This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R2342
Commission Regulation (EC) No 2342/1999 of 28 October 1999 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1254/1999 on the common organisation of the market in beef and veal as regards premium schemes
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premium
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premium
ĠU L 281, 4.11.1999, pp. 30–52
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32004R1973
Official Journal L 281 , 04/11/1999 P. 0030 - 0052
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premium Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 4(8), 5(5), 6(7), 7(5), 8(4), 9(4), 10(3), 11(5), 12(3), 13(5), 20, 23(3) u 50 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 stabbilixxa sistema ġdida ta’ premiumijiet sabiex tieħu l-post tas-sistema ddikjarata fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [2]. Sabiex jitqiesu l-arranġamenti l-ġodda, huwa meħtieġ illi jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3886/92 tat-23 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-iskemi tal-premiumijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1244/82 u (KEE) Nru 714/89 [3], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE) Nru 1410/1999 [4] u, fl-okkażjoni ta’ l-emendi, ir-Regolament (KEE) Nru 3886/92 għandu jiġi abbozzat mill-ġdid, fl-interess taċ-ċarezza. (2) L-iskemi tal-premiumijiet u tal-ħlasijiet l-oħra riferiti fl-Artikoli 3 sa 25 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandhom jidħlu fl-iskop tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarja [5] (minn issa ’l quddiem riferiti bħala "s-sistema integrata"), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1036/1999 [6]. B’riżultat ta’ dan, dan ir-Regolament għandu jkun ristrett għar-regolament orizzontali tal-materji li għadhom mhux imwettqa fl-istruttura tas-sistema integrata msemmija. (3) L-għanijiet ta’ l-ogħla limitu reġjonali u tad-densità tal-bhejjen fil-ħażna jiddettaw illi ma jistgħux isiru aktar applikazzjonijiet għall-premium speċjali rigward l-istess faxxa ta’ għomor għal dawk il-bhejjem affettwati bl-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miżuri. Għall-għanijiet tal-premium tad-destaġjonar, dawn il-bhejjem għandhom jitqiesu li jkunu kkwalifikaw għall-premium speċjali. (4) L-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi illi bhima maskili tal-fart għandha tkun koperta, sakemm tinqatel jew tiġi esportata, b’passaport tal-bhejjem fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 ta’ April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart li tirrigwarda t-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti miċ-ċanga [7] jew dokument amministrattiv ekwivalenti. Għandha ssir disposizzjoni sabiex id-dokument amministrattiv jiġi mfassal u maħruġ fuq livell nazzjonali. Sabiex jitqiesu l-kondizzjonijiet partikolari amministrattivi u tal-kontroll fl-Istati Membri, għandhom ikunu permessi għamliet differenti tad-dokument amministrattiv. (5) L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi perjodu taż-żmien għaż-żamma bħala kondizzjoni għall-konċessjoni tal-premium speċjali. Huwa għalhekk meħtieġ li dan il-perjodu taż-żmien jiġi iddefinit u kkwantifikat. (6) L-arranġamenti għall-konċessjoni tal-premiumijiet speċjali mal-waqt tal-qatla għandu jkun konsistenti ma’ l-arranġamenti għall-konċessjoni tal-premium għall-qatla. It-tipi tad-dokumenti li jridu jakkumpanjaw il-bhima sal-qatla, sad-dispaċċ jew sa l-esportazzjoni għandhom jiġu speċifikati. Sabiex jitqiesu l-fatturi speċifiċi ta’ l-għamla tal-konċessjoni mal-waqt tal-qatla, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet dwar l-għomor ta’ l-għoġġiela u l-metodu tal-preżentazzjoni tal-karkassa tal-bhejjem adulti tal-fart. (7) Il-kondizzjonijiet għall-konċessjoni tal-premium tad-destaġjonar għandhom ikunu stabbiliti skond l-arranġamenti għall-konċessjoni tal-premium tal-qatla. Il-kompitu dwar il-mod kif jiġi stabbilit, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, liema Stati Membri jissodisfaw il-kondizzjonijiet sabiex tiġi applikata din l-iskema ta’ premiumijiet għandu jiġi mwettaq b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. (8) Il-kunċett ta’ baqra li tredda’ għandu jiġi ddefinit skond l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. F’dan ir-rigward, għandhom jinżammu l-istess razez bħal dawk fl-iskema ta’ qabel. Barra minn hekk, ir-regoli amministrattivi li kienu japplikaw skond l-iskema l-qadima jistgħu jissoktaw jiġu applikati fl-essenzjali tagħhom, b’mod partikolari rigward il-produzzjoni medja tal-ħalib u l-premium nazzjonali addizzjonali. (9) Bil-ħsieb li tiġi implimentata s-sistema tas-soqfa individwali, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jirregolaw kif jiġu stabbiliti dawn is-soqfa u l-komunikazzjoni tagħhom lill-produtturi. Sabiex jissaħħaħ l-effett regolatorju li din is-sistema jrid ikollha fuq is-suq, għandha ssir disposizzjoni li ma jintużawx id-drittijiet tal-premium mill-pussessuri tagħhom matul perjodu speċifiku taż-żmien sabiex jerġgħu jmorru għar-riserva nazzjonali. Għandhom jittieħdu wkoll il-miżuri approprjati sabiex jiżguraw illi d-drittijiet konċessi bla ħlas mir-riserva nazzjonali jiġu użati mill-benefiċjarji għall-għanijiet maħsuba biss. (10) Il-mobilizzazzjoni ta’ dawn id-drittijiet għandha tkun inkoraġġita, kif għandha tkun l-allokazzjoni tagħhom lill-produtturi li jridu jibbenefikaw minnhom. Għal dan l-għan, għandu jiġi ffissat perċentwal minimu ta’ l-użu tad-drittijiet għall-premium. Dan il-perċentwal jeħtieġ li jkun biżżejjed sabiex jiġi evitat it-tnaqqis fl-utilizzazzjoni tad-drittijiet disponibbli f’ċerti Stati Membri, li jista’ joħloq problemi għall-produtturi ta’ prijorità milli japplikaw għad-drittijiet permezz tar-riserva nazzjonali. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jgħollu l-perċentwal minimu ta’ l-użu tad-drittijiet li, madankollu, ma għandux jaqbeż id-90 %. (11) L-Artikoli 22 u 23 tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG) u li jemendaw u jħassru ċerti regoli [8] jistabbilixxu programmi ta’ estensifikazzjoni. Għandha ssir disposizzjoni għas-sospensjoni, matul il-perjodu kollu taż-żmien tal-parteċipazzjoni fil-programmi msemmija hawn fuq, ta’ l-użu tad-drittijiet tal-premium għall-baqar li jreddgħu rrilaxxjati b’dan il-mod. L-użu tad-drittijiet irrilaxxjati għandu, madankollu, jiġi awtorizzat permezz ta’ eċċezzjoni sabiex jissodisfa l-ħtiġiet tad-drittijiet għall-premium bħala parti minn miżuri oħra agro-ambjentali. Wieħed mill-għanijiet ta’ l-iskema ta’ l-irtirar kmieni stabbilit bl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament huwa li jħeġġeġ il-bdil tal-post tal-bdiewa anzjani ma’ bdiewa li jkunu kapaċi jtejbu l-vijabbiltà ekonomika tal-bqija ta’ l-azjendi agrikoli. Jeżistu raġunijiet għaliex wieħed għandu jibża’ illi ċerti bdiewa ma jkunux iridu jieħdu parti fil-programmi ta’ l-irtirar kmieni jekk dawn x’aktarx iwasslu, fuq sfond fit-tul, għat-telf tad-drittijiet tal-premium għall-baqar li jreddgħu. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jipprovdu għal estenzjoni taż-żmien totali tal-kiri temporanju fuq il-bażi ta’ dawn il-programmi. (12) L-implimentazzjoni uniformi tad-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet tinvolvi li jiġu stabbiliti ċerti regoli amministrattivi. Sabiex ma jkunx hemm eċċess ta’ xogħol amministrattiv, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiffissaw numru minimu ta’ drittijiet li jistgħu jiġu ttrasferiti jew mikrija. Dawn ir-regoli għandhom jipprevjenu wkoll il-ksur ta’ l-impenn ipprovdut fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 taċ-ċediment, kull darba li d-drittijiet jiġu ttrasferiti mingħajr it-trasferiment ta’ l-azjenda, ta’ ċertu perċentwal ta’ dawn id-drittijiet ittrasferiti lir-riserva nazzjonali. Barra minn dan, għandha ssir disposizzjoni għal dan il-kiri temporanju sabiex ikun limitat fiż-żmien hekk li jiġi evitat l-abbuż tar-regoli tat-trasferiment. (13) Għandha ssir disposizzjoni sabiex tippermetti l-flessibbiltà li tintlaħaq it-tmiem taż-żmien amministrattiva għat-trasferiment tad-drittijiet meta l-produttur ikun jista’ jipprova illi kien wiret id-drittijiet mingħand produttur mejjet. (14) Il-każ speċjali meta produttur juża biss ir-raba’ pubbliku jew raba’ possess kollettivament għall-mergħa u jittrasferixxi d-drittijiet kollha tiegħu lil bidwi ieħor, hekk illi b’hekk titwaqqaf il-produzzjoni, dan għandu jitqies ekwivalenti għat-trasferiment ta’ azjenda. (15) L-applikazzjoni ta’ sistema amministrattiva tat-trasferimenti li fiha t-trasferimenti kollha tad-drittijiet mingħajr it-trasferiment ta’ l-azjenda jew il-kiri temporanju tad-drittijiet jiġu kondotti biss permezz tar-riserva nazzjonali tqajjem il-ħtieġa illi trid tiġi stabbilita struttura legali mfassla sabiex tippriserva l-konsistenza ekonomika mas-sistema tat-trasferimenti diretti bejn il-produtturi. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex tiġi stabbilita s-somma li trid titħallas mir-riserva nazzjonali lill-produttur li jkun ittrasferixxa d-drittijiet tiegħu u s-somma li trid titħallas mill-produttur li jirċievi drittijiet ekwivalenti mir-riserva nazzjonali. (16) L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi, għall-Istati Membri li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet f’dan l-Artikolu, skema speċjali bl-għażla sabiex tamministra l-konċessjoni tal-premium għall-baqar li jreddgħu għal fuq l-għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux. Il-kompitu sabiex jiġi stabbilit, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, liema Stati Membri jissodisfaw il-kondizzjonijiet sabiex tiġi applikata din l-iskema speċjali għandu jitwettaq b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-arranġamenti speċjali għall-konċessjoni tal-premium għandhom ikunu speċifikati. Skond l-għan ġenerali tal-premium għall-baqar li jreddgħu, dan il-premium għandu jitħallas lill-bdiewa li l-merħla tagħhom ta’ għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux tkun maħsuba sabiex tippopola mill-ġdid il-merħliet tal-baqar u mhux għall-produzzjoni għall-qatla ta’ l-għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji, li jistgħu jinkludu b’mod partikolari limitu ta’ l-għomor u/jew il-ħtiġiet tar-razza. (17) Għandu jiġi stabbilit il-metodu sabiex tiġi kkalkolata d-densità tal-bhejjem għall-ħażna. Sabiex l-applikazzjoni fil-prattika tad-densità tal-bhejjem għall-ħażna tiġi ssimplifikata, għandha tkun stabbilita data li tqis il-kwantità tal-ħalib ta’ referenza. (18) Il-ħlas għall-estensifikazzjoni għandu jkun bil-kondizzjoni tal-konformità ma’ waħda, jew ta’ l-aktar tnejn mid-densitajiet tal-bhejjem għall-ħażna, bl-għażla ta’ l-Istat Membru. Id-densità tal-bhejjem għall-ħażna għall-iskema tal-ħlas għall-estensifikazzjoni għandha tinkludi l-bhejjem kollha tal-fart ta’ għomor minn sitt xhur ’il fuq preżenti fuq l-azjenda. Għalhekk jeħtieġu regoli speċjali sabiex jingħaddu l-bhejjem u għad-dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni fl-iskema. Il-maniġġjar ta’ din l-iskema tista’ tiġi ffaċilitata bil-kbir billi jintuża d-database ikkompjuterizzat riferit fir-Regolament (KE) Nru 820/97. Għandha għalhekk issir disposizzjoni sabiex jintuża dan id-database bil-kondizzjoni li joffri, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, garanziji adegwati dwar l-eżattezza ta’ l-informazzjoni li jkun fih għall-għanijiet ta’ l-iskema tal-ħlas għall-estensifikazzjoni. (19) Jeżisti r-riskju li ċerti produtturi jistgħu jikkonformaw b’mod artifiċjali mar-rati medji ta’ bhejjem għall-ħażna meħtieġa għall-għotja tal-ħlas għall-estensifikazzjoni, b’mod partikolari minħabba rati baxxi mhux normali matul parti mis-sena. Għandhom jittieħdu passi sabiex ikun żgurat illi l-ħlas għall-estensifikazzjoni ma jiġix konċess lil dawn il-produtturi. Għal dan il-għan għandu jiġi speċifikat, f’ġieħ iċ-ċarezza, illi din is-sitwazzjoni tidħol fl-iskop ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni [9] u li l-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex japplikaw dan l-Artikolu fl-istruttura tal-ħlas għall-estensifikazzjoni. (20) Għall-għanijiet tas-simplifikazzjoni rigward l-iktar intrapriżi estensivi tal-bhejjem għall-ħażna, jidher li hemm ix-xewqa li tiġi pprovduta skema ssimplifikata bl-għażla għall-konċessjoni tal-ħlas għall-estensifikazzjoni. (21) L-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi, għall-Istati Membri li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet f’dan l-Artikolu, skema speċjali għall-konċessjoni tal-ħlas għall-estensifikazzjoni għall-baqar tal-ħalib. Għandha tiġi stabbilita l-proċedura sabiex jiġi stabbilit, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, liema Stati Membri jissodisfaw il-kondizzjonijiet sabiex tiġi applikata din l-iskema speċjali. L-arranġamenti speċjali għall-konċessjoni tal-premium għandhom ikunu speċifikati. Bil-għan tal-konsistenza ma’ l-iskema ġenerali tal-ħlas għall-estensifikazzjoni, u sabiex jiġi stabbilit in-numru preċiż tal-baqar tal-ħalib eliġibbli għall-ħlas, għandu jiġi stabbilit perjodu minimu taż-żmien għaż- żamma tal-baqar tal-ħalib. (22) L-applikazzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli li japplikaw għall-perjodi taż-żmien, id-dati u l-limiti taż-żmien [10] testendi artifiċjalment il-perjodi taż-żmien għaż-żamma li huma espressi f’termini ta’ xhur b’ġurnata waħda jew aktar. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti disposizzjonijiet speċifiċi dwar din il-materja. (23) Normalment għandhom jiġu sottomessi applikazzjonijiet rigward il-premium għall-qatla. Fl-interess tas-simplifikazzjoni, l-applikazzjoni għall-għajnuna dwar il-"bhejjem ta’ l-irziezet" ipprovduta fis-sistema integrata għandha titqies li tirrappreżenta din l-applikazzjoni, sakemm ikun fiha l-elementi kollha meħtieġa għalbiex jiġġustifikaw il-ħlas tal-premium u li l-bhima tinqatel fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membri ieħor, jew esportata. (24) Skond ir-Regolament (KE) Nru 820/97, l-Istati Membri għandu jkollhom database ikkompjuterizzat li jaħdem tajjeb fit-taqsimiet kollha tiegħu mill-31 ta’ Diċembru 1999. Għandu jkun possibbli illi dan id-database jiġi użat sabiex jiffaċilita l-maniġġjar tal-premium għall-qatla, bil-kondizzjoni illi l-Istat Membru jikkunsidra illi d-database joffri garanziji adegwati rigward l-eżattezza ta’ l-informazzjoni li jkun fih għall-għanijiet tal-ħlas tal-premiums. (25) Il-premium għall-qatla ta’ l-għoġġiela huwa bil-kondizzjoni ta’ limitu massimu tal-piż. Għandu għalhekk jiġi stabbilit tip ta’ standard tal-preżentazzjoni tal-karkassa, li għalih japplika dan il-piż massimu. (26) L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi perjodu taż-żmien għaż-żamma bħala kondizzjoni għall-konċessjoni tal-premium għall-qatla. Huwa għalhekk meħtieġ illi dan il-perjodu taż-żmien jiġi ddefinit u kkwantifikat. (27) Irid jintbagħat lill-Kummissjoni tagħrif iddettaljat dwar ir-regoli nazzjonali tal-ħlasijiet addizzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom. (28) Sabiex jiġi żgurat illi bdiewa jirċievu l-ħlasijiet malajr kemm jista’ jkun, għandha ssir disposizzjoni għall-konċessjoini ta’ ħlasijiet bil-quddiem. Madankollu, bil-ħsieb li jiġu applikati s-soqfa nazzjonali jew reġjonali, għandhom jittieħdu passi sabiex jiżguraw illi l-ħlas bil-quddiem ma jkunx akbar mill-ħlas definittiv. Għandha għalhekk issir disposizzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-perċentwal tal-ħlas bil-quddiem għall-iskemi tal-premiumijiet bla ħsara għal dawn is-soqfa. (29) Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi penali għall-użu illegali jew il-pussess ta’ sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati mill-leġislazzjoni veterinarja rilevanti. Fil-każ li jkun hemm tennija tal-ksur tal-liġi, kif jiġi stabbilit it-tul taż-żmien tal-penali għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jkunu fl-aħjar pożizzjoni li jiġġudikaw il-gravità vera tal-kontravenzjoni mwettqa. (30) L-iskemi tal-premium speċjali u tal-premium għall-baqar li jreddgħu huma msejsa fuq is-sena kalendarja bħala l-perjodu taż-żmien tar-referenza. Hemm il-ħtieġa li tiġi ffissata d-data li tistabbilixxi l-elementi li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-iskemi msemmija. Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni soda u konsistenti, għandha tingħażel, bħala regola ġenerali, id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet. Madankollu, rigward il-premium speċjali mħallas għall-qatla, iridu jiġu stabbiliti regoli speċjali sabiex tiġi evitata ż-żamma għas-sena ta’ wara minn sena għal sena bil-ħsieb li jinkiseb premium ogħla. Rigward il-premium għall-qatla, id-data tal-qatla jew ta’ l-esportazzjoni hija indikazzjoni aħjar dwar jekk il-ħidmiet interessati jkunux attwalment ġew imwettqa. (31) Ir-rata tal-kambju fid-data ta’ meta jitħaddmu l-għajnuniet, il-premiumijiet u l-ammonti riferiti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi l-arranġamenti agro-monetarji għall-ewro [11] hija ddefinita bħala r-rata f’jum mogħti. Ir-rata li tkun tapplika fid-data ta’ l-okkażjoni tat-tħaddim għandha tiġi ffissata hekk illi tiżgura l-prinċipju li dawn l-għajnuniet, premiumijiet u ammonti ma jgħaddux minn varjazzjonijiet kbar tal-kambju fil-munita nazzjonali minħabba r-rata tal-kambju f’data partikolari. Għal dan il-għan, l-aħjar soluzzjoni tidher li hija medja tar-rati tal-kambju li jkunu japplikaw matul ix-xahar ta’ qabel is-sena ta’ l-allokazzjoni, ikkalkolata pro rata temporis. (32) Għall-għanijiet sabiex jiġu mmonitorjati l-miżuri meħuda skond ir-riforma ta’ l-iskemi tal-premiumijiet fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, il-Kummissjoni teħtieġ li tiġi mgħarrfa b’kollox dwar il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni meħuda mill-Istati Membri u dwar ir-riżultati kwantitattivi ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskemi msemmija. Għandha għalhekk issir disposizzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu bla ħsara għal ċerti obbligi rigward in-notifiki. Sabiex jiġu ffaċilitati t-trasmissjoni u l-analiżi ta’ l-informazzjoni, għandu jiġi stabbilit format konsistenti għas-sottomissjoni ta’ din l-informazzjoni. (33) Sabiex tiġi ffaċilitata l-bidla għall-iskema l-ġdida, jeħtieġu disposizzjonijiet transitorji għar-regoli tan-notifiki u għall-obbligu li l-bhejjem jiġu mmarkati u identifikati. (34) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-iskemi tal-premiumijiet u l-iskemi ta’ ħlasijiet oħra stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 25 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. KAPITOLU I IL-PREMIUM SPEĊJALI (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999) Taqsima 1 L-Arranġamenti ġenerali Artikolu 2 L-Applikazzjonijiet 1. B’żieda mal-ħtiġiet introdotti bħala parti mis-sistema integrata tal-maniġġjar u l-kontroll ipprovduta fir-Regolament (KEE) Nru 3508/92 (minn issa’ l quddiem imsejħa "is-sistema integrata"), kull applikazzjoni għall-għajnuna tal-"bhejjem ta’ l-irziezet" riferita fl-Artikolu 6(8) tiegħu (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-applikazzjoni") għandu jkun fiha: (a) tqassim wieħed wieħed tan-numru tal-bhejjem skond il-faxxa tal-għomor; (b) referenza għall-passaporti jew għad-dokumenti amministrattivi li jakkumpanjaw il-bhejjem li huma bla ħsara għall-applikazzjoni. 2. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi biss rigward il-bhejjem li fid-data tal-bidu tal-perjodu taż-żmien għaż-żamma jkunu: (a) fil-każ tal-barrin, mhux inqas minn għomor ta’ seba’ xhur, jew (b) fil-każ ta’ l-għoġġiela maskili, mhux inqas minn għomor ta’ seba’ xhur u mhux iktar minn 19-il xahar fil-każ ta’ l-ewwel faxxa ta’ l-għomor, jew ta’ mill-inqas 20 xahar għomor fil-każ tat-tieni faxxa ta’ l-għomor. Artikolu 3 Il-Konċessjoni tal-premium Il-bhejjem li ma jikkwalifikawx għall-premium jew minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali riferit fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jew minħabba l-applikazzjoni tad-densità tal-bhejjem għall-ħażna riferita fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu aktar bla ħsara għall-applikazzjoni għall-istess faxxa ta’ l-għomor u għandhom jiġu kkunsidrati li kienu bla ħsara għall-ħlas tal-premium. Artikolu 4 Il-Passaporti u d-dokumenti amministrattivi 1. Meta, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 820/97, il-passaport ma jkunx disponibbli, għandu jeħodlu postu dokument amministrattiv nazzjonali pprovdut fl-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jiżguraw illi dawn il-passaporti jew dokumenti amministrattivi jiżguraw illi jingħata premium wieħed biss għal kull bhima u skond il-faxxa ta’ l-għomor. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin, skond il-ħtieġa, għal dan il-għan. 3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi d-dokument amministrattiv nazzjonali għandu jieħu l-għamla ta’: (a) dokument li jakkumpanja kull bhima individwali; (b) lista komprensiva, miżmuma mill-produttur, li jkun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ għad-dokument amministrattiv, bil-kondizzjoni illi l-bhejjem interressati jissoktaw, mid-data li fiha ssir l-ewwel applikazzjoni, għand l-istess produttur sakemm jiġu mqiegħda fis-suq bil-għan li jinqatlu; (ċ) lista komprensiva, miżmuma mill-awtoritajiet ċentrali, li jkun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ għad-dokument amministrattiv, bil-kondizzjoni illi l-Istat Membru jew ir-reġjun ta’ Stat Membru li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà jwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-bhejjem kollha koperti b’applikazzjoni, jiċċekkjaw il-movimenti ta’ dawn il-bhejjem u jagħmlu marki ta’ distinzjoni fuq kull bhima ċċekkjata li l-produtturi għandhom ikunu meħtieġa li jippermettu; (d) lista komprensiva, miżmuma mill-awtoritajiet ċentrali, li jkun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ għad-dokument ta’ amministrazzjoni, bil-kondizzjoni illi l-Istat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-premium ma jingħatax darbtejn għall-istess faxxa ta’ l-għomor u jipprovdi minnufih fuq talba t-tagħrif dwar l-istatus tal-premium ta’ kull bhima. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn waħda jew aktar minn dawn il-possibbilitajiet għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bihom fil-ħin dovut u jgħaddulha d-disposizzjonijiet rilevanti ta’ implimentazzjoni. Għall-għanijiet tal-punt (ċ), ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq waħedhom għandhom jitqiesu li huma reġjuni ta’ Stat Membru. Artikolu 5 Il-Perjodu taż-żmien għaż-żamma It-tul tal-perjodu taż-żmien għaż-żamma għandu jkun ta’ xahrejn, li jibda l-għada tal-jum li fih tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi dati oħra tal-bidu jkunu jistgħu jiġu ffissati mill-produttur bil-kondizzjoni li ma jkunux aktar minn xahrejn mill-jum li fih tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Artikolu 6 L-Ogħla limitu reġjonali 1. Meta l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali tagħti numru ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn ċifra sħiħa, għandu jingħata, rigward il-parti deċimali, frazzjoni li tikkorrispondi għall-ammont ta’ unità tal-premium. Għal dan il-għan, għandu jingħata każ ta’ l-ewwel punt deċimali biss. 2. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu illi jintroduċu reġjuni differenti jew li jimmodifikaw ir-reġjuni eżistenti fit-territorju tagħhom, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata, fejn jagħtu definizzjoni tar-reġjun u tal-limitu ffissati. Kull bidla sussegwenti għandha tiġi mgħarrfa lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata. Artikolu 7 Il-Limiti tan-numru tal-bhejjem f’kull azjenda 1. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jibdlu l-limitu ta’ 90 ras tal-bhejjem li jirgħu għal kull azjenda u għal kull faxxa ta’ l-għomor jew li jidderogaw minnhom, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja interessata. Meta, barra minn hekk, l-Istati Membri jiffissaw numru ta’ bhejjem għal kull azjenda, li taħtu ma japplikax it-tnaqqis proporzjonali, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja interessata. 2. Kull bidla sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata. Taqsima 2 Il-Konċessjoni tal-premium fil-ħin tal-qatla Artikolu 8 L-Għamla tal-konċessjoni 1. L-Istati Membri jistgħu jikkonċedu premium speċjali fil-ħin tal-qatla, fil-każ tal-barrin għal faxxa waħdiena ta’ l-għomor, u fil-każ ta’ l-għoġġiela għall-ewwel jew it-tieni faxex ta’ l-għomor jew billi jgħaqqdu flimkien il-konċessjonijiet tal-premium għaż-żewġ faxex ta’ l-għomor. 2. L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw is-sistema pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu illi l-premium jiġi konċess ukoll meta l-bhejjem eliġibbli jiġu ddispaċċjati għal Stat Membru ieħor jew jiġu esportati lejn pajjiż terz. 3. Meta tiġi applikata s-sistema riferita fil-paragrafi 1 u 2, il-konċessjoni tal-premium għandha tkun bla ħsara għal konformità mad-disposizzjonijiet f’din it-taqsima u fl-Artikoli 34 u 35(1) u (2) applikati mutatis mutandis. 4. Minbarra li jkun fihom it-tagħrif riferit fl-Artikolu 35(1), l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jindikaw jekk il-bhima tkunx barri jew għoġol, u għandhom ikunu akkumpanjati b’dokument li jkun fih id-dettalji meħtieġa għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 4(2). Dan id-dokument għandu jkun, bl-għażla ta’ l-Istat Membru: (a) il-passaport jew kopja tal-passaport meta t-tip użat jikkonsisti f’numru ta’ kopji; jew (b) kopja tal-passaport meta t-tip tal-passaport użat jikkonsisti f’kopja waħda biss li għandha tiġi mogħtija lura lill-awtorità kompetenti għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 820/97; f’dan il-każ l-Istat Membru għandu jieħu passi sabiex jiżgura illi t-tagħrif li jkun fil-kopja jikkorrispondi ma’ l-oriġinal; jew (ċ) id-dokument amministrattiv nazzjonali meta l-passaport ma jkunx disponibbli, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 820/97. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tad-dokument amministrattiv nazzjonali. F’dan il-każ għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-premium ma jingħatax darbtejn għall-istess faxxa ta’ l-għomor għall-bhejjem li kienu bla ħsara għall-kummerċ intra-Komunitarju. Fil-każ li l-Istati Membri li jkollhom database ikkompjuterizzat kif riferit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 820/97 li jkun fih, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, it-tagħrif meħtieġ sabiex jiżgura li jiġi konċess premium wieħed biss għal kull bhima u għal kull faxxa ta’ l-għomor, l-applikazzjoni għall-għajnuna ma għandhiex għalfejn tkun akkumpanjata bid-dokument riferit fl-ewwel subparagrafu. B’żieda ma’ dan, u permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-Istati Membri japplikaw l-għażla riferita fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(2), dawn għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-produttur ikun jista’ jistabbilixxi l-bhejjem li għalihom ikun qiegħed jitlob premium speċjali. 5. Fil-każ tal-barrin, il-prova tal-qatla għandha tispeċifika l-piż tal-karkassa. 6. Meta l-bhima tiġi ddispaċċjata, għandha tiġi pprovduta prova tad-dispaċċ permezz ta’ dikjarazzjoni mill-kunsinjatarju li tindika l-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-bhima. F’dan il-każ, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu: (a) l-isem u l-indirizz tal-kunsinjatarju (jew kodiċi ekwivalenti); (b) in-numru ta’ l-identità tal-bhima; (ċ) dikjarazzjoni li l-bhima ma tkunx iżgħar minn disa’ xhur għomor. