu massimu ta’ ħażna kuntrattwali ta’ 210 jum jew, fejn japplika jew fejn prodotti huma mneħħija matul il-perjodu ta’ 210 jum, qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ tneħħija, bl-indikazzjoni tal-lottijiet ta’ ħażna involuti.

Fejn il-butir ikun għadu fil-ħażna wara li jiskadi l-perjodu massimu ta’ ħażna kuntrattwali, il-verifika li għaliha jirreferi l-ewwel subparagrafu, tista’ ssir meta l-butir jitneħħa mill-ħażna. Għal dak il-għan, il-kuntrattur għandu javża lill-aġenzija kompetenti ta’ l-anqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ tneħħija.

Fil-każijiet li għalihom jipprovdu l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istat Membru jista’ jaċċetta limitu ta’ żmien iqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

4. Għandu jitħejja rapport dwar il-verifiki imwettqa skond il-paragrafi 1 u 2, li jkun jispeċifika:

(a) id-data tal-verifika;

(b) it-tul tagħha;

(ċ) l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli u kontrofirmat mill-kuntrattur jew, skond il-każ, il-persuna responsabbli għall-maħżen, u għandu jinkludi d-dossier tal-ħlas.

5. Fil-każ ta’ irregolaritajiet li jeffetwaw ta’ l-anqas 5 % tal-kwantitajiet ta’ prodotti verifikati, il-verifika għandha titwessa’ għall-kampjun akbar li għandu jiġi stabbilit mill-aġenzija kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-każijiet lill-Kummissjoni fi żmien erba’ ġimgħat.

SEZZJONI 3

Għajnuna għall-ħażna

Artikolu 34

1. Għajnuna għall-ħażna privata kif ipprovdut fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tista’ tingħata biss fejn il-perjodu ta’ ħażna kuntrattwali ikun bejn 90 u 210 jum.

Meta l-kuntrattur jonqos li jħares il-limitu ta’ żmien li għalih jirreferi l-Artikolu 33(3), l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u għandha titħallas biss dwar il-perjodu li għalih il-kuntrattur jipprovdi xhieda sodisfaċjenti lill-aġenzija kompetenti li l-butir jew krema kienu baqgħu fil-ħażna kuntrattwali.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kull sena skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-ammont ta’ għajnuna riferit fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament għall-kuntratti ta’ ħażna privata li jibdew matul is-sena in kwistjoni.

3. L-għajnuna għandha titħallas fuq applikazzjoni mill-kuntrattur, fit-tmiem tal-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna, fi żmiem 120 jum minn mindu tiġi riċevuta l-applikazzjoni, sakemm il-verifiki li għalihom jirreferi l-Artikolu 33(3) ikunu twettqu u li l-kondizzjonijiet għad-dritt għall-għajnuna jkunu ġew imħarsa.

Iżda, jekk inkjesta amministrattiva dwar id-dritt għall-għajnuna tkun qiegħda ssir, il-ħlas m’għandux isir qabel dak id-dritt jiġi magħruf.

4. Wara 60 jum ta’ ħażna kuntrattwali jista’ jsir ħlas ta’ l-għajnuna uniku bil-quddiem fuq talba tal-kuntrattur, sakemm ikun ipprovda garanzija ugwali għall-ħlas bil-quddiem miżjud b’10 %. Dan il-ħlas bil-quddiem għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ perjodu ta’ ħażna ta’ 90 jum. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata malli l-bilanċ ta’ l-għajnuna li għaliha jirreferi l-paragrafu 3 tkun tħallset.

Artikolu 35

1. Meta, mat-tmiem ta’ l-ewwel 60 jum ta’ ħażna kuntrattwali, id-deterjorament fil-kwalità tal-butir jew krema tkun akbar milli jkun normali fil-ħażna, il-kuntratturi jistgħu jiġu awtorizzati, darba kull lott ta’ ħażna, biex jibdlu l-kwantità difettiva, bi spejjeż tagħhom, bi kwantità ugwali ta’ butir jew krema kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Jekk verifiki waqt il-ħażna jew mat-tneħħija jikxfu kwantitajiet difettużi, ebda għajnuna m’għandha titħallas għal dawk il-kwantitajiet. B’żieda, il-bqija tal-lott tal-ħażna li jkun għadu eliġibbli għall-għajnuna m’għandux ikun anqas minn tunnellata waħda. L-istess regola għandha tapplika fejn parti ta’ lott titneħħa qabel is-16 ta’ Awissu jew qabel it-tmiem tal-perjodu minimu ta’ ħażna.

2. Għall-għan tal-kalkolu tal-għajnuna fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ewwel jum tal-kuntratt tal-ħażna għandu jkun il-jum tal-bidu tal-ħażna kuntrattwali.

Artikolu 36

1. Għajnuna għall-ħażna tal-krema għandha tingħata biss għall-krema ppastorizzata b’kontenut ta’ xaħam mhux anqas minn 35 % u mhux aktar minn 80 %.

2. Għall-għan tal-kalkolu ta’ l-għajnuna, il-kwantitajiet ta’ krema għandhom ikunu kkonvertiti f’butir ekwivalenti b’referenza għall-butir b’kontenut ta’ xaħam ta’ 82 % billi jiġi mmoltiplikat il-kontenut ta’ xaħam tal-krema b’1,20.

3. Il-kontenut ta’ xaħam speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jkun ivverifikat minn laboratorju approvat mill-aġenzija kompetenti qabel il-krema tiġi ffrizata.

Artikolu 37

1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kuntratturi li jimpenjaw ruħhom volontarjament, għall-lottijiet ta’ ħażna kollha taħt il-kuntratti kollha konklużi matul is-sena kurrenti, li josservaw kontenut ta’ xaħam minimu wieħed iffissat bil-quddiem fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 36(1).

2. Fejn il-paragrafu 1 jiġi applikat, l-għajnuna għandha tingħata fuq il-bażi tal-kontenut minimu ta’ xaħam iffissat bil-quddiem.

F’dawk il-każijiet l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-kontenut ta’ xaħam skond l-Artikolu 36(3) b’kampjuni meħuda kif jiġu jiġu fil-kors ta’ visti spissi mhux avżati.

Jekk dawk il-verifiki juru li l-kontenut ta’ xaħam ikun anqas mill-kontenut minimu ta’ xaħam iffissat bil-quddiem, ebda għajnuna m’għandha tingħata għall-lottijiet ta’ ħażna meħuda fil-ħażna mill-aħħar verifika sodisfaċjenti, u l-paragrafu 1 m’għandux aktar japplika għall-kuntrattur ikkonċernat għall-bqija tal-perjodu ta’ ħażna kuntrattwali.

Iżda, jekk il-kontenut ta’ xaħam jinstab li jkun anqas minn 2 % aktar baxx mill-kontenut minimu ffissat bil-quddiem, l-għajnuna għandha titħallas fuq il-bażi tal-kontenut ta’ xaħam misjub, imnaqqas b’10 %.

Artikolu 38

1. Jekk is-sitwazzjoni fis-suq hekk tenħtieġ, l-ammont ta’ għajnuna, il-perjodu ta’ dħul fi u t-tneħħija mill-ħażna u t-tul massimu ta’ ħażna jista’ jinbidel matul is-sena dwar kuntratti li għadhom mhux konkluzi.

2. Fejn il-prezz massimu ta’ xiri għall-ħażna ffissat b’sejħa għall-offerti skond l-Artikolu 13(2), espress f’ewro jew, għall-pajjiżi li ma jipparteċipawx fil-munita unika, fil-munita nazzjonali, u li tkun tapplika fil-jum tal-bidu tal-ħażna kuntrattwali, tkun għola minn dik li tkun tapplika fl-aħħar jum tal-ħażna kuntrattwali, l-għajnuna stabbilita skond l-Artikolu 34(2) għandha tiżdied b’ammont ekwivalenti għal xi tnaqqis fil-prezz massimu ta’ xiri għall-ħażna f’eċċess ta’ 2 % tal-prezz applikabbli fil-jum tal-bidu tal-ħażna kuntrattwali.

Jekk il-prezz ikun anqas minn dak applikabbli fl-aħħar jum tal-ħażna kuntrattwali, l-għajnuna stabbilita skond l-Artikolu 34(2) għandha titnaqqas b’ammont ugwali għal xi żieda fil-prezz massimu ta’ xiri għall-ħażna f’eċċess ta’ 2 % tal-prezz applikabbli fil-jum tal-bidu tal-kuntratt tal-ħażna. Iżda, it-tnaqqis fl-għajnuna ma jistax jeċċedi l-ammont totali ta’ għajnuna.

3. L-aġġustament ta’ għajnuna li għalih jirreferi l-paragrafu 2 għandu japplika biss jekk, matul il-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna, prezz massimu ta’ xiri għall-ħażna jkun iffissat skond l-Artikolu 13(2) u jekk, fl-aħħar jum tal-ħażna kuntrattwali, ix-xiri għall-ħażna jkun inbeda f’aktar minn tmien Stati Membri.

Jekk prezz massimu ta’ xiri għall-ħażna ma’ jkunx ġie ffissat fil-21 jum li jiġu minnufih qabel il-bidu tal-perjodu kuntrattwali tal-ħażna, il-prezz massimu tax-xiri għall-ħażna meqjus li japplika fl-ewwel jum tal-ħażna kuntrattwali għandu jkun ugwali għal 90 % tal-prezz ta’ intervent fis-seħħ.

KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet transitorji u finali

Artikolu 39

Ir-Regolamenti (KEE) Nri 2315/76, 1547/87, 1589/87, u (KE) Nru 454/95 huma b’dan imħassra.

Ir-Regolament (KE) Nru 454/95 għandu jibqa japplika għall-kuntratti ta’ ħażna privata konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 2000.

Kull referenza għar-Regolamenti imħassra għandha titqies bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Il-prezz ta’ intervent għall-butir applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2000 sat-30 ta’ Ġunju 2000 għandu jkun dak iffissat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1400/1999 [19].

Artikolu 41

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f’Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[3] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21.

[4] ĠU L 78, ta’ l-20.3.1987, p. 10.

[5] ĠU L 150, tal-15.6.1991, p. 26.

[6] ĠU L 261, tal-25.9.1976, p. 12.

[7] ĠU L 260, tat-23.9.1997, p. 8.

[8] ĠU L 144, ta’ l-4.6.1987, p. 12.

[9] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27.

[10] ĠU L 146, tas-6.6.1987, p. 27.

[11] ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 19.

[12] ĠU L 46, ta’ l-1.3.1995, p. 1.

[13] ĠU L 48, ta’ l-24.2.1999, p. 3.

[14] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1.

[15] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[16] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 43.

[17] ĠU L 288, tad-9.11.1996, p. 6.

[18] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[19] ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦTIĠIET KOMPOŻIZZJONALI, KARATTERISTIĊI TA' KWALITÀ U METODI ANALITIĊI

Il-butir huwa emulsjoni solida, l-aktar tat-tip ilma-fiż-żejt, bil-karatteristiċi kompożizzjonali u ta' kwalità li ġejjin.

Parametri | Karatteristiċi kontenut u kwalità | Metodu ta' referenza |

Xaħam | Minimu 82 % | [1] |

Ilma | Massimu 16 % | [2] |

Solidi mhux xaħam | Massimu 2 % | [2] |

Aċidi mxaħmin ħielsa [2] | Massimu 1,2 mmole/100 g xaħam | [2] |

Valur perossidu | Massimu 0,3 meq ossiġenu/1 000 g xaħam | [2] |

Koliformi | Mhux rilevabbli f'1 g | [2] |

Xaħam mhux mill-ħalib | Mhux rilevabbli b'analiżi trigliċerida | [2] |

Tracers [1] sterols [2]vanillina [2]ethyl ester ta' aċidu karoteniku [2]trigliċeridi ta' aċidu enanthic [2] | Mhux rilevabbli | [2] |

Tracers oħra [1] | Mhux rilevabbli | metodi approvati mill-awtorità kompetenti |

Karatteristiċi sensorjali | Mil-lanqas erbgħa minn ħames punti għad-dehra togħma u konsistenza | [2] |

Disperżjoni fl-ilma | Mil-lanqas erba' punti | [2] |

[1] Tracers approvati taħt ir-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 (ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9) u Nru 429/90 (ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8) u (KE) Nru 2571/97 (ĠU L 350, ta’ l-20.12.1997, p. 3).

[2] Ara Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1854/96 (ĠU L 246, tas-27.9.1996, p. 5), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 881/1999 (ĠU L 111, tad-29.4.1999, p. 24), li jistabbilixxi lista ta' metodi ta' referenza li għandhom ikunu applikati għall-analiżi u valutazzjoni kwalitattiva tal-ħalib u prodotti tal-ħalib taħt l-organizzazzjoni tas-suq komuni.

--------------------------------------------------

ANNESS II

METODU TA’ REFERENZA GĦAS-SEJBA TA’ XAĦMIJIET BARRANIN FIX-XAĦAM TAL-ĦALIB PERMEZZ TA’ ANALIŻI TAL-GASS KROMATOGRAFIKA TA’ TRIGLIĊERIDI - REVIŻJONI 1

1. Skop u kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-istandard jipprovdi metodu għas-sejba ta’ xaħmijiet barranin, kemm ta’ xaħmijiet tal-ħxejjex u ta’ l-annimali bħal dam taċ-ċanga u xaħam fix-xaħam tal-ħalib ta’ prodotti tal-ħalib bl-użu ta’ analiżi ta’ gass kromatografika ta’ trigliċeridi.

Bl-użu ta’ formuli trigliċeridi xaħmijiet tal-ħxejjex u ta’ l-annimali jinkixfu kwalitattivament u kwantitattivament f’xaħam ta’ ħalib pur irrispettivament mill-kondizzjonijiet ta’ l-għalf jew irdigħ.

Nota 1:

Għalkemm l-aċidu butyric (C4) li jinstab esklużivament fix-xaħmijiet tal-ħalib jippremetti li jisru estimi kwantitattivi ta’ ammonti minn baxxi sa medji ta’ xaħam tal-ħalib fix-xaħmijiet tal-ħxejjex, tagħrif kwalitattiv u kwantitattiv ma tantx jista’ jiġi pprovdut fil-firxa ta’ żieda sa ta’ l-anqas 20 % (piż %) xaħam barrani għal xaħam ta’ ħalib pur minħabba l-varjazzjoni kbira ta’ C4 li tifrex approssimattivament bejn 3,5 sa 4,5 % (piż %).

Nota 2:

Riżultati kwantitattivi jistgħu prattikament biss jinkisbu minn analiżi trigliċerida, minħabba li l-kontenut ta’ sterol fix-xaħmijiet tal-ħxejjex huwa differenti bħala funzjoni ta’ kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u kura.

2. Definizzjoni

Xaħmijiet barranin fix-xaħam tal-ħalib: xaħmijiet barranin kif iddefiniti f’dan l-istandard huma kollha xaħmijiet ta’ ħxejjex u annimali ħlief xaħam tal-ħalib.

3. Prinċipju tal-metodu

Wara l-estrazzjoni tax-xaħam tal-ħalib soluzzjoni stokk tiġi preparata.

Minn din is-soluzzjoni it-trigliċeridi (numri totali ta’ karbun) jiġu stabbiliti permezz ta’ gass kromatografikament fuq kolonni ppakkjati. Billi jiddaħħal il-persentaġġ skond il-piż ta’ molekuli ta’ daqsijiet differenti (C24 - C54 – numri biż-żewġ biss) fil-formula trigliċerida x-xaħmijiet barranin huma jew mikxufa kwalitattivament jew stabbiliti kwantitattivament.

Nota:

Billi tiġi osservata l-valutazzjoni mfissra hawnhekk tista’ tintuża l-kromatografija kapillari tal-gass, jekk jiġi ggarantit illi riżultati paragunabbli jistgħu jinkisbu [1] Il-metodi addattati ġia ġew deskritti, Ara D. Precht u J. Molkentin: Analiżi kwantitattiva trigliċerida bl-użu ta’ kolonni kapillari qosra, Chrompack News 4, 16-17 (1993)..

4. Reaġenti

Gradi ta’ kimiċi ta’ analiżi għandhom jintużaw.

4.1. Carrier gas: nitroġenu, grad ta’ purità = 99,996 %.

4.2. Trigliċeridi standard [1] Prodotti addattati huma kommerċjalment disponibbli., saturati kif ukoll kolesterol għall-istandardizzazzjoni ta’ xaħam standard tal-ħalib skond is-sezzjoni 6.5.4.

4.3. Methanol, ħieles mill-ilma.

4.4. n-Hexane

4.5. n-Heptane

4.6. Toluene

4.7. Soluzzjoni dimethylchlorosilane: 50 ml dimethylchlorosilane huma mdewba fi 283 ml toluene.

4.8. Gass kombustibbli: idroġenu u arja sintetika

4.9. Fażi stazzjonarja, 3-% OV-1 on 125/150 μm (100/120 mesh) Gas ChromQ. [1] Ismijiet tan-negozju bħal, eż. Extrelut, Gas ChromQ, Chrompack huma eżempji għall-prodotti addattati fin-negozju speċjalizzat. Dan it-tagħrif għandu jservi għall-għan ta’ l-immaniġġjar ħafif ta’ l-istandard minn dak li jużah u m’għandux jirrappreżenta talba għall-prodott. L-indikazzjoni tal-vina kienet ittrasferita lill-SI-unit μm skond BS 410:1988 "British Standard Specification for test sieves".

4.10. 10 % soluzzjoni ta’ butir tal-kawkaw

5. Strumenti

Apparat normali tal-laboratorju u partikolarment dan li ġej:

5.1. Gass chromatograph b’temperatura għolja addattat għal temperaturi ta’ l-anqas 400 - 450 °C, mgħammar bi flame ionization detector (FID) u kontrollur tal-massa ta’ kurrent kostanti għall-carrier gas. Gass ta’ kombustjoni: 30 ml/min H2, 270 ml/min arja sintetika.

Nota:

Minħabba t-temperaturi għoljin li jseħħu waqt l-analiżijiet trigliċeridi il-ħġieġ imdaħħal fl-FID jew fis-sistema ta’ injezzjoni għandu jiġi mnaddaf ta’ spiss.

Il-gas chromatograph għandu jkun mgħammar b’septa, li tkun tiflaħ temperaturi għolja, li tista’ tiġi użata ta’ spiss u li ġeneralment turi grad baxx ta’ "bleeding".

Nota:

Addattati huma Chromblue (tm) septa (Chrompack).

Is-septa għandhom jinbidlu f’intervalli regolari, eż. wara bejn wieħed u ieħor 100 injezzjoni jew malli r-riżoluzzjoni teħżien (Ara figura 4).

5.2. Kolonna kromatografika

Kolonna forma ta’ U (dijametru minn ġewwa 2 mm, 500 mm fit-tul), li l-ewwel hija silanized skond is-sezzjoni 6.1 bi dimethylchlorosilane biex jiġi diattivat il-wiċċ tal-ħġieġ.

Nota:

Adattati huma wkoll kolonni ppakkjati pjuttost itwal (80 - 200 mm fit-tul). Bihom riproduċibbiltà daqsxejn aħjar tar-riżultati tista’ tinkiseb. Min-naħa l-oħra, il-fażi stazzjonarja turi kultant fratturi wara l-operazzjoni, li jistgħu jwasslu, min-naħa tagħhom għal riżultati kwantitattivi għar. B’żieda, il-fjamma FID tintefa faċilment bħala riżultat tal-kurrent ta’ carrier gas estremament għoli ta’ 75 sa 85 ml/min.

5.3. Arranġament tal-mili tal-kolonna (Ara figura 1)

+++++ TIFF +++++

Figura 1: Mili tal-kolonna

5.3.1. Kolonna tal-plastik b’tappijiet bil-kamin fit-truf, ipprovduti b’marka li sa fuqha l-kwantità meħtieġa tal-fażi stazzjonarja tista’ timtela

5.3.2. Passatur fin (daqs tat-toqob bejn wieħed u ieħor ta’ 100 μm) b’tapp bil-kamin, addattat biex jissiġilla l-kolonna tal-ħġieġ skond il-figura 1.,

5.3.3. Suf tal-ħġieġ diattivat, silanized

5.3.4. Vibratur għad-distribuzzjoni uniformi tal-fażi stazzjonarja matul il-mili

5.4. 1 sa 3 ml kolonna extrelut [1] Ara nota 3 fl-aħħar tal-paġna 23. bis-silica gel. Din il-kolonna tista’ alternattivament tintuża għall-estrazzjoni tal-ksib ta’ xaħam tal-ħalib.