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi qabel ma l-bhima tħalli t-territorju ta’ l-Istat Membru interessat u għandha tiġi sottomessa l-prova tad-dispaċċ fi żmien tliet xhur minn meta l-bhejjem jkunu ħallew it-territorju ta’ l-Istat Membru interessat. Artikolu 9 Id-Dettalji tas-sistema tal-konċessjonijiet 1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, il-premium għandu jitħallas lill-produtturi li jkunu żammew il-bhejjem għal perjodu taż-żmien għaż-żamma ta’ mill-inqas xahrejn li jtemm inqas minn xahar qabel il-qatla, il-kunsinna jew l-esportazzjoni. Fil-każ ta’ l-għoġġiela maskili, il-ħlas tal-premium huwa bla ħsara għar-regoli li ġejjin: (a) il-premium rigward l-ewwel faxxa ta’ l-għomor għandu jitħallas biss jekk il-produttur ikun żamm il-bhima għal perjodu taż-żmien ta’ mhux inqas minn xahrejn bejn iż-żmien ta’ meta l-bhima ma kellhiex inqas minn seba’ xhur għomor u ż-żmien ta’ meta kienet iżgħar minn 22 xahar; (b) il-premium rigward it-tieni faxxa ta’ l-għomor għandu jitħallas jekk il-produttur ikun żamm il-bhima li ma jkollhiex inqas minn 20 xahar għomor għal perjodu taż-żmien ta’ mhux inqas minn xahrejn; (ċ) il-premiums rigward iż-żewġ faxex ta’ l-għomor jistgħu jitħallsu flimkien biss jekk il-produttur ikun żamm il-bhima għal mhux inqas minn erba’ xhur wara xulxin skond il-ħtiġiet ta’ l-għomor stabbiliti fil-punti (a) u (b); (d) il-premium rigward it-tieni faxxa ta’ l-għomor biss jista’ jitħallas jekk il-bhima kienet iddispaċċjata minn Stat Membru ieħor meta laħqet l-għomor ta’ 19-il xahar. 2. Fil-kuntest tal-kalkoli tad-densità talbhejjem għall-ħażna riferita fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, kull bhima li tkun bla ħsara għal applikazzjoni magħquda għaż-żewġ faxex ta’ għomor għandha titqies darbtejn. 3. Il-piż tal-karkassa għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-karkassa li tissodisfa l-ħtiġiet iddikjarati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 [12]. Meta l-preżentazzjoni tal-karkassa tkun differenti minn din id-definizzjoni, għandhom japplikaw il-fatturi korrettivi murija fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 563/82 [13]. Meta l-qatla ssir f’biċċerija li ma tkunx bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ l-iskala tal-klassifika Komunitarja għall-karkassi tal-bhejjem adulti tal-fart, l-Istati Membri jistgħu jippermettu illi l-piż jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-piż ta’ meta kienet ħajja l-bhima maqtula. F’dawn il-każijiet il-piż tal-karkassa għandu jitqies li jkun daqs jew aktar minn 185 kilogramma jekk il-piż ta’ meta kienet ħajja l-bhima maqtula kien daqs jew aktar minn 340 kilogramma. Artikolu 10 In-Notifiki L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel il-bidu tas-sena kalendarja interessata bid-deċiżjoni tagħhom li japplikaw is-sistema li jikkonċedu l-premium riferit f’din it-taqsima u fil-proċeduri relevanti. KAPITOLU II IL-PREMIUM TAD- DESTAĠJONALIZZAZZJONI (l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999) Artikolu 11 L-applikazzjoni tal-premium Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, l-aktar tard sa l-1 ta’ Awissu ta’ kull sena kalendarja, f’liema mill-Istati Membri jista’ jingħata l-premium tad-destaġjonalizzazzjoni għas-sena kalendarja ta’ wara. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li fiha jingħata l-premium jekk jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Artikolu 12 L-Intitolament għall-premium 1. Il-premium jista’ jiġi konċess rigward l-għoġġiela maskili li jkunu diġà rċevew, jew ikunu kkunsidrati li rċevew il-premium speċjali skond l-Artikolu 3, fi Stat Membru li japplika l-premium għad-destaġjonalizzazzjoni u li jkunu ġew maqtula fi Stat Membru li japplika l-premium għad-destaġjonalizzazzjoni. 2. Il-premium jista’ jingħata biss lill-produttur li jkun żamm l-aħħar il-bhima qabel il-qatla. Artikolu 13 L-applikazzjonijiet 1. Il-produttur għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-azjenda. 2. L-applikazzjoni għandha titfassal skond l-Artikoli 8(4) u 35, applikati mutatis mutandis. L-Istti Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifikaw illi l-premium speċjali jkun ingħata u għandhom iwettqu kontrolli għall-għarrieda u regolari dwar l-eżattezza taċ-ċertifikati riferiti fl-Artikolu 35. KAPITOLU III IL-PREMIUM FUQ IL-BAQAR LI JREDDGĦU (l-Artikolu 6 sa 10 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999) Taqsima 1 L-Arranġamenti ġenerali Artikolu 14 Il-Baqar li jappartjenu għal razza tal-laħam Il-baqar li jappartjienu għar-razez tal-fart iddikjarati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala baqar li jappartjenu għal razza tal-laħam kif riferiti fl-Artikoli 3(f) u 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Artikolu 15 Il-kwantità massima tar-referenza individwali 1. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jibdlu l-kwantità massima tar-referenza individwali ta’ 120000 kilogramma riferita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jew li jidderogaw minnha, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja interessata. 2. Kull bidla sussegwenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata. Artikolu 16 Il-Perjodu taż-żmien għaż-żamma Il-perjodu taż-żmien għaż-żamma ta’ sitt xhur riferit fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jibda fil-jum wara dak li fih tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Artikolu 17 L-Applikazzjonijiet 1. B’żieda mal-ħtiġiet introdotti bħala parti mis-sistema integarta, meta ssir applikazzjoni għall-premium skond l-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-applikazzjoni għall-għajnuna rigward il-"bhejjem ta’ l-irziezet" jew, bl-għażla ta’ l-Istat Membru, l-applikazzjoni għall-għajnuna rigward iż-"żona" riferita fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 3508/92 (minn issa ’l quddiem riferita bħala "l-applikazzjoni") għandu jkun fiha: (a) dikjarazzjoni li ssemmi l-kwantità tar-referenza individwali tal-ħalib allokata lill-produttur fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar minn meta bdiet tiġi applikata l-iskema ta’ l-impost miżjud li tibda fis-sena kalendarja interessata; meta din il-kwantità ma tkunx magħrufa fid-data li fiha tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni, din għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun; u (b) impenn mill-produttur li ma jżidx il-kwantità tiegħu tar-referenza individwali aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit fl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 matul il-perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar li jibda fid-data li fiha tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Madankollu, il-punt (b) ma għandux japplika jekk l-Istat Membru jkun abolixxa l-limitu kwantitattiv. 2. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi f’perjodu ġenerali taż-żmien ta’ sitt xhur matul sena kalendarja, li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodi separati taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet matul dan il-perjodu ġenerali. Artikolu 18 Il-Produzzjoni medja tal-ħalib Il-produzzjoni medja tal-ħalib għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-produzzjoni medja stabbilita fl-Anness II. Madankollu, sabiex tiġi kkalkolata, l-Istati Membri jistgħu jużaw dokument irrikonoxxut minnhom li jiċċertifika l-produzzjoni medja tal-merħla tal-ħalib tal-produttur. Artikolu 19 Il-Premium nazzjonali miżjud 1. Jista’ jiġi konċesss premium nazzjonali lill-produttur biss li, rigward l-istess sena kalendarja, jirċievi premium għall-baqar li jreddgħu. Dan għandu jingħata biss fil-limitu tan-numru tal-bhejjem li jikkwalifikaw għal dan il-premium, jekk approprjat wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali stabbilit fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. 2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet oħra għall-għotja tal-premium miżjud. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom fi żmien tajjeb qabel ma dawn il-kondizzjonijiet jiddaħħlu fis-seħħ. 3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-aktar tard sa l-1 ta’ Awissu ta’ kull sena kalendarja liema Stati Membri jwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Taqsima 2 Is-soqfa, ir-riservi, it-trasferimenti Artikolu 20 L-ogħla limitu individwali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu individwali għal kull produttur skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. 2. Kull produttur għandu jiġi mgħarraf bl-ammont tal-limitu tiegħu malajr kemm jista’ jkun u l-aktar tard ġimgħa qabel ma jibda l-perjodu taż-żmien tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet rigward is-sena 2000. Artikolu 21 In-Notifiki 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu 2000 bil-proċeduri użati sabiex jimplimentaw it-tnaqqis tas-soqfa individwali skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, kif ukoll bin-numru tad-drittijiet totali konċessi lill-produtturi u n-numru tad-drittijiet allokati lir-riserva. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu 2000 bil-metodu użat sabiex jikkalkolaw it-tnaqqis skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u, meta japplika, bil-miżuri meħuda skond l-Artikolu 8(2)(a) u, qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’kull emenda. 3. Billi jużaw il-lista ddikjarata fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu, b’mod proviżorju, u sal-31 ta’ Lulju, definittivament, għal kull sena kalendarja bi: (a) in-numru tad-drittijiet għall-premiumijiet mogħtija lura lir-riserva nazzjonali mingħajr il-ħlas kumpensatorju wara t-trasferimenti tad-drittijiet mingħajr it-trasferimenti ta’ l-azjendi matul is-sena kalendarja ta’ qabel; (b) in-numru tad-drittijiet għall-premiumijiet mhux użati riferiti fl-Artikolu 23(2) ittrasferiti matul is-sena kalendarja ta’ qabel, (ċ) in-numru tad-drittijiet konċessi skond l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Artikolu 22 Id-Drittijiet miksuba bla ħlas Għajr f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, meta produttur ikun kiseb drittijiet għal premium mingħajr ħlas mir-riserva nazzjonali ma għandux ikun awtorizzat li jittrasferixxi u/jew jikri temporanjament id-drittijiet tiegħu matul it-tliet snin kalendarji li jiġu wara. Artikolu 23 L-Użu tad-drittijiet 1. Produttur fil-pussess ta’ drittijiet jista’ jagħmel użu minnhom billi japprofitta ruħu minn dawn id-drittijiet u/jew jikri dawn id-drittijiet lil produttur ieħor. 