5.5. Siġill tal-grafite 6,4 mm (1/4”) b’toqba ta’ 6 mm

5.6. Apparat għas-silanizing tal-wiċċ tal-ħġieġ tal-kolonna skond is-sezzjoni 6.1.

5.6.1. Flixkun Woulff

5.6.2. Pompa li tiġbed l-ilma

5.7. Banju ta’ l-ilma, aġġustabbli sa (50 ± 2) °C

5.8. Armarju ta’ l-inxif, li jaġġusta għal (50 ± 2) °C

5.9. Pipetta bil-mikrolitri

5.10. pipetta gradwata 5 ml għad-dożi 1,5 ml methanol

5.11. flixkun bil-qiegħ ittundjat ta’ 50 ml

5.12. Flixkun Erlenmeyer, volum nominali 50 ml

5.13. Lembut

5.14. Filtru bit-toqob fini

5.15. Evaporatur li jdur

5.16. Ampulli, volum nominali 1 ml, li jissiġġillaw b’tapp ta’ l-aluminju, b’septum fuq ġewwa

5.17. Siringa ta’ l-injezzjoni, bil-plunger tas-siringa użata li ma jilħaqx il-ponta tal-labra.

Nota:

Dawn is-siringi jippermettu riproduċibilità aħjar tar-riżultati li għandhom jiġu miksuba.

Biex jiġi evitat id-deterjorament tas-septum, il-ponta tal-labra għandha tiġi vverifikata f’intervalli regolari (eż. bi sterjimokroskopju).

6. Proċedura

6.1. Tħejjia tal-kolonna (silinization)

Wara li flixkun Woulff jiġi mqabbad, kif muri fil-figura 2, mat-tuba tal-pompa ta’ l-ilma 2 huwa miblul fis-soluzzjoni skond is-sezzjoni 4.7. Billi jingħalaq il-vit, il-kolonna timtela; sussegwentement iż-żewġ tubi jitneħħew.

+++++ TIFF +++++

Figura 2: Arranġmenti għas-silanisation

Il-kolonna hija mwaħħla fuq stand u kompletament mimlija bis-soluzzjoni dimethyldichlorosilane permezz ta’ pipetta.

Wara 20-30 min il-flixkun Woulff jinbidel bi flixkun filtru u l-kolonna żvujtata billi titqabbad mal-pompa ta’ l-ilma (ara figura 3).

6.2. Mili tal-kolonna

Dan huwa segwit bi tlaħliħ bl-uzu ta’ 75 ml toluene u 50 ml methanol; wara l-kolonna żvujtata titnixxef fl-armarju tat-tnixxif f’100 °C għal bejn wieħed u ieħor 30 minuta.

+++++ TIFF +++++

Figura 3: Arranġmenti għat-tlaħliħ

Għall-mili tal-kolonna l-arranġament kif rappreżentat fil-figura 1 huwa użat. Il-fażi stazzjonarja skond 4.9 hija mimlija fil-kolonna tal-plastik sal-marka. Il-parti t’isfel tal-kolonna tal-ħġieġ li għandha timtela hija ssiġillata b’tapp b’tul ta’ bejn wieħed u ieħor ta’ 1 cm tas-suf tal-ħġieġ, li jkun ġie silinized minn qabel, u li huwa ppressat b’virga ta’ l-azzar. Wara t-tarf tal-kolonna jingħalaq bil-passatur skond is-sezzjoni 5.3.2.

Il-kolonna timtela taħt pressa (3 bar, b’N2) bil-fażi stazzjonarja. Biex jinkiseb ippakkjar uniformi, kontinwu u sod, vibratur huwa mċaqlaq ’il fuq u ’l isfel fil-kolonna tal-ħġieġ waqt il-mili.

Wara l-mili tapp solidu tas-suf tal-ħġieġ silanized jiġi ppressat fit-tarf l-ieħor tal-kolona ppakkjata, it-truf li joħorġu ’l barra jinqatgħu u t-tapp ippressat fil-kolonna għal ftit millimetri bi spatula.

6.3. Tħejjia tal-kampjun

Għat-tħejjija tal-kampjun wieħed mit-tliet metodi li ġejjin għandu jintuża:

6.3.1. Iżolament tax-xaħam tal-ħalib mill-butir

5 sa 10 g jiġi mdewweb f’reċipjent adattat f’banju ta’ l-ilma skond is-sezzjoni 5.7 f’50 °C.

Flixkun Erlenmeyer ta’ 50 ml u lembut fil-filtru mdaħħal skond is-sezzjoni 5.14 jiġu msaħħna fl-armarju tat-tnixxif f’50 °C. Is-saff ta’ xaħam tal-kampjun tal-butir imdewweb jiġi ffiltrat bl-użu ta’ l-apparat imsaħħan minn qabel.

Dak il-ħalib huwa kważi ħieles mill-phospholipid.

6.3.2. Estrazzjoni tal-frazzjoni ta’ xaħam skond il-metodu Röse-Gottlieb

L-estrazzjoni ssir jew skond il-metodu IDF Standard 1 C: 1987, 16C: 1987, 116A: 1987 or 22B: 1987.

B’dak il-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib il-phospholipids ħalli l-quċċata tal-kolesterol li tiġi akkwistata li hija miżjuda b’bejn wieħed u ieħor 0,1 %.

L-ispettru trigliċerida standardizzat għal 100 bil-kolesterol huwa b’hekk influwenzat biss b’mod negliġibbli.

6.3.3. Estrazzjoni tal-ħalib bl-użu ta’ kolonni ta’ silica gel

0,7 ml kampjun tal-ħalib imsaħħan għal 20 °C huma applikati għal kolonna Extrelut minn 1 sa 3 ml bil-pipetta tal-mikrolitri skond is-sezzjoni 5.4 u mħollija biex titqassam b’mod uniformi fuq is-silica gel għal xi ħames minuti.

Għas-snaturazzjoni ta’ protein-lipid complexes 1,5 ml tal-methanol jiżdied bil-pipetta. Sussegwentement il-kampjun huwa estratt b’20 ml n-hexane. L-n-hexane huwa miżjud bil-mod f’ammonti żgħar u s-solvent imsaffi miġbur fil-flixkun tal-qiegħ ittundjat ta’ 50 ml li tnixxef għal piż magħruf kostanti.

Wara l-estrazzjoni ħalli l-kolonna tiskula sakemm tiżvojta.

Mill-eluate is-solventi jiġu ddistillati permezz tal-evaporatur li jdur fil-banju ta’ l-ilma b’temperatura ta’ 40 to 50 °C.

Il-flixkun huwa mnixxef u x-xaħam miksub stabbilit billi jintiżen.

Nota:

Estrazzjonijiet tax-xaħam skond Gerber, Weibull-Berntrop, Schmid-Bondzynski-Ratzlaff jew iżolament tax-xaħam tal-ħalib bl-użu ta’ deterġenti (metodu BDI) mhux addattati għall-analiżi trigliċerida, minħabba li b’dawn il-metodi bejn wieħed u ieħor kwantitajiet kbar ta’ gliċeridi parzjali jew phospholipids jistgħu jgħaddu fil-fażi tax-xaħam.

6.4. Tħejjia tas-soluzzjoni kampjun

Għal kromatografija tal-gass ta’ 5 % soluzzjoni ta’ xaħam fl-n-heptane miksub skond is-sezzjoni 6.3 huwa użat. Għat-tħejjija ta’ din is-soluzzjoni kampjun l-ammonti korrispondenti tal-materjal ta’ kampjun miksub skond is-sezzjonijiet 6.3.1 u 6.3.2 huma miżuna u mdewba f’ammonti korrispondenti ta’ n-heptane.

Bil-kampjun imħejji skond is-sezzjoni 6.3.3 l-ammont ta’ n-heptane li għandu jiżdied mal-materjal tal-kampjun fil-flixkun huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-piż u l-bqija mdewweb fih.

Xi 1 ml tas-soluzzjoni kampjun timtela f’ampulla skond is-sezzjoni 5.16.

6.5. Determinazzjoni ta’ trigliċeride kromatografika

B’temperaturi għolja sa’ 350 °C għall-eluting it-trigliċeridi long-chain C52-C56 żieda fil-linja ta’ bażi tiġri faċilment, partikolarment jekk il-kolonni ma jkunux ġew ikkondizzjonati adegwatament fil-bidu. Iż-żieda fil-linja ta’ bażi b’temperaturi għoljin tista’ tiġi evitata kompletament jew billi jiġu kkombinati żewġ kolonni jew bit-tnaqqis fil-linja tal-bażi.

Bil-metodu tal-kumpens jew bit-tħaddim ta’ kolonni uniċi, kif ukoll għall-inserimenti tal-ħġieġ fl-injettatur u fir-rilevatur is-siġilli tal-grafite skond is-sezzjoni 5.5 għandhom jintużaw.

6.5.1. Korrezzjoni tal-linja tal-bażi

Biex tiġi evitata żieda fil-linja tal-bażi wieħed minn erba’ metodi għandu jintuża:

6.5.1.1. Kombinazzjoni ta’ kolonni

Żewġ kolonni ppakkjati huma użati fil-metodu kompensatorju.

6.5.1.2. Korrezzjoni tal-linja tal-bażi kromatografija tal-gass

Bl-applikazzjoni ta’ l-użu tal-kromatografija tal-gass mingħajr injezzjoni ta’ soluzzjoni ta’ xaħam u t-tnaqqis sussegwenti tal-linja ta’ bażi maħżuna żieda fil-linja ta’ bażi tista’ tiġi evitata.

6.5.1.3. Korrezzjoni tal-linja ta’ bażi b’software integrat

Bl-applikazzjoni ta’ l-użu ta’ sistema integrata mingħajr injezzjoni tas-soluzzjoni tax-xaħam u s-sussegwenti tnaqqis tal-linja ta’ bażi maħżuna, żieda fil-linja ta’ bażi tista’ tiġi evitata.