2. Meta produttur ma jkunx għamel użu minn mill-inqas il-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull sena kalendarja, il-parti mhux użata għandha tiġi ttrasferita lir-riserva nazzjonali, minbarra: - fil-każ ta’ produttur fil-pussess ta’ massimu ta’ seba’ drittijiet għall-premium, meta dan il-produttur ma jkunx għamel użu mill-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu, iffissat skond paragrafu 4, matul kull waħda mis-snin kalendarji konsekuttivi, il-parti mhux użata matul l-aħħar sena kalendarja għandha tiġi ttrasferita lir-riserva nazzjonali, - fil-każ ta’ produttur li jipparteċipa fi programm ta’ estensifikazzjoni rrikonoxxut mill-Kummissjoni, - fil-każ ta’ produttur li jipparteċipa fi skema ta’ rtirar kmieni rrikonoxxuta mill-Kummissjoni li fiha t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet ma jkunx obbligatorju, jew - f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq. 3. Il-kiri temporanju għandu jkun biss rigward snin kalendarji sħaħ u għandu jinvolvi mill-inqas in-numru minimu tal-bhejjem ipprovdut fl-Artikolu 24(1). Fl-aħħar ta’ kull perjodu taż-żmien tal-kiri temporanju, li ma jistax jaqbeż it-tliet snin konsekuttivi, produttur jista’, għajr fil-każ tat-trasferiment tad-drittijiet, jirkupra d-drittijiet kollha tiegħu għalih innifsu, għal mill-inqas sentejn kalendarji konsekuttivi. Jekk il-produttur ma japprofittax ruħu għal mill-inqas il-perċentwal minimu tad-drittijiet tiegħu, iffissat skond il-paragrafu 4, matul kull waħda mis-sentejn, l-Istat Membru għandu, għajr f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, jirtira u jrodd lura ta’ kull sena lir-riserva nazzjonali dik il-parti tad-drittijiet li ma tkunx ġiet użata mill-produttur. Madankollu, fil-każ tal-produtturi li jipparteċipaw fl-iskemi ta’ l-irtirar kmieni rrikonoxxuti mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għat-tul kollu taż-żmien tal-kiri temporanju fuq il-bażi ta’ dawk l-skemi li jridu jiġu miżjuda. Il-produtturi li jkunu għamlu impenn li jipparteċipaw fi programm ta’ estensifikazzjoni skond il-miżura riferita fl-Artikolu 2(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 [14] jew fi programm ta’ estensifikazzjoni skond l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ma għandhomx ikunu awtorizzati li jikru b’mod temporanju u/jew li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom matul il-perjodu taż-żmien ta’ din il-parteċipazzjoni. Madankollu, din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każijiet meta l-programm jippermetti t-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet lil produtturi li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżuri għajr dawk riferiti f’dan is-subparagrafu jeħtieġu l-kisba tad-drittijiet. 4. Il-perċentwal minimu għall-użu tad-drittijiet għall-premiumijiet għandu jkun ta’ 70 %. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jgħollu dan il-perċentwal għal 90 %. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minn qabel bil-perċentwal li jkunu beħsiebhom japplikaw. Artikolu 24 It-trasferiment tad-drittijiet u l-kiri temporanju 1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, fuq il-bażi ta’ l-istrutturi tal-produzzjoni tagħhom, numru minimu tad-drittijiet għall-premiumijiet li jista’ jkun bla ħsara għal trasferiment parzjali li ma jinvolvix it-trasferiment ta’ azjenda. Dan il-minimu ma jistax jaqbeż ħames drittijiet għall-premium. 2. It-trasferimenti tad-drittijiet għall-premium u l-kiri temporanju ta’ dawn id-drittijiet għandhom ikunu effettivi biss wara li jkunu ġew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru mill-produttur li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-produttur li jirċievi d-drittijiet. Din in-notifika għandha ssir f’ċertu limitu taż-żmien iffissat mill-Istat Membru u mhux aktar tard mid-data li fiha l-produttur li jirċievi d-drittijiet jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-premium, għajr f’dawk il-każijiet meta t-trasferiment tad-drittijiet iseħħ permezz ta’ wirt. F’dak il-każ, il-produttur li jirċievi d-drittijiet għandu jkun f’pożizzjoni li jforni d-dokumenti legali approprjati sabiex jagħti prova li hu jew hi huma l-benefiċjarji tal-produttur il-mejjet. Artikolu 25 Il-bdil tal-limitu individwali Fil-każ tat-trasferimenti jew tal-kiri temporanju tad-drittijiet għall-premium, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-limitu individwali ġdid u għandhom jinnotifikaw lill-produtturi bin-numru tad-drittijiet għall-premium li għalihom huma ntitolati mhux aktar tard minn 60 jum mill-aħħar jum tal-perjodu taż-żmien li matulu l-produttur ikun issottometta l-applikazzjoni tiegħu. L-ewwel paragrafu ma għandux japplika fil-każ meta t-trasferiment iseħħ permezz ta’ wirt. Artikolu 26 Il-Produtturi li ma jippossjedux ir-raba’ li jaħdmu huma stess Dawk il-produtturi biss li jaħdmu raba’ pubbliku jew raba’ li jappartjeni kollettivament li jiddeċiedu li ma jissoktawx jaħdmu din l-art u li jittrasferixxu d-drittijiet kollha tagħhom lil produttur ieħor għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħall-produtturi li jbiegħu jew li jittrasferixxu l-azjendi tagħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha dawn il-produtturi għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħall-produtturi li jittrasferixxu d-drittijiet għall-premium tagħhom biss. Artikolu 27 It-trasferiment permezz tar-riserva nazzjonali Meta l-Istati Membri jipprovdu illi t-trasferiment ta’ drittijiet mingħajr it-trasferiment ta’ l-azjenda jrid isir permezz tar-riserva nazzjonali skond l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet nazzjonali analogi għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 26. B’żieda ma’ dan, f’dan il-każ: - l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi l-kiri temporanju jsir permezz tar-riserva nazzjonali; - meta d-drittijiet għall-premium jiġu ttrasferiti, jew mikrija temporanjament fil-każijiet fejn jiġi applikat l-ewwel inċiż, it-trasferimenti għar-riservi għandhom ikunu effettivi biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru lill-produttur li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet, u t-trasferimenti mir-riserva lil produttur ieħor għandhom ikunu effettivi biss wara li jkunu ġew innotifikati lil dan il-produttur minn dawn l-awtoritajiet. B’żieda ma’ dan, dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiżguraw illi jsir ħlas mill-Istat Membru għal dik il-parti tad-drittijiet minbarra l-parti riferita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 li tikkorrispondi għal dik li kieku kienet tirriżulta minn trasferiment dirett bejn il-produtturi, filwaqt li jingħata każ b’mod partikolari tax-xejra tal-produzzjoni fl-Istat Membru interessat. Dan il-ħlas għandu jkun egwali għall-ħlas li jrid jiġi mitlub mill-produtturi li jirċievu drittijiet ekwivalenti mir-riserva nazzjonali. Artikolu 28 Id-drittijiet parzjali 1. Meta l-kalkoli li jridu jsiru skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jipproduċu ċifri li ma jkunux sħaħ, għandha titqies l-ewwel ċifra deċimali biss. 2. Meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima tirriżulta fi drittijiet parzjali għall-premium, jew għal produtturi jew għar-riserva nazzjonali, dawn id-drittijiet parzjali għandhom jiġu magħduda flimkien. 3. Meta produttur ikun fil-pussess ta’ dritt parzjali, dan id-dritt parzjali għandu jagħti intitolament biss lill-frazzjon li jikkorrispondi ma’ l-ammont ta’ l-unità tal-premium u, meta japplika, tal-premium nazzjonali miżjud riferit fl-Artikolu 19 u tal-ħlas għall-estensifikazzjoni riferit fl-Artikolu 32. Artikolu 29 L-iskema speċjali għall-għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux 1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-aktar tard sal-1 ta’ Novembru, liema Stati Membri jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. L-Istati Membri interessati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar 2000, jekk għandhomx il-ħsieb li japplikaw jew le l-iskema stabbilita fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-iskema speċjali") u meta tapplika għandhom jikkomunikaw il-limitu speċifiku nazzjonali li jkunu stabbilew. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata. 2. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema speċjali għandhom jistabbilixxu kriterji sabiex jiżguraw illi l-premium ikun imħallas lil bdiewa li l-merħla tagħhom ta’ għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux tkun maħsuba sabiex iġġedded il-popolazzjoni tal-merħliet tal-baqar. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu b’mod partikolari limitu għall-għomor u/jew il-ħtiġiet tar-razza. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata bil-kriterji adottati. Kull modifika sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata. 3. Meta l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali riferit fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 tagħti numru ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn ċifra sħiħa, għandhu jiġi konċess rigward il-parti deċimali, frazzjon li jikkorrispondi ma’ l-ammont ta’ l-unità u, meta japplika, tal-premium nazzjonali miżjud riferit fl-Artikolu 19 u tal-ħlas għall-estensifikazzjoni riferit fl-Artikolu 32. Għal dan il-għan għandha titqies l-ewwel ċifra deċimali biss. 4. Fl-Istati Memri li japplikaw l-iskema speċjali, il-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 dwar in-numru minimu tal-bhejjem li għandu jinżamm għandha tkun sodisfatta kollha kemm hi jew minn baqar tar-razza Buckler jekk il-produttur ikun iddepożita applikazzjoni għall-baqar tar-razza Buckler jew minn għoġġiela li għadhom ma welldux jekk il-produttur ikun iddepożita applikazzjoni għall-għoġġiela li għadhom ma welldux. 