6.5.1.4. Korrezzjoni tal-linja ta’ bażi b’kondizzjonament adegwat

B’kondizzjonament adegwat fil-bidu tal-kolonna u xi 20 injezzjoni ta’ soluzzjonijiet tax-xaħam tal-ħalib linji ta’ bażi li jogħlew b’temperaturi għoljin huma ta’ spiss tant baxxi illi korrezzjonijiet fil-linja ta’ bażi ma jkunux meħtieġa.

6.5.2. Teknika ta’ injezzjoni

Biex ikunu evitati effetti ta’ diskriminazzjoni t-tekinika ta’ l-"injezzjoni taħraq" hija applikata biex jiġu akkwistati riżultati kwantitattivi aħjar fil-komponenti tigliċeridi ta’ togħlija għolja. Hawn is-soluzzjoni tax-xaħam tinġibed fis-siringa u l-labra kiesħa tas-siringa tissaħħan għal xi tliet sekondi qabel l-injezzjoni fir-ras ta’ l-injettatur. Imbagħad, il-kontenut tas-siringa jiġi injettat malajr.

Nota:

B’dan il-metodu ta’ injezzjoni ir-riskju tal-fenomenu ta’ frazzjonament ġewwa s-siringa jew il-blokka ta’ l-injezzjoni jitnaqqas. "Fuq il-kolonna" injezzjoni diretta fil-parti ta’ fuq, estiża u msaħħna tal-kolonna ma jiġix applikat minħabba li l-bċejjeċ tas-septum, li jakkumulaw hawn, kif ukoll il-kontaminazzjoni jistgħu jiġu faċilment eliminati bil-metodu użat billi jinbidel regolarment id-dħul ta’ l-injettatur, mingħajr ma tiżżarma l-kolonna.

It-tgħawwiġ tal-ponta tal-labra kkawżat billi din tmiss mal-qiegħ tal-flixkun tal-kampjun (ukoll jekk dan ma jkunx jidher sew bl-għajnejn) għandu jiġi assolutament evitat biex ma ssirx ħsara fis-septum.

+++++ TIFF +++++

Figura 4: Kroatogramma trigliċerida ta’ kampjun tax-xaħam tal-ħalib

6.5.3. Kondizzjonament tal-kolonna ppakkjata

Matul il-passi (a) sa (ċ) il-quċċata tal-kolonna mhix konnessa mar-rilevatur biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.

Il-kolonni mimlija skond is-sezzjoni 6.2 huma kkondizzjonati kif ġej:

(a) 15 min 40 ml/min N2-kurrent f’50 °C;

(b) Tisħin b’1 K/min sa 355 °C at 10 ml N2/min;

(ċ) Żamma għal 12 sa 15 h f’355 °C;

(d) żewġ injezzjonijiet ta’ 1 μl tas-soluzzjoni tal-butir tal-kawkaw skond is-sezzjoni 4.10 u l-programm rispettiv tat-temperatura;

(e) 20 injezzjoni ta’ 0,5 μm ta’ soluzzjoni ta’ xaħam tal-ħalib għal jumejn jew tliet ijiem skond is-sezzjoni 6.4.

Nota:

Butir tal-kawkaw li jkun jikkonsisti esklużivament f’tigliċeridi ta’ togħlija għolja C5O - sa C56. Injezzjoni bil-butir tal-kawkaw isservi għall-għan tal-kondizzjonament speċjali f’din il-firxa ta’ katina twila. Bit-tigliċeridi ta’ togħlija għolja C50 sa C54 fatturi li jirrispondu parzjalment sa xi 1,20 jistgħu jseħħu. Normalment, b’injezzjoni ripetuta ta’ soluzzjoni ta’ xaħam tal-ħalib tnaqqis fil-fatturi ta’ reazzjoni għolja għal C50 sa C54 għandu jkun mistenni. Bit-trigliċeridi b’numru baxx ta’ acyl-c il-fatturi jqarrbu l-1. Tliet pari, rispettivament, tal-kolonna mimlija skond is-sezzjoni 6.2 huma mħejjija. Il-pari kkondizzjonati jiġu vverifikati, rispettivament, b’analiżi tax-xaħam tal-ħalib għall-verifika ta’ rutina.

Il-par bl-aħjar riżultati kwantitattivi (fatturi ta’ reazzjoni kwazi 1) jintuża f’dan li ġej. B’fatturi ta’ reazzjoni > 1,20 il-kolonna ma tintużax.

6.5.4. Kalibrazzjoni

Għall-kalibrazzjoni l-fatturi ta’ reazzjoni tat-trigliċeridi korrispondenti, kif ukoll tal-kolesterol tax-xaħam tal-ħalib, xaħam standardizzat) għandu jiġi stabbilit bl-użu ta’ trigliċeridi standardizzati (ta’ l-anqas it-trigliċeridi standardizzati C24, C30, C36, C42, C48 u C54, kif ukoll bħala kolesterol; tant aħjar biż-żieda ta’ C50 u C52). Fatturi ta’ reazzjoni intermedjarji jistgħu jinsabu b’interpolazzjoni matematika.

Bl-użu tax-xaħam standardizzat żewġ kalibrazzjonijiet jew tlieta għandhom jitwettqu kull jum. Jekk jinkisbu riżultati kważi identiċi, riżultati kwantitattivi riproduċibbli sew jinkisbu bl-analiżi trigliċerida tal-kampjun.

Ix-xaħam tal-ħalib standardizzat għandu ħajja bħala stokk ta’ diversi xhur f’temperatura massima ta’ ħażna ta’ -18 °C u tista’, għalhekk, tintuża bħala standard.

6.5.5. Il-programm ta’ temperatura, carrier gas u kondizzjonijiet oħra għall-analiżi ta’ trigliċeridi

Programm ta’ temperatura: Temperatura inizjali tal-kolonna 210 °C, żomm għall-minuta, imbagħad ipprogramma 6 °C/min sa350 °C u żomm fit-temperatura finali għal ħames minuti.

Temperatura tar-rilevatur: 370 °C, rispettivament.

Nota:

Ir-rilevatur, injettatur, u t-temperaturi tal-forn (temperatura inizjali) għandhom jinżammu f’livell kostanti (ukoll matul il-lejl, matul tmiem il-ġimgħa u l-btajjel).

Carrier gas: nitrogenu, rata ta’ fluss 40 ml/min.

Nota:

Jekk kolonni ta’ 80 cm jintużaw, il-fluss għandu jkun ta’ l-anqas 75 ml/min N2. Il-fluss ta’ carrier gas għandu jinżamm kostanti (ukoll matul il-lejl u fi tmiem il-ġimgħa u l-btajjel). Il-fluss eżatt ta’ carrier gas għandu jkun aġġustat b’mod li indipendentement mit-tul tal-kolonna C54 huwa eluted f’341 °C.

Dewmien ta’ l-analiżi: 29,3 minutes.

Volum ta’ injezzjoni: 0,5 μl.

Nota:

Is-siringa għandha tiġi mlaħalħa diversi drabi b’heptane pur wara kull injezzjoni.

Kondizzjonijiet FID: skond is-sezzjoni 5.1

Nota:

Il-fjamma ta’ l-ijonizzazzjoni tar-rilevatur tinxtegħel, fil-bidu ta’ kull jum tax-xogħol.

7. Integrazzjoni, valutazzjoni u kontroll tal-kondizzjonijiet tal-kejl

Trigliċeridi b’numru fart ta’ acyl-c (2n + 1) huma kkombinati mat-trigliċeridi ta’ qabel bin-numri żewġ (2n). Il-kontenuti baxxi anqas riproduċibbli C56 m’għandhomx jitqiesu. It-trigliċeridi li jibqa’ (arja tal-quċċata) fil-kromatogramma, inkluż il-kolesterol (l-għola viċin għal C24) huma moltiplikati bil-fatturi rispettivi ta’ reazzjoni tax-xaħam standard (l-aħħar kalibrazzjoni) u kollha flimkien normalizzati għall-100. Barra minn dan it-trigliċeridi ħielsa mill-kolesterol C24, C26, C28, C30, C32, C34, C36, C38, C40, C42, C44, C46, C48, C50, C52 u C54 huma, hekk, valutati. Ir-riżultati huma mogħtija skond il-piż % (g/100 g).

Il-valutazzjoni tal-quċċati kromatogrammi għandha ssir b’integratur, li bih il-linji ta’ bażi jistgħu jiġu pplottjati. Reintegrazzjoni bil-parametri ta’ integrazzjoni ideali għandu jkun possibbli.

Il-figuri 5 u 6 juru żewġ eżempji ta’ kromatogrammi trigliċeridi. Il-figura 5 turi kromatogramma li tista’ tkun ivvalutata sew, waqt li figura 6 tirrappreżenta żball sporadiku fil-firxa C50 sa C54, bil-linji ta’ bażi tiddekorri b’mod inkorrett meta mqabbla mal-figura 5. Dawk l-iżbalji tipiċi għandhom jinkixfu bi grad għoli ta’ ċertezza u evitati biss bl-użu ta’ integratur li bih tiġi pplottjata l-linja ta’ bażi.

+++++ TIFF +++++

Figura 5: Kromatogrammi trigliċeridili huma faċli biex tkun ivvalutata b’xaħam tal-ħalib b’linja ta’ bażi miġbuda għall-ħażna

+++++ TIFF +++++

Figura 6: Kromatogramma integrata ħażin ta’ xaħam tal-ħalib

Għall-ikkontrollar tal-kondizzjonijiet tal-kejl it-Tabella 1 turi l-valuri medji u d-devjazzjonijiet standard (SD) ta’ xaħam tal-ħalib tax-xitwa tipiku għat-tigliċeridi differenti minn 19-il analiżi ta’ l-istess xaħam:

Tabella 1: Kompożizzjoni Trigliċerida ta' xaħam tal-ħalib

Valuri medji u SD minn 19-il analiżi

(g/100 g) |

Trigliċeridi | Medja | SD |

C24 | 0,04 | 0,004 |

C26 | 0,26 | 0,007 |

C28 | 0,66 | 0,020 |

C30 | 1,31 | 0,023 |

C32 | 2,92 | 0,030 |

C34 | 6,73 | 0,053 |

C36 | 12,12 | 0,030 |

C38 | 12,92 | 0,054 |

C40 | 9,70 | 0,019 |

C42 | 7,62 | 0,020 |

C44 | 7,35 | 0,025 |

C46 | 7,91 | 0,029 |

C48 | 9,09 | 0,048 |

C50 | 9,97 | 0,038 |

C52 | 7,76 | 0,042 |

C54 | 3,32 | 0,020 |

Bl-SD jiddevja b’firxa akbar meta mqabbel mal-valuri fit-Tabella 1, il-kromatogrammi m’għadhomx aktar tollerati u s-septa jew il-fluss tal-gass għandu jiġi vverifikat. Kif ukoll, komponenti żgħar tas-septum jistgħu jkunu ffurmaw depożiti fuq is-suf tal-ħġieġ fil-fetħa tal-kolonna jew il-kolonna ma tkunx għada aktar addattata għall-użu minħabba li tkun qdiemet, influwenzi tat-temperatura, eċċ. (ara figura 3).