5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 20 sa 28 ma għandhomx japplikaw f’din l-iskema speċjali. KAPITOLU IV ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-PREMIUM SPEĊJALI U L-PREMIUM FUQ BAQAR LI JREDDGĦU Artikolu 30 L-Applikazzjonijiet 1. L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu illi l-applikazzjonijiet għandhom ikunu għal numru minimu ta’ bhejjem, sakemm dan in-numru ma jaqbiżx tlieta. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17(2) u 32(7), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-perjodi taż-żmien u d-dati tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-premium u n-numru ta’ l-applikazzjonijiet li l-produtturi jistgħu jissottomettu għal kull skema ta’ premiumijiet u s-sena kalendarja. Artikolu 31 Id-densità tal-bhejjem għall-ħażna 1. Għal kull produttur li, rigward l-istess sena kalendarja, jissottometti - l-applikazzjoni ta’ għajnuna skond iż-"żona" riferita fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92, u mill-inqas applikazzjoni waħda għall-premium speċjali jew għall-premium għall-baqar li jreddgħu, - l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu n-numru ta’ UBijiet (Unitajiet ta’ Bhejjem ta’ l-irziezet) li jikkorrispondi man-numru tal-bhejjem li għalihom jista’ jingħata l-premium speċjali jew il-premium għall-baqar li jreddgħu, filwaqt li titqies iż-żona tal-mergħa ta’ l-azjenda tiegħu. 2. Meta tkun qiegħda tiġi stabbilita d-densità tal-bhejjem għall-ħażna riferita fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għandha tapplika l-proċedura li ġejja: (a) għandha titqies il-kwantità tar-referenza individwali tal-ħalib allokata lill-produttur fil-31 ta’ Marzu qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-impost miżjud li tibda fis-sena kalendarja interessata; (b) in-numru ta’ baqar tal-ħalib meħtieġa sabiex tiġi prodotta din il-kwantità tar-referenza għandu jiġi kkalkolat skond l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament. 3. Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit in-numru tal-bhejjem eliġibbli għall-premium: (a) in-numru ta’ ettari stabbilit skond ir-regoli stabbiliti fis-sistema integrata għandu jiġi mmoltiplikat bid-densità tal-bhejjem riferita fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999; (b) għandu jitnaqqas miċ-ċifra hekk miksuba n-numru ta’ l-UBijiet li jikkorrispondi man-numru tal-baqar tal-ħalib meħtieġa sabiex tiġi prodotta l-kwantità tar-referenza tal-ħalib allokata lill-produttur; (ċ) għandu jitnaqqas miċ-ċifra hekk miksuba n-numru ta’ l-UBijiet li jikkorrispondi man-numru tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż li għalihom tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għall-premium. Iċ-ċifra finali hekk miksuba għandha tikkorrispondi man-numru massimu ta’ l-UBijiet li għalihom jista’ jiġi konċess il-premium speċjali u l-premium għall-baqar tar-razza Buckler. 4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil kull wieħed mill-produtturi interessati bid-densità tal-bhejjem għall-ħażna stabbilita għalih u bin-numru li jirriżulta ta’ l-UBijiet li għalihom jista’ jingħata premium. Artikolu 32 Il-Ħlas għall-estensifikazzjoni 1. Sabiex jikkwalifikaw għall-ħlas għall-estensifikazzjoni, il-produtturi jridu jindikaw fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-"żona" li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema tal-ħlas għall-estensifikazzjoni. 2. Il-bhejjem li jkunu kkunsidrati li kienu rċevew il-premium speċjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 ma għandhomx jikkwalifikaw għall-ħlas għall-estensifikazzjoni. 3. Sabiex jiċċekkjaw illi n-numru totali tal-bhejjem ikkalkolat skond l-Artikolu 13(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jissodisfa l-ħtiġiet tad-densità tal-bhejjem għall-ħażna stabbilita fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kull sena mill-inqas ħames dati ta’ ċensiment tal-bhejjem u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom. Għajr f’dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li d-dati taċ-ċensiment jistgħu jkunu kull jum tas-sena: - id-dati taċ-ċensiment għandhom jiġu mqassma bl-addoċċ hekk li jirrappreżentaw is-sena kollha, li jiġu mibdula kull sena, u - kull ċensiment għandu jiġi stabbilit a posteriori u għandu jiġi nnotifikat lill-produttur, l-aktar kmieni fi żmien ġimgħatejn wara li jkun ġie stabbilit. F’dawn id-dati l-bhejjem għandhom jiġu magħduda skond wieħed mill-metodi li ġejjin, bl-għażla ta’ l-Istat Membru: - l-Istati Membri għandhom jordnaw lil kull produttur sabiex jiddikjara, fuq il-bażi tar-reġistru tar-razzett tiegħu, qabel id-data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru, in-numru ta’ l-UBijiet jew in-numru tal-bhejjem ta’ kull waħda miż-żewġ kategoriji tal-bhejjem maskili riferiti fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, jew - l-Istati Membri b’database ikkompjuterizzat kif riferit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 820/97 għandhom jużaw dan id-database sabiex jistabbilixxu n-numru ta’ l-UBijiet bil-kondizzjoni illi d-database joffri, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, assigurazzjonijiet adegwati rigward l-informazzjoni li jkun fih għall-għanijiet ta’ l-iskema tal-ħlas għall-estensifikazzjoni. In-numru ta’ l-Ubijiet użati sabiex jiġi stabbilit jekk il-produttur ikunx qiegħed jikkonforma mal-ħtiġiet tad-densità tal-bhejjem għall-ħażna stabbilita fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jkun il-medju aritmetiku tan-numri ta’ l-UBijiet magħduda fid-dati taċ-ċensiment miżjud bin-numru ta’ l-UBijiet li jikkorrespondi man-nagħaġ u l-mogħoż li għalihom ikunu ġew issotomessi applikazzjonijiet għall-premium fl-istess sena kalendarja. Madankollu, meta l-Istati Membri jiddeċiedu illi d-dati taċ-ċensiment jistgħu jkunu kull jum tas-sena, jistgħu jipprovdu illi n-numri riferiti fil-(a) u fil-(b) għandhom ikunu kkalkolati pro rata temporis għall-perjodu taż-żmien li fih il-bhejjem ikunu preżenti fuq l-azjenda. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex japplikaw l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 fil-każ tal-produtturi li, permezz tar-rati baxxi b’mod anormali tal-bhejjem matul parti tas-sena, joħolqu b’mod artifiċjali l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. 4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-produtturi l-opportunità li jagħżlu skema ssimplifikata. F’dan il-każ, il-produttur irid jindika fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna skond iż-"żona": (a) li jiddikjara li kien ħares kuljum id-densità massima tal-bhejjem stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 sad-data ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-"żona" tiegħu, u (b) li jimpenja ruħu li jikkonforma kuljum mad-densità tal-bhejjem bejn id-data ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-"żona" tiegħu u l-31 ta’ Diċembru. Meta l-Istat Membru jkun għażel li japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, il-produttur għandu jispeċifika fuq l-applikazzjoni tiegħu liema miż-żewġ densitajiet massimi tal-bhejjem ikun qiegħed josserva. Il-produttur jista’ jibdel din l-għażla l-aktar tard qabel l-avviż ta’ kontroll fuq il-post dwar in-numru tal-bhejjem tiegħu. Il-produttur jista’ jinnotifika lill-awtorità kompetenti bit-tħassir ta’ l-impenn tiegħu l-aktar tard qabel l-avviż ta’ kontroll fuq il-post dwar in-numru tal-bhejjem tiegħu. F’dan il-każ ma għandux jikkwalifika għall-ħlas għall-estensifikazzjoni. Id-dikjarazzjoni u l-impenn riferiti f’dan il-paragrafu għandhom ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-kontroll u tal-penali pprovduti skond is-sistema integrata. 5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Jannar 2000 bid-definizzjoni ta’ "mergħa" użata għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 13(3)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Kull bidla sussegwenti għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena interessata. 6. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-aktar tard sa l-1 ta’ Novembru, liema Stati Membri jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, "produttur f’żona muntanjuża" tfisser kull produttur: - li r-razzett tiegħu jkun jinsab f’żona muntanjuża, jew - mill-inqas 50 % ta’ ż-żona tal-mergħa tiegħu tkun f’żona muntanjuża. 7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-produtturi li jixtiequ li jikkwalifikaw għall-ħlas għall-estensifikazzjoni skond il-paragrafu 6 għandhom jiddikjaraw fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna għall-"bhejjem ta’ l-irziezet" li huma qegħdin japplikaw għall-ħlas għall-estensifikazzjoni Għandhom iżommu, għal mill-inqas sitt xhur wara xulxin li jibdew mid-data li fiha tiġi sottomessa l-applikazzjoni, numru ta’ baqar tal-ħalib mill-inqas daqs in-numru tal-baqar tal-ħalib li għalih tkun saret l-applikazzjoni għall-ħlas għall-estensifikazzjoni. Dan il-perjodu taż-żmien ta’ sitt xhur għaż-żamma għandu jibda fil-jum li jiġi wara dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fil-perjodu ġenerali taż-żmien ta’ sitt xhur matul sena kalendarja, li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodi separati taż-żmien li fih jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet matul dan il-perjodu ġenerali taż-żmien. 8. In-numru ta’ baqar tal-ħalib li għalih jiġi konċess il-ħlas għall-estensifikazzjoni lill-produttur ma jistax jaqbeż kemm lill-wieħed u kemm lill-ieħor miż-żewġ numri li ġejjini: (a) in-numru tal-baqar tal-ħalib meħtieġa sabiex jipproduċu l-kwantità tar-referenza individwali tal-ħalib allokata lill-produttur fil-31 ta’ Marzu ta’ qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-impost miżjud li tibda fis-sena kalendarja interessata; dan in-numru tal-baqar għandu jiġi kkalkolat billi tintuża l-produzzjoni medja tal-ħalib iddefinita fl-Anness II; (b) in-numru totali tal-baqar fuq l-azjenda, stabbilit skond il-paragrafu 3, imnaqqas bin-numru tal-baqar li jreddgħu li jikkorrispondi mal-limitu individwali. 9. Meta l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw, jew li jieqfu milli japplikaw, l-għażla stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja interessata. 10. Bil-għan li tiġi kkalkolata d-densità tal-bhejjem skond dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu l-ewwel żewġ postijiet deċimali biss. Artikolu 33 Il-mod kif jiġu stabbiliti l-perjodi taż-żmien għaż-żamma L-aħħar jum tal-perjodi taż-żmien għaż-żamma riferit fl-Artikoli 5, 9(1), 16, 32(7) u 37 għandu jkun il-jum, kemm jekk ikun jum tax-xogħol u kemm jekk le, ta’ qabel il-jum li jġorr l-istess numru bħall-jum tal-bidu tal-perjodu taż-żmien. KAPITOLU V IL-PREMIUM GĦALL-QATLA (l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999) Artikolu 34 Id-Dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi sabiex jikkwalifikaw għall-premium għal sena kalendarja mogħtija kull produttur għandu, qabel jew fl-istess żmien ta’ meta jagħmel l-ewwel applikazzjoni għal din is-sena kalendarja, jissottometti dikjarazzjoni ta’ parteċipazzjoni. Madankollu, meta l-produttur ma jagħmel l-ebda bidla fid-dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni, l-Istat Membru jista’ jaċċetta illi d-dikjarazzjoni ta’ qabel tissokta valida. Artikolu 35 L-Applikazzjonijiet 1. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-"bhejjem ta’ l-irziezet" għandhom jinkludu t-tagħrif meħtieġ għall-ħlas tal-premium għall-qatla, b’mod partikolari d-data tat-twelid tal-bhima fil-każ tal-bhejjem imwielda qabel l-1 ta’ Jannar 1998. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-"bhejjem ta’ l-irziezet" għandhom jiġu sottomessi f’perjodu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru u li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mill-qatla tal-bhima jew, meta l-bhima tiġi esportata, wara d-data li fiha tħalli t-territorju tad-dwana Komunitarja, u għandu jtemm mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena ta’ wara għajr f’każijiet eċċezzjonali li jridu jiġu deċiżi mill-Istat Membru interessat meta l-bhejjem ikunu ddispaċċjati jew esportati. L-Istati Membri jistgħu jippermettu illi l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi permezz ta’ persuna li mhix il-produttur. F’dawn il-każijiet l-applikazzjoni għandha ġġorr l-isem u l-indirizz tal-produttur li jista’ jikkwalifika għall-premium. B’żieda mal-ħtiġiet introdotti bħala parti mis-sistema integrata, kull applikazzjoni għandu jkun fiha: (a) fil-każijiet meta l-għotja tingħata fil-ħin tal-qatla, ċertifikat mill-biċċerija jew kull dokument prodott jew awtorizzat mill-biċċerija li jkun fihom mill-inqas l-istess tagħrif, li juri: (i) l-isem u l-indirizz tal-biċċerija (jew kodiċi ekwivalenti); (ii) id-data tal-qatla u n-numri ta’ l-identità u tal-qatla tal-bhima; (iii) fil-każ ta’ l-għoġġiela, il-piż tal-karkassa (għajr meta japplika l-Artikolu 36(4)); (b) fil-każijiet meta l-bhima tiġi esportata lejn pajjiż terz: (i) l-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur (jew kodiċi ekwivalenti), (ii) in-numru ta’ l-identità tal-bhima, (iii) id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li tiddikjara l-għomor tal-bhima għall-bhejjem imwielda qabel l-1 ta’ Jannar 1998 u, fil-każ ta’ l-għoġġiela, għajr meta japplika l-Artikolu 36(4), il-piż ħaj, li ma jistax jaqbeż il-290 kilogramma; (iv) prova illi l-bhima tkun telqet mit-territorju tad-dwana Komunitarja, murija bl-istess manjiera bħar-rifużjoni għall-esportazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi t-tagħrif riferit fil-(a) u fil-(b) għandu jitwassal permezz ta’ l-organizzazzjoni jew l-organizzazzjonijiet approvati mill-Istat Membru, li jistgħu jużaw it-teknoloġija ta’ l-informatika. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari u għall-għarrieda dwar l-eżattezza taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti maħruġa u, meta approprjat, it-tagħrif riferit fil-ħames subparagrafu. 2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri b’database ikkompjuterizzat kif riferit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 820/97 jistgħu jipprovdu illi dan it-tagħrif dwar il-qatla tal-bhejjem mogħti lill-awtorità kompetenti mill-biċċeriji għandu jitqies bħala applikazzjoni għall-premium għall-qatla f’isem il-produtturi, bil-kondizzjoni li d-database joffri, għas-sodisfazzjon ta’ l-Istati Membri, assigurazzjonijiet adegwati dwar l-eżattezza ta’ l-informazzjoni li jkun fih għall-għanijiet ta’ l-iskema tal-premiumijiet għall-qatla u, meta japplika, għall-ħlas malli ssir il-qatla tal-premium speċjali u/jew il-ħlasijiet l-oħra jekk dawn jiġu mħallsa malli ssir il-qatla, u/jew il-premium għad-destaġjonalizzazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jiġu sottomessi applikazzjonijiet. F’dan il-każ jistgħu jistabbilixxu t-tip tat-tagħrif li għandu jakkumpanja l-applikazzjoni. L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw dan il-paragrafu għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan qabel l-1 ta’ Jannar 2000. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull bidla sussegwenti qabel ma tiġi implimentata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-informazzjoni magħmula disponibbli lill-aġenziji tal-ħlas tinkludi t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jitħallas il-premium, b’mod partikolari: (a) it-tipi u l-kwantitajiet tal-bhejjem riferiti fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 maqtula matul is-sena interessata; (b) it-tagħrif li jirrigwarda l-konformità mal-limiti ta’ l-għomor u tal-piż tal-karkassa tal-bhejjem riferiti f’dan l-Artikolu u bil-perjodu taż-żmien għaż-żamma riferit fl-Artikolu 37; (ċ) meta japplikabbli, it-tagħrif meħtieġ sabiex jitħallas il-premium speċjali fil-ħin tal-qatla u/jew il-ħlasijiet l-oħra jekk dawn jitħallsu malli ssir il-qatla, u/jew il-premium għad-destaġjonalizzazzjoni. 3. Għall-bhejjem li kienu bla ħsara għall-kummerċ intra-Komunitarju wara l-perjodu taż-żmien għaż-żamma riferit fl-Artikolu 37, saħansitra jekk l-Istat Membru meta twettqet il-qatla għażel li japplika d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2, il-biċċerija għandha toħroġ id-dokument riferit fil-punt (a) tar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1. Madankollu, meta s-sistemi tagħhom tat-trasferiment ta’ l-informazzjoni jkunu kompatibbli, żewġ Stati Membri jistgħu jiftiehmu li japplikaw is-sistema deskritta fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jiżguraw kontrolli effettivi dwar l-awtentiċità tad-dokumenti sottomessi u/jew l-eżattezza ta’ l-informazzjoni skambjata. Għal dan il-għan l-Istat Membru għandu, meta jsir il-ħlas, jibgħat b’mod regolari lill-Istat Membru fejn issir il-qatla sommarju, imqassam fi gruppi skond il-biċċerija, iċ-ċertifikati tal-qatliet (jew, minflok dan, tagħrif) riċevut mill-Istat Membru msemmi l-aħħar. Artikolu 36 Il-Piż u l-preżentazzjoni tal-karkassi 1. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, il-karkassi tal-vitella għandhom jiġu ppreżentati wara li jitneħħewlhom il-ġilda, l-imsaren u d-demm, mingħajr ir-ras jew is-saqajn iżda bil-fwied, bil-kliewi u bix-xaħam tal-kliewi. 2. Il-piż li jrid jitqies għandu jkun il-piż tal-karkassa wara t-tkessiħ, jew il-piż sħun tal-karkassa stabbilit malajr kemm jista’ jkun wara l-qatla, imnaqqas bi 2 %. 3. Meta jiġu ppreżentati karkassi mingħajr il-fwied, il-kliewi u/jew ix-xaħam tal-kliewi, il-piż għandu jkun miżjud bi: (a) 3,5 kilogrammi għall-fwied; (b) 0,5 ta’ kilogramma għall-kliewi; (ċ) 3,5 kilogrammi għax-xaħam tal-kliewi. 4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi meta għoġol jew għoġla jkunu iżgħar minn ħames xhur fil-ħin tal-qatla jew ta’ l-esportazzjoni, il-ħtieġa tal-piż riferita fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandha titqies li tkun ġiet sodisfatta. Meta l-piż tal-karkassa ma jistax jiġi stabbilit fil-biċċerija, il-ħtieġa tal-piż imsemmija hawn fuq għandha titqies li tkun ġiet sodisfatta jekk il-piż ħaj ma jaqbiżx il-290 kilogramma. Artikolu 37 Il-Benefiċjarju tal-premium 1. Il-premium għandu jitħallas lill-produttur li jkun żamm il-bhima għal perjodu taż-żmien għaż-żamma ta’ mill-inqas xahrejn li jispiċċa inqas minn xahar qabel il-qatla, il-kunsinna jew l-esportazzjoni. 