8. Kxif tax-xaħam barrani kwalittativ

Għall-kxif ta’ formuli triglyceride ta’ xaħmijiet barranin (Tabella 2) b’limiti S (Tabella 3) ġew żviluppati, li fihom il-valuri S ta’ xaħmijiet ta’ ħalib pur jistgħu jitilgħu u jinżlu. Jekk dawn il-limiti jinqabżu, il-preżenza ta’ xaħam barrani tista’ tiġi assunta.

L-aktar formula sensittiva għall-kxif taż-żieda ta’ xaħam hija, per eżempju

6,5125 · C26 + 1,2052 · C32 + 1,7336 · C34 + 1,7557 · C36 + 2,2325 · C42 + 2,8006 · C46 + 2,5432 · C52 + 0,9892 · C54 = S | (1) |

Nota:

Bl-użu ta’ 755 kampjuni differenti ta’ xaħam tal-ħalib firxa ta’ kunfidenza ta’ S = 97,96 - 102,04 kienet stabbilita għall-kampjuni ta’ ħalib pur b’devjazzjoni standard tal-valuri kollha S SD = 0,39897.

Mill-bidu ta’ kompożizzjoni trigliċerida ta’ kampjun bix-xaħam tiegħu mhux magħruf dik il-formula tippermetti, mingħajr l-użu ta’ kompjuter il-verifikazzjoni b’mod sempliċi jekk is-somma ta’ kontenuti ta’ trigliċeridi mibdija hawn bil-fatturi li jikkorrispondu jaqgħu barra l-firxa ta’ 97,96 - 102,04 u wieħed għandu bl-aktar mod probabbli jkollu x’jaqsam maż-żieda ta’ xaħam barrani.

Biex jiġu mikxufa xaħmijiet barranin differenti it-Tabella 2 turi formuli trigliċeridi differenti. Għall-kxif ta’ xaħmijiet barranin żejt tal-fażola tas-soya, żejt tal-ġirasol, żejt taż-żebbuġa, żejt taż-żerriegħa tan-nevew, żejt tal-kittien, żejt tal-qalba tal-qamħ, żejt tal-qalba tal-qamħirrum, żejt taż-żerriegħa tat-tajjar, u żejt tal-ħuta idroġenizzat, għal xaħmijiet tal-ħxejjex coconut u xaħam tal-qoxra tal-palm, kif ukoll għal żejt tal-palm u dam taċ-ċanga formula komuni tista’ tiġi użata formula komuni, rispettivament.

Minħabba li l-kompożizzjoni trigliċeridata xaħmijiet barranin hija suġġetta li titla u tinżel, intużaw sa erba’ data differenti, ta’ triglyceride ta’ xaħam barrani mkejla b’mod esperimentali ta’ l-istess tip. (Bl-istess tipi ta’ xaħam barrani l-limiti l-anqas favorevoli ġew ikkunsidrati, rispettivament (Ara Tabella 4)).

Bil-"Formula totali" li ġejja riżultati similment tajbin jistgħu jinkisbu għax-xaħmijiet barranin kollha:

Kalkolazzjonijiet għall-kxif ta’ xi kombinazzjoni ta’ xaħam barrani fix-xaħam tal-ħalib urew illi, eż., għalkemm fil-formula għax-xaħam mogħtija fil-Tabella 2 il-limitu ta’ dan ix-xaħam barrani huwa baxx, jiġifieri 2,7 %, xaħmijiet oħra bħal xaħam tal-coconut, żejt tal-palm jew xaħam tal-qoxra tal-palm b’limiti ta’ kxif ta’ 26,8, 12,5 u 19,3 %, rispettivament, jistgħu, b’din il-formula, jinkixfu biss jekk ammonti estremament għolja jkunu ġew miżjuda max-xaħam tal-ħalib. Dan japplika wkoll għall-formuli oħra fit-Tabella 2.

Tabella 2: Formuli trigliċeridi għall-kxif ta’ xaħmijiet barranin varji fix-xaħam tal-ħalib, li jindikaw id-devjazzjoni standard SD għal S

Formula għaż-żejt taż-żerriegħa tas-soya, ġirasol, żebbuġ, żerriegħa tan-nevew, kittien, qalba tal-qamħ, qalba tal-qamħirrum, żerriegħa tal-qoton u tal-ħuta

Formula għax-xaħam tal-coconut u qoxra tal-palm

Formula għaż-żejt tal-palm u dam taċ-ċanga

Formula għax-xaħam

Għalhekk għall-verifika ta’ xaħam mhux magħruf f’kampjun il-formuli kollha mogħtija fil-tabella 2 u l-formula Totali (2) għandhom jiġu użati, jekk il-kampjun ikun x’aktarx taħlita ta’ xaħam tal-ħalib u wieħed mill-14-il xaħam barrani differenti jew kombinazzjoni ta’ dawn ix-xaħmijiet barranin. Jekk, billi tiddaħħal trigliċerida f’kampjun tax-xaħam li għandu jiġi analizzat, jinkiseb valur S, li jaqa’ barra l-firxa tat-Tabella 3 ta’ waħda biss mill-ħames formuli, il-kampjun ikun x’aktarx xaħam tal-ħalib immodifikat. Kxif ta’ xaħam barrani fix-xaħam tal-ħalib permezz ta’ waħda mill-erba’ formuli fit-Tabella 2 ma jippermettix li jsiru konklużjonijiet dwar it-tip ta’ taħlita ta’ xaħam barrani.

Tabella 3: Limiti S għax-xaħmijiet tal-ħalib

Formula għar-rilevament ta' | Medda S |

Żejt taż-żerriegħa tas-soja, ġirasol, żebbuġa, żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kittien, qalba tal-qamħ, qalba tal-qamħirrum, qotton, tal-ħuta | 98,05 – 101,95 |

Xaħam tal-coconut u tal-qoxra tal-palm | 99,42 – 100,58 |

Żejt tal-palma u dam taċ-ċanga | 95,90 – 104,10 |

Xaħam | 97,96 – 102,04 |

Formula totali | 95,68 – 104,32 |

Fit-Tabella 4 jingħataw il-limiti ta’ kxif għax-xaħmijiet barranin differenti b’kunfidenza ta’ 99 %. L-ewwel kolonna turi l-limiti ta’ kxif minimi għall-formuli ta’ xaħam ta’ l-aħjar ħalib fit-Tabella 2. Fit-tieni kolonna jingħataw il-limiti tal-kxif għall-formula totali. Għalkemm il-limiti huma pjuttost għola, din il-formula biss hija meħtieġa biex tikxef ammonti daqxejn għola ta’ xaħmijiet barranin. Bil-formuli kollha kombinazzjonijiet tax-xaħmijiet barranin differenti jistgħu jinkixfu. Il-firxa ta’ varjazzjonijiet tat-trigliċeridi tax-xaħmijiet barranin differenti ta’ tip wieħed m’għandha l-ebda influwenza konsiderevoli fil-limit tal-kxif.

Tabella 4: Limiti ta' 99 % ta' kxif b'żieda ta' xaħam barrani ma' xaħam tal-ħalib f' %

Nota:

Il-medded S huma kkalkolati b'dak il-mod, li xaħam barrani huwa assunt biss, jekk il-limiti tal-formula individwali jinqabżu (ara tabella 4).

| Formula individwali | Formula totali |

Żejt taż-żerriegħa tas-soja | 2,1 | 4,4 |

Żejt tal-ġirasol | 2,3 | 4,8 |

Żejt taż-żebbuġa | 2,4 | 4,7 |

Xaħam tal-coconut | 3,5 | 4,3 |

Żejt tal-palma | 4,4 | 4,7 |

Xaħam tal-qoxra tal-palma | 4,6 | 5,9 |

Żejt taż-żerriegħa tan-nevew | 2,0 | 4,4 |

Żejt tal-kittien | 2,0 | 4,0 |

Żejt tal-qalba tal-qamħ | 2,7 | 6,4 |

Żejt tal-qalba tal-qamħirrum | 2,2 | 4,5 |

Żejt taż-żerriegħa tal-qoton | 3,3 | 4,4 |

Xaħam | 2,7 | 4,7 |

Dam taċ-ċanga | 5,2 | 5,4 |

Żejt tal-ħuta idroġenizzat | 5,4 | 6,1 |

9. Determinazzjoni kwantitattiva tax-xaħam barrani

Biex jinkixef tagħrif kwantitattiv dwar il-konċentrazzjoni ta’ xaħam barrani f’kampjun ta’ xaħam tal-ħalib, il-formula li ġejja għandha tintuża

X%= 100 ·100 - S/100 - SF, | (3) |

B’X tkun il-kwantità ta’ xaħam barrani mhux magħruf jew taħlita ta’ xaħam barrani f’xaħam tal-ħalib mhux magħruf. Riżultati S biż-żieda ta’ xaħam barrani mhux magħruf billi jiddaħħlu trigliċeridi tax-xaħam barrani/taħlita ta’ xaħam tal-ħalib fil-formula ta’ hawn fuq ta’ trigliċeridi totali Jekk xaħam barrani mhux magħruf jiżdied max-xaħam tal-ħalib, il-valur S medju tax-xaħmijiet differenti barranin għall-formula Totali huwa magħżula għal SF; dan il-valur S medju jinkiseb billi tiddaħħal id-data ta’ trigliċerida ta’ xaħmijiet barranin puri f’din il-formula u billi jiġi kalkolat valur medju (SF = 7,46). Riżultati kwantitattivi tajbin dwar żidiet ta’ xi xaħam barrani huma wkoll miksuba bl-użu tal-formula ta’ żejt tal-palm/dam taċ-ċanga (Tabella 2) u valur medju SF ta’ 10,57.

B’tipi ta’ xaħam barrani magħrufa il-valuri SF li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-formula ta’ hawn fuq u l-formula tax-xaħam barrani rispettiva mit-Tabella 2 għandha tingħażel:

Tabella 5: Valuri SF tax-xaħmijiet barranin varji

Xaħam barrani | SF |

Żejt taż-żerriegħa tas-soja | 8,18 |

Żejt tal-ġirasol | 9,43 |

Żejt taż-żebbuġa | 12,75 |

Xaħam tal-coconut | 118,13 |

Żejt tal-palma | 7,55 |

Żejt tal-qoxra tal-palma | 112,32 |

Żejt taż-żerriegħa tan-nevew | 3,30 |

Żejt tal-kittien | 4,44 |

Żejt tal-qalba tal-qamħ | 27,45 |

Żejt tal-qalba tal-qamħirrum | 9,29 |

Żejt taż-żerriegħa tal-qoton | 41,18 |

Xaħam | 177,55 |

Dam taċ-ċanga | 17,56 |

Żejt tal-ħuta | 64,12 |

10. Firxa ta’ applikazzjoni għall-metodu ta’ kxif

Il-metodu deskritt japplika għall-kwantitajiet kbar ta’ ħalib u huwa bbażat fuq ir-rappreżentattività tal-kampjuni tax-xaħam tal-ħalib.

Kxif speċifiku għoli jkun possibbli, jekk, għal numru rappreżenttattiv ta’ xaħmijiet ta’ ħalib, formoli kif deskritti hawn fuq nkisbu għall-pajjiżi differenti.

Jista’ jkun hemm possibbiltajiet partikolarment adatti għall-kxif miksub, jekk il-formoli tal-pajjiżi differenti, kif ġew deskritti hawn, kienu stabbiliti b’numru rappreżentattiv ta’ xaħmijiet ta’ ħalib. F’dan il-każ, l-użu ta’ programmi komplessi tal-kompjuter mhux meħtieġ, jekk il-kombinazzjonijiet ta’ trigliċeridi użati fit-Tabella 2 huma applikati u l-fatturi rideterminati bl-użu tal-metodu ta’ l-anqas kwadri.

Bl-applikazzjoni tal-firxa S kif murija fit-Tabella 3 il-formuli huma, taħt kondizzjonijiet partikolari ta’ għalf kif, per eżempju, tmigħ nieqes jew tmigħ tal-aqar bi ħmira tal-għalf jew Ca-soaps, ġeneralment applikabbli. Fil-każ biss ta’ kondizzjonijiet estremi ta’ għalf (eż. dħul għoli taż-żjut puri ta’ għalf, amministrazzjoni għolja ta’ Ca-soaps kombinata ma’ xaħam ta’ għalf eċċ.) il-formoli jindikaw parzjalment xaħam immodifikat ta’ ħalib.

Nota:

Xaħmijiet frazzjonizzati ta’ ħalib huma ġeneralment magħrufa bħala xaħam mhux immodifikat tal-ħalib, jekk modifikazzjoni tiġi assunta biss, fejn il-limiti jinqabżu. B’xaħmijiet frazzjonizzati ta’ ħalib biss b’kompożizzjoni ta’ xaħam tal-ħalib mhux normali, bħal ma jkun, per eżempju, fil-każ ta’ frazzjoni iebsa, miksuba bi frazzjonizzazzjoni b’metodi fiżiċi b’temperaturi għoljin ta’ xi 30 °C b’rendimenti baxxi ta’ persentaġġi zgħar jew bi frazzjonizzazzjoni ta’ CO2 kritiku żżejjed, il-formuli juru modifikazzjoni.

Frazzjonizzazzjoni ta’ xaħam tal-ħalib tista’, iżda, tinkixef bl-użu ta’ proċeduri oħra eż. Differential-Scanning-Calorimetry.

11. Eżattezza tal-metodu

Determinata bl-użu ta’ xaħam tal-ħalib fuq il-bażi tal-formuli mit-Tabella 2 u l-firxiet S fit-Tabella 3.

11.1. Repetibbiltà

Bħala differenza tal-valuri S taż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa fl-aqsar intervall ta’ żmien possibbli minn operatur wieħed bl-użu ta’ l-istess proċedura u materjal identiku tal-kampjun taħt l-istess kondizzjonijiet (l-istess persuna, l-istess strumenti/apparat, l-istess laboratorju):

Tabella 6: Limiti ta' repetibbiltà (r) għall formoli differenti

Formula għar-rilevament ta' | r |

Żejt taż-żerriegħa tas-soja, ġirasol, żebbuġa, żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kittien, qalba tal-qamħ, qalba tal-qamħirrum, qotton, tal-ħuta | 0,67 |

Xaħam tal-coconutu tal-qoxra tal-palma | 0,12 |

Żejt tal-palma u dam taċ-ċanga | 1,20 |

Xaħam | 0,58 |

Formula total | 1,49 |

11.2. Reproduċibbiltà

Bħala differenza taż-żewġ valuri S tad-determinazzjonijiet imwettqa minn operaturi f’laboratorji differenti, skond l-istess proċedura bl-użu ta’ materjal identiku ta’ kampjun taħt kondizzjonijiet differenti (persuna differenti, strumenti differenti) fi żminijiet differenti.

Tabella 7: Limiti ta' reproduċibbiltà (R) għall-formoli differenti

Formula għar-rivelament ta' | R |

Żejt taż-żerriegħa tas-soja, ġirasol, żebbuġa, żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kittien, qalba tal-qamħ, qalba tal-qamħirrum, qotton, tal-ħuta | 1,08 |

Xaħam tal-coconut u tal-qoxra tal-palma | 0,40 |

Żejt tal-palma u dam taċ-ċanga | 1,81 |

Xaħam | 0,60 |

Formula totali | 2,07 |

11.3. Differenza kritika

Bil-limiti ta’ repetibbiltà (r) u reproduċibbiltà (R) id-differenza kritika għall-firxiet S kollha tat-Tabella 3 jistgħu jiġu kkalkolati (analiżijiet dupplikati). Il-valuri rispettivi huma mogħtija fit-Tabella 8.

Tabella 8: Differenzi kritiċi għall-formuli kollha trigliċeridi

Formula għar-rilevament ta' | medda |

Żejt taż-żerriegħa tas-soja, ġirasol, żebbuġa, żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kittien, qalba tal-qamħ, qalba tal-qamħirrum, qotton, tal-ħuta | 97,43 – 102,57 |

Xaħam tal-coconut u tal-qoxra tal-palma | 99,14 – 100,86 |

Żejt tal-palma u dam taċ-ċanga | 94,91 – 105,09 |

Xaħam | 97,65 – 102,35 |

Formula totali | 94,58 – 105,42 |

11.4. Aċċettabbiltà tar-riżultati

Kollha kalibrati b’żewġ deċimali arrotonditi kkalkolati l-kontenuti trigliċeridi ta’ C24, C26, C28 sa C54 kif ukoll kolesterol għandhom ikunu nnormalizzati sa 100.

Ir-riżultati ta’ l-analiżi dduplikati jintużaw bħala verifika fuq ir-repetibbiltà. Jekk id-differenza assoluta bejn iż-żewġ riżultati S għall-ħames formuli trigliċeridi ma teċċedix il-limiti tar-repetibbiltà r fit-Tabella 6, il-ħtieġa tar-repetibbiltà tkun intlaħqet.

Għall-kontroll tal-kondizzjonijiet ottimali ta’ kromatografija tal-gass u speċjalment tal-kwalità tal-kolonna għandu jiġi ggarantit li b’10 provi repetittivi id-differenza tal-valuri S massimi u minimi tal-ħames formuli trigliċeridi ma jeċċedux il-firxa x !!! error character !!! Β· r, ma’ x = 1,58 (għal 10 provi, Ara letteratura (16)), u l-limiti ta’ repetibbiltà għall-formuli differenti fit-Tabella 6.

12. Standards ikkwotati

DIN 10 336: 1994 | Nachweis and Bestimmung von Fremdfetten in Milchfett anhand einer gaschroma-tographischen Triglyceridanalyse |

IDF Standard 1 C: 1987 | Ħalib. Determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam – Röse Gottlieb Metodu Gravimetriku |

IDF Standard 16C: 1987 | Krema. Determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam – Röse Gottlieb Metodu Gravimetriku |

IDF Standard 116A: 1987 | Silġ għall-ikel ibbażat fuq il-ħalib u Taħlitiet tas-silġ. Determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam– Röse Gottlieb Metodu Gravimetriku |

IDF Standard 22B: 1987 | Ħalib xkumat, Seru & Buttermilk. Determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam – Röse Gottlieb Metodu Gravimetriku. |

13. Referenzi

1. Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Kxif ta’ xaħmijiet barranin fix-xaħam tal-ħalib permezz ta’ analiżi ta’ kromatografija tal-gass trigliċerida, Dok. Nru VI/5202/90-EN, VI/2645/91.

2. Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Kontroll ta’ purità tax-xaħam ta’ butir ta’ 100 kampjun differenti ta’ perjodi differenti ta’ għalf minn 11-il pajjiż KEE, Dok. Nru VI/4577/93.

3. Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Konsiderazzjoni ta’ riżultati mill-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’, il-ħames, u s-sitt prova kollaborattiva KEE: Determinazzjoni tat-trigliċeridi ta’ fix-xaħam tal-ħalib; Dok. Nru VI/2644/91, VI/8.11.91, VI/1919/92, VI/3842/92, VI/5317/92, VI/4604/93.

4. Timms, R. E.: Kxif u kwantifikazzjoni ta’ xaħam mhux tal-ħalib f’taħlitiet ta’ ħalib u xaħam mhux tal-ħalib. Riċerka fil-prodotti tal-ħalib 47295-303 (1980).

5. Precht, D., Heine, K.: Nachweis von modifiziertem Milchfett mit der Triglyceridanalyse. 2. Fremdfettnachweis im Milchfett mit Hilfe von Triglyceridkombinationen, 41406-410 (1986).

6. Luf, W., ħażniet, A., Brandl, E.: Zum Nachweis von Fremdfett in Milchfett über die Trigylceridanalyse. Österr. Milchwirtsch. Wissensch. Beilage 5, 42 29-35 (1987).

7. Precht, D.: Bestimmung von pflanzlichen Fetten oder tierischen Depotfetten in Milchfett. Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 42143-157 (1989).

8. Precht, D.: Schnelle Extraktion von Milchfett, Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 42119-128 (1990).

9. Precht, D.: Schnelle gaschromatographische Triglyceridanalyse von Milchfett. Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 42139-154 (1900).

10. Precht, D.: Kontroll tal-purità tax-xaħam tal-ħalib b’analiżi ta’ kromatografika tal-gass trigliċerida. Kieler Milchwirtsch. Forschungsber. 43 (3) 219-242 (1991).

11. Precht, D.: Kxif ta’ ħalib adulterat b’aċidu tax-xaħam u analiżi teigliċerida. Fat Sci. Technol. 93538-544 (1991).

12. Precht, D.: Kxif ta’ xaħam barrani fix-xaħam tal-ħalib. I. Kxif kwalitattiv b’formoli triacylglycerol. II. Valutazzjoni kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ xaħam barrani. Z. Lebensm. Unters. Forsch. 194 1-8, 107-114 (1992).

13. Precht, D.: Kromatografija tal-gass ta’ triacylglycerols u lipids oħra dwar kolonni ppakkjati fil-kbieb CRC ta’ Kromatografija: Analiżi ta’ lipids, p. 123-138, Ed. K.D. Mukherjee, N. Weber, J. Sherma, CRC Press, Boca Raton (1993).

14. Precht, D., Molkentin, J.: Analiżi kwantitattiva ta’ triglyceride bl-użu ta’ kolonni kapillari qosra, Chrompack News 4 16-17 (1993).

15. Molkentin, J., Precht, D.: Paragun ta’ kolonni ppakkjati u kaplillari għall-kromatografija tal-gass ta’ trigliċeridi fix-xaħam tal-ħalib. Chromatographia 39 (5/6) 265-270 (1994).

16. Stange, K.: Angewandte Statistik, Erster Teil, Eindimensionale Probleme, Springer-Verlag, Berlin, p. 378 (1970).

--------------------------------------------------

ANNESS III

VALUTAZZJONI SENSORJA TAL-BUTIR

1. Skop

L-għan ta’ din il-proċedura għall-valutazzjoni sensorja tal-butir huwa li jipprovdi metodu uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha.

2. Tifsiriet

Valutazzjoni sensorja (stima) tfisser l-eżami ta’ l-attributi ta’ prodott mill-organi tas-sensi.

Panel tfisser grupp ta’ assessuri magħżula li jaħdmu, matul l-istima, mingħajr interkomunikazzjoni, u mingħajr ma jinfluwenzaw lil xulxin.

Scoring tfisser valutazzjoni sensorja mill-panel, bl-użu ta’ skala numerika. Nomenklatura ta’ difetti għandha tintuża.

Gradazzjoni tfisser klassifikazzjoni ta’ kwalità li hija magħmula fuq il-bażi ta’ scoring.

Dokumenti ta’ kontroll: dokumenti użati biex jirrekordjaw l-iscores individwali ta’ kull attribut u l-grad finali tal-prodott. (Dan id-dokument jista’ jintuża wkoll biex jirrekordja kompożizzjoni kimika.)

3. Kamra ta’ l-ittestjar

3.1. Prekawzjonijiet għandhom jittieħdu biex l-assessuri fil-kamra ta’ l-ittestjar ma jiġux influwenzati minn fatturi esterni.

3.2. Il-kamra ta’ l-ittestjar għandha tkun ħielsa minn irwejjaħ barranin u faċli biex titnaddaf. Il-ħitan għandhom ikunu ta’ kulur ċar.

3.3. Il-kamra ta’ l-ittestjar u d-dwal tagħha għandhom ikunu tali li l-kwalità tal-prodotti li jiġu skurjati ma jiġux effettwati. Il-kamra għandha tkun mgħammra b’kontroll ta’ temperatura addattata.

4. Għażla ta’ l-assessuri

L-assessur għandu jkun familjari mal-prodotti tal-butir u jkun kompetenti li jwettaq l-iggradar sensorju. Il-kompetenza tiegħu għandha tkun stmata fuq bażi regolari (ta’ l-anqas darba fis-sena) mill-awtorità kompetenti.

5. Ħtiġiet għall-panel

In-numru ta’ assessuri fuq il-panel għandu jkun bil-fart, bin-numru minimu jkun tlieta. Il-maġġoranza għandhom ikunu impjegati ta’ l-awtorità kompetenti jew persuni awtorizzati mhux impjegati fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib.

6. Stima tal-valur ta’ kull attribut

6.1. Il-valutazzjoni sensorja għandha titwettaq b’relazzjoni mat-tliet attributi li ġejjin: dehra, konsistenza u togħma.

Id-dehra tinvolvi l-karattersitiċi li ġejjin: kulur, purità viżibbli, tkabbir tal-moffa u tixrid ta’ l-ilma. It-tixrid ta’ l-ilma huwa ttestjat skond l-istandard IDF-112A/1989.

Il-konsistenza tinvolvi l-karattersitiċi li ġejjin: sodezza u kapaċità għat-tidlik.

Metodi fiżiċi jistgħu jiġu applikati għall-konsistenza tal-butir. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-armonizzazzjoni futura ta’ dawn il-metodi.

It-togħma tinvolvi l-karattersitiċi li ġejjin: togħma u riħa.

Devjazzjoni sinjifikanti mit-temperatura rrakkomandata tipprevjieni valutazzjoni ta’ min jorbot fuqha tal-konsistenza u togħma. It-temperatura hija ta’ importanza kbira ħafna.

6.2. Il-valutazzjoni sensorja ta’ kull attribut għandha ssir separatament. L-iscoring għandu jsir skond it-tabella 1.

6.3. Jista’ jkun mixtieq li l-assessuri jiskurjaw flimkien, qabel ma jibdew l-istima, kampjun wieħed jew aktar ta’ referenza għad-dehra, konsistenza jew togħma, biex tinkiseb uniformità.

6.4. L-aċċettazzjoni għall-iscoring hija kif ġej:

| Massimu | Meħtieġa |

Dehra | 5 | 4 |

Konsistenza | 5 | 4 |

Togħma | 5 | 4 |

Meta l-iscore meħtieġ ma jinkisibx, għandha tingħata deskrizzjoni tad-difett. L-iscore mogħti minn kull assessur għal kull attribut għandu jiġi rrekordjat fid-dokument ta’ kontroll. Il-prodott jiġi aċċettat jew irrifjutat fuq il-bażi ta’ deċiżjoni b’maġġoranza. Każijiet fejn id-differenzi bejn l-iscoring individwali għal kull attribut ikunu aktar wiesgħa minn punti adjaċenti m’għandhomx jiġru ta’ spiss (mhux aktar minn darba kull 20 kampjun). Xort’oħra l-kompetenza tal-panel għandha tkun ivverifikata mill-mexxej tal-panel.

7. Sorveljanza

Kull mexxej tal-panel li għandu jkun impjegat uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti u jista’ jkun Membru tal-panel għandu jkun ġeneralment responsabbli għall-proċedura kollha. Għandu jirrekordja l-iscores individwali ta’ kull attribut fid-dokument ta’ kontroll u jiċċertifika jekk il-prodott hux aċċettat jew rifjutat.

8. Kampjonar u tħejjija tal-kampjun

8.1. - Huwa mixtieq li l-identità tal-kampjuni tkun moħbija matul l-istima biex kull preġudizzju possibbli jiġi evitat.

- Dan għandu jkun organizzat mill-mexxej tal-panel qabel il-valutazzjoni mingħajr il-preżenza tal-membri l-oħra tal-panel.

8.2. Meta l-valutazzjoni sensorja titwettaq fil-maħżen imkessaħ, il-kampjun jittieħed bl-użu ta’ trier tal-butir. Jekk il-valutazzjoni sensorja titwettaq f’lokazzjoni oħra li ma jkunx il-maħżen imkessaħ, allura kampjun ta’ ta’ l-anqas 500 g għandu jittieħed.

8.3. Matul il-valutazzjoni, il-butir għandu jkollu temperatura ta’ 10 sa 12 °C. Devjazzjonijiet kbar għandhom jiġu evitati akkost ta’ kollox.

9. Nomenklatura

Irreferi għat-tabella 2 mehmuża 2.

Tabella 1: Scoring tal-butir

Dehra | Konsistenza | Togħma u aroma |

Punti | Nru [1] | Rimarki | Punti (klassi ta' kwalità) | Nru [1] | Rimarki | Punti (klassi ta' kwalità) | Nru [1] | Rimarki |

5 | | Tajjeb ħafna | 5 | | Tajjeb ħafna | 5 | | Tajjeb ħafna |

| tip ideali | | tip ideali | | tip ideali |

| l-ogħla kwalità (ugwali niexef) | | l-ogħla kwalità (jindilek sew) | | l-ogħla kwalità (assolutament pur l-aħjar aroma) |

4 | | Tajjeb [2] | 4 | | Tajjeb [2] | 4 | | Tajjeb [2] |

| L-ebda difetti evidenti | 17 | iebes | | L-ebda difetti evidenti |

| | 18 | artab | | |

3 | | Mhux ħażin (ftit difetti) | 3 | | Mhux ħażin (ftit difetti) | 3 | | Mhux ħażin (ftit difetti) |

1 | laxk (ħieles), umidità | 14 | qasir, fraġli, jitfarrak | 21 | mhux ċar |

2 | mhux uniformi, żewġ kuluri | 15 | idellek, qisu għaġina, mxaħħam | 22 | togħma barranija |

3 | bil-faxxi | 16 | iwaħħal | 25 | aċiduż |

4 | bit-tikek, irħamat | 17 | iebes | 27 | togħma msajra, togħma maħruqa |

5 | bit-tikek | 18 | artab | | |

6 | separazzjoni żejtnija | | | 33 | togħma ta' l-għalf |

7 | mogħti kulur i żżejjed | | | 34 | aħrax, morr |

8 | dgħajjef, nisġa miftuħa | | | 35 | immellaħ iżżejjed |

2 | | Fqir (difetti evidenti) | 2 | | Fqir (difetti evidenti) | 2 | | Fqir (difetti evidenti) |

1 | laxk (ħieles), umidità | 14 | qasir, fraġli, jitfarrak | 21 | mhux nadif |

3 | bil-faxxi | 15 | idellek, qisu għaġina, mxaħħam | 22 | togħma barranija |

4 | bit-tikek, irħamat | 16 | iwaħħal | 23 | imnawwar |

5 | bit-tikek | 17 | iebes | 25 | aċiduż |

6 | separazzjoni żejtnija | 18 | artab | 32 | togħma ossidata, togħma metallika |

10 | foreign matter | | | | |

11 | immuffat | | | 33 | togħma ta' l-għalf |

12 | melħ mhux maħlul | | | 34 | aħrax, morr |

| | | | 35 | immellaħ iżżejjed |

| | | | 36 | imranġat, putridu |

| | | | 38 | togħma kimika |

1 | | Fqir ħafna (difetti kbar) | 1 | | Fqir ħafna (difetti kbar) | 1 | | Fqir ħafna (difetti kbar) |

1 | laxk (ħieles), umidità | 14 | qasir, fraġli, jitfarrak | 22 | togħma barranija |

3 | bil-faxxi | 15 | idellek, qisu għaġina, imxaħħam | 24 | qisu ġobon, togħma ta' ġobon lattiku |

4 | bit-tikek, irħamat | 16 | iwaħħal | 25 | aċiduż |

5 | bit-tikek | 17 | iebes | 26 | qisu ħmira |

6 | separazzjoni żejtnija | 18 | artab | 28 | togħma mmuffata |

7 | mogħti kulur iżżejjed | | | 29 | togħma mnawra |

9 | granulari | | | 30 | żejtni, togħma tal-ħut |

10 | materia barrannija | | | 31 | imxaħħam |

11 | immuffat | | | 32 | togħma ossidata, togħma metallika |

12 | melħ mhux maħlul | | | | |

| | | | 34 | aħrax, morr |

| | | | 36 | imranġat, putridu |

| | | | 37 | qisu xgħir |

| | | | 38 | togħma kimika |

Tabella 2: Tabella tad-difetti tal-butir

I. Dehra

1. laxka (ħielsa), umdit

2. mhux uniformi, żewġ kuluri

3. bil-faxxi

4. bit-tikek, irħamat

5. ittikkjat

6. separazzjoni żejtnija

7. mogħti kulur iżżejjed

8. dgħajjef (ta’ nisġa miftuħa)

9. granulari

10. materjal barrani

11. immuffat

12. melħ mhux maħlul

II. Konsistenza

14. qasir, fraġli, li jitfarrak

15. idellek, qisu għaġina, imxaħħam

16. iwaħħal

17. iebes

18. artab

III. Togħma u Aroma

20. bla togħma

21. mhux nadif [3]

22. togħma barranija

23. imranġat

24. qisu ġobon, togħma ta’ ġobon lattiku

25. aċidu

26. qisu ħmira

27. (a) togħma msajra

(b) togħma maħruqa

28. togħma ta’ moffa

29. jinten

30. żejtni, riħa ta’ ħut

31. imxaħħam

32. (a) togħma ossidizzata

(b) togħma ta’ metall

33. togħma ta’ għalf

34. aħrax, qares

35. immellaħ iżżejjed

36. imranġat, putridu

37. togħma ta’ xgħir

38. togħma kimikai

[1] Tabella 2.

[2] Id-difetti msemmija taħt "tajjeb" huma biss devjazzjonijiet żgħar ħafna mit-tip ideali

[3] din id-deskrizzjoni għandha tkun użata rarament kemm jista’ jkun u biss meta d-difett ma jistax jiġi deskritt b’mod aktar eżatt.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KAMPJONAR GĦALL-ANALIŻI KIMIKA U MIKROBIJOLOĠIKU U VALUTAZZJONI SENSORJA

1. Analiżi kimiku u bijoloġiku

Kwantità ta' Butir (kg) | Numru minimu ta' kampjuni (> 100 g) |

≤ 1000 | 2 |

> 1000 ≤ 5000 | 3 |

> 5000 ≤ 10000 | 4 |

> 10000 ≤ 15000 | 5 |

> 15000 ≤ 20000 | 6 |

> 20000 ≤ 25000 | 7 |

> 25000 | 7 + 1 kull 25000 kg jew parti minhom |

Kampjun għall-analiżi mikrobijoloġiku għandu jitwettaq asettikament.

Sa ħames kampjuni ta’ 100 g jistgħu jiġu kkombinati f’kampjun wieħed għall-analiżi wara li jitħalltu sew.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu kif jiġi jiġi minn partijiet diferenti tal-kwantità offruta u ttestjati qabel jew fil-waqt tad-daħla fil-maħżen imkessaħ indikat mill-aġenzija ta’ l-intervent.

Tħejjija għall-kampjun kompożitu ta’ butir (analiżi kimiku)

(a) bl-użu ta’ trier nadif, niexef jew xi strument simili addattat, iġbed qalba ta’ butir ta’ ta’ l-anqas 30 g u qiegħda f’kontenitur tal-kampjun. Il-kampjun kompożitu għandu jiġi ssiġillat u mibgħut fil-laboratorju għall-analiżi;

(b) fil-laboratorju l-kampjun kompożitu għandu jiġi msaħħan fil-kontenitur oriġinali mhux miftuħ sa 30 °C u mħabbat ta’ spiss sakemm tinkiseb emulsjoni fluwida omoġenja ta’ ħielsa minn bċejjeċ mhux imrattba. Il-kontenutur għandu jkun mimli sa nofsu jew sa żewġ terzi.

Żewġ kampjuni fis-sena minn kull produttur li joffri butir għall-intervent għadhom jiġu analizzati għal xaħam mhux tal-ħalib u kampjun wieħed għat-tracers.

2. Valutazzjoni sensorja

Kwantità ta' butir (kg) | Numru Minimu Ta' Kampjuni |

1000 ≤ 5000 | 2 |

> 5000 ≤ 25000 | 3 |

> 25000 | 3 + 1 kull 25000 kg jew kull parti tiegħu |

Il-kampjun għandu jittieħed kif jiġi jiġi minn partijiet differenti tal-kwantità offruta bejn it-30 u l-45 jum li jiġu wara li jittieħed il-butir u jiġi gradad.

Kull kampjun għandu jiġi stmat individwalment skond l-Anness III. Ri-kampjonar jew ri-valutazzjoni m’humiex permessi.

3. Linji gwida li għandhom jiġi segwiti meta l-kampjuni juru difetti:

(a) Analiżi kimika u mikrobijiloġika:

- fejn jiġu analizzati kampjuni individwali, kampjun wieħed li juri difett uniku minn ħamsa sa 10 kampjuni jew żewġ kampjuni li kull wieħed juri difett uniku minn 11 sa 15-il kampjun jistgħu jiġu permessi. Meta kampjun juri difett, għandhom jittieħdu żewġ kampjuni ġodda minn kull naħa tal-kampjun li juri d-difett u vverifikati għall-parametri in kwistjoni. Meta ebda kampjun ma jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet, il-kwanità ta’ butir bejn iż-żewġ kampjuni oriġinali fuq kull naħa tal-kampjun li juri d-difett għandhom jiġu rrifjutati mill-kwantità offruta.

Kwatità li għandha tiġi rrifjutata meta l-kampjun il-ġdid juri difett:

+++++ TIFF +++++

- meta kampjuni kompożiti jiġu analizzati u misjuba li juru difetti dwar parametru wieħed, il-kwantità rappreżentata mill-kampjun kompożitu kkonċernat għandha tiġi rrifjutata mill-kwantità offruta. Il-kwantità rrappreżentata minn kampjun kompożitu tista’ tiġi stabbilita billi l-kwantità offruta tiġi suddiviża qabel ma l-kampjuni jittieħdu kif jiġi jiġi minn kull parti tagħha;

(b) valutazzjoni sensorja:

Meta ebda kampjun ifalli l-valutazzjoni sensorja, il-kwanità ta’ butir bejn iż-żewġ kampjuni ħdejn xulxin fuq kull naħa tal-kampjun li jfalli għandha tiġi rrifjutata mill-kwantità offruta.

(ċ) meta kampjuni juru difett sensorju u jew difett kimiku jew mikrobijoloġiku, il-kwantità kollha għandha tiġi rrifjutata.

--------------------------------------------------

ANNESS V

KLASSI NAZZJONALI TA’ KWALITÀ

- "beurre marque de contrôle" fir-rigward ta’ butir Belġjan,

- "smør of første kvalitet" fir-rigward ta’ butir Daniz,

- "Markenbutter" fir-rigward ta’ butir Ġermaniż,

- "pasteurisé A" fir-rigward ta’ butir Franċiż,

- "Irish creamery butter" fir-rigward ta’ butir Irlandiż,

- "prodott esklużivament minn krema li ġiet suġġetta għal trattament ċentrifugali u ta’ pasturizzazzjoni" fir-rigward ta’ butir Taljan,

- "Marque Rose" jew "Beurre de fond qualité" fir-rigward ta’ butir tal-Lussemburgu,

- "Extra kwaliteit" fir-rigward ta’ butir Olandiż,

- "Extra selected" fir-rigward ta’ butir mir-Renju Unit u "premium" fir-rigward ta’ butir mill-Irlanda ta’ Fuq,

- "prodott esklużivament minn krema li ġiet suġġetta għal trattament ċentrifugali u ta’ pasturizzazzjoni" fir-rigward ta’ butir Grieg,

- "prodott esklużivament minn ħalib tal-baqra jew krema pastorizzati" fir-rigward ta’ butir Spanjol,

- "prodott esklużivament minn ħalib tal-baqra jew krema pastorizzata" fir-rigward ta’ butir Portugiż,

- "Teebutter" fir-rigward ta’ butir Awstrijak,

- "perinteinen meijerivoi/traditionellt mejerismör" fir-rigward ta’ butir Finlandiż,

- "svenkst smör" fir-rigward ta’ butir Svediż.

--------------------------------------------------

Top