2. Fil-każ ta’ l-għoġġiela maqtula qabel l-għomor ta’ tliet xhur, il-perjodu taż-żmien għaż-żamma għandu jkun ta’ xahar. Artikolu 38 Is-soqfa nazzjonali 1. L-ogħla limiti (is-soqfa) nazzjonali riferiti fl-Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 huma murija fl-Anness III. 2. Meta l-applikazzjoni għat-tnaqqis proporzjonali tagħti numru ta’ bhejjem eliġibbli li jkun inqas minn ċifra sħiħa, għandu jingħata rigward il-parti deċimali, frazzjon li jikkorrispondi ma’ l-ammont ta’ l-unità tal-premium. Għal dan il-għan għandu jingħata każ ta’ l-ewwel punt deċimali biss. KAPITOLU VI IL-ĦLASIJIET L-OĦRA (l-Artikoli 14 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999) Artikolu 39 L-arranġamenti nazzjonali It-tagħrif iddettaljat li jrid jiġi mgħoddi lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jinkludi dan li ġej: 1. Il-ħlasijiet għal kull ras (meta japplikaw): (a) l-ammonti indikattivi għal kull ras għal kull kategorija ta’ bhima, u l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ l-għajnuna; (b) previżjoni indikattiva tan-nefqa totali għal kull kategorija ta’ bhima (fejn tispeċifika jekk dawn il-ħlasijiet iridux isiru fl-għamla ta’ żieda mal-premium għall-qatla) u tan-numru tal-bhejjem interessati; (ċ) il-ħtiġiet speċifiċi tad-densità tal-bhejjem (għajr fil-każ tal-ħlasijiet fl-għamla ta’ żieda mal-premium għall-qatla); (d) il-limitu ta’ l-irjus dwar il-bhejjem maskili tal-fart għal kull azjenda (meta japplika), (e) it-tagħrif l-ieħor dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni. Il-kategoriji tal-bhejjem riferiti fil-punti (a) u (b) huma: il-barrin, l-għoġġiela, il-baqar li jreddgħu, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux li jikkwalifikaw għall-premium għall-baqar li jreddgħu, u l-għoġġiela l-oħra li jkunu għadhom ma welldux, jew kull subgrupp ta’ bhejjem stabbilit mill-Istat Membru u inkluż f’dawn il-kategoriji; 2. Il-ħlasijiet għaż-żona (meta meħtieġ): (a) il-kalkolu taż-żoni-bażi reġjonali, (b) l-ammonti indikattivi għal kull ettaru; (ċ) previżjoni indikattiva tan-nefqa totali u tan-numru ta’ l-ettari interessati; (d) tagħrif ieħor dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni. Artikolu 40 Ir-Rapport iddettaljat Ir-rapport iddettaljat li jrid jintbagħat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jinkludi l-istess elementi bħal dawk indikati fl-Artikolu 39, aġġornati u ssupplimentati. Għandu jinkludi wkoll: (a) sommarju tad-diffikultajiet iffaċċjati fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema tal-ħlasijiet addizzjonali; (b) valutazzjoni ta’ l-effettività ta’ din l-iskema; (ċ) jekk jista’ jkun proposti dwar l-iżvilupp ġejjieni ta’ din l-iskema. KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 41 Il-Ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem 1. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontrolli fuq il-post, l-awtorità kompetenti għandha tħallas lill-produttur, għan-numru tal-bhejjem meqjusa eliġibbli, ħlas bil-quddiem egwali għal 60 % tal-premium speċjali, il-premium għall-baqar li jreddgħu u l-premium għall-qatla. Fil-każ tal-premium speċjali, l-iskema speċjali għall-għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux riferita fl-Artikolu 29 u/jew il-premium għall-qatla, il-perċentwal tal-ħlas bil-quddiem jista’ jitnaqqas mill-Istati Membri, iżda ma jistax ikun inqas minn 40 %. Il-ħlas bil-quddiem ma jistax jitħallas qabel is-16 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja li fiha tkun saret applikazzjoni għall-premium. 2. Il-ħlas definittiv tal-premium għandu jkun ammont egwali għad-differenza bejn il-ħlas bil-quddiem u l-ammont tal-premium li għalih il-produttur ikun intitolat. L-Artikolu 42 Is-Sena ta’ allokazzjoni Id-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għandha tikkostitwixxi l-okkażjoni definittiva sabiex tiġi stabbilita s-sena li għaliha l-bhejjem koperti bil-premium speċjali, il-premium għall-baqar li jreddgħu, il-premium għad-destaġjonalizzazzjoni u l-iskemi tal-ħlas għall-estensifikazzjoni jiġu allokati u n-numru ta’ l-UBijiet li jridu jintużaw sabiex tiġi kkalkolata d-densità tal-bhejjem. Madankollu, jekk jiġi konċess il-premium speċjali skond waħda mill-għażliet ipprovduti fl-Artikolu 8: - meta l-bhima tkun inqatlet mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru: u - meta l-applikazzjoni għall-premium għal din il-bhima tiġi sottomessa wara din id-data, l-ammont tal-premium li japplika għandu jkun dak fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun saret il-qatla. Rigward il-premium għall-qatla, bil-għan li tiġi applikata r-rata ta’ l-għajnuna u li jiġi kkalkolat it-tnaqqis proporzjonali skond l-Artikolu 38, is-sena ta’ l-allokazzjoni għandha tkun is-sena tal-qatla jew ta’ l-esportazzjoni. Artikolu 43 Il-Kambju fil-munita nazzjonali Il-kambju fil-munita nazzjonali ta’ l-ammonti tal-premiumijiet u tal-ħlas għall-estensifikazzjoni għandu jitwettaq skond il-medja, ikkalkolata pro rata temporis, tar-rati tal-kambju li kienu japplikaw fix-xahar ta’ Diċembru ta’ qabel is-sena ta’ l-allokazzjoni stabbilita skond l-Artikolu 42. Artikolu 44 Il-Penali għall-użu illegali jew għaż-żamma ta’ ċerti sustanzi jew prodotti Fil-każ li jkun hemm kontravenzjonijiet imtennija permezz ta’ l-użu illegali jew iż-żamma ta’ sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati mir-regolamenti Komunitarji rilevanti fis-settur veterinarju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fid-dawl tal-gravità tal-ksur tal-liġi, it-tul ta’ l-esklużjoni mill-iskemi tal-għajnuna skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Artikolu 45 Il-Miżuri sabiex jiġu implimentati l-miżuri nazzjonali L-Istati Membri għandhom jadottaw kull miżura xierqa meħtieġa sabiex jiżguraw illi dan ir-Regolament jiġi applikat kif xieraq. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 46 In-Notifiki 1. Mill-1 ta’ Lulju 2000 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena l-iktar tard sal-15 ta’ Settembru (rigward it-tagħrif li jkollu x’jaqsam ma’ l-ewwel sitt xhur tas-sena korrenti) u sa l-1 ta’ Marzu (rigward it-tagħrif li jkollu x’jaqsam mat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ qabel) bi: (a) in-numru tal-bhejjem maskili tal-frat li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-premium speċjali, mqassam waħda waħda skond: - il-faxxa ta’ l-għomor, - it-tip tal-bhima (barri jew għoġol); (b) in-numru tal-baqar li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-premium għall-baqar li jreddgħu, imqassam skond l-iskemi riferiti fl-Artikolu 6(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999; (ċ) in-numru tal-bhejjem li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-premium għall-qatla, imqassam skond it-tip tal-bhima (bhima adulta tal-fart jew għoġol/għoġla) u li jindika jekk il-bhejjem kinux maqtula jew esportati; (d) in-numru tal-bhejjem li għalihom ikun attwalment ingħata l-premium għad-destaġjonalizzazzjoni, imqassam skond jekk ibbenefikawx mill-ewwel jew mit-tieni parti tal-premium speċjali, u n-numru tal-produtturi tal-bhejjem li jikkorrespondi ma’ kull wieħed miż-żewġ faxex skond l-għomor imsemmija hawn fuq. 2. Mis-sena 2001 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena u għas-sena kalendarja ta’ qabel bi: (a) in-numru tal-bhejjem maskili tal-fart li għalihom ikun attwalment ingħata l-premium speċjali, mqassam skond: - il-faxxa ta’ l-għomor, - it-tip tal-bhima (barri jew għoġol), u jindikaw: - l-għotja, meta tapplika, tal-ħlas għall-estensifikazzjoni (imqassam skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999), u n-numru tal-produtturi tal-bhejjem ta’ l-irziezet interessati, murija separatament skond dawn il-limiti, - in-numru tal-bhejjem imqassam skond il-faxxa ta’ l-għomor li għalihom ma jkunx ingħata l-premium speċjali rigward is-sena kalendarja ta’ qabel minħabba l-applikazzjoni tal-limitu regjonali; (b) in-numru tal-baqar u ta’ l-għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux li għalihom attwalment ingħata l-premium għall-baqar li jreddgħu, imqassam skond l-iskemi riferiti fl-Artikolu 6(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, u li juri l-għotja, meta tapplika, tal-ħlas għall-estensifikazzjoni (imqassam skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament), kif ukoll in-numru tal-produtturi interessati fil-każ ta’ kull waħda mill-iskemi; (ċ) in-numru tal-baqar tal-ħalib li għalihom ikun attwalment ingħata l-ħlas għall-estensifikazzjoni; (d) in-numru tal-bhejjem li għalihom ma jkunx ingħata l-premium rigward is-sena kalendarja ta’ qabel minħabba l-applikazzjoni tal-limitu nazzjonali speċifiku għall-għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux; (e) meta japplika, l-għotja ta’ kull premium nazzjonali flimkien mal-premium għall-baqar li jreddgħu, li juri: - il-kondizzjonijiet għall-konċessjoni tal-premium, u - l-ammont mogħti għal kull bhima; (f) in-numru tal-bhejjem li għalihom il-premium mhux effettwat bid-densità tal-bhejjem għall-ħażna kien attwalment mogħti, u n-numru tal-produtturi interessati; (g) in-numru tal-bhejjem li għalihom ikun ingħata l-premium għall-qatla, imqassam skond it-tip tal-bhima (bhima adulta tal-fart jew għoġol) u li jindika jekk l-għajnuna kinitx mogħtija għall-qatla jew għall-esportazzjoni, kif ukoll, għal kull waħda minn dawn is-suddiviżjonijiet, in-numru tal-produtturi interessati. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena l-iktar tard sal-31 ta’ Lulju mis-sena 2001 bin-numru tal-bhejjem, imqassma skond it-tip tal-bhima, li għalihom ma jkunx ingħata l-premium għall-qatla rigward is-sena kalendarja ta’ qabel minħabba l-applikazzjoni tas-soqfa nazzjonali. 4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji speċifikati f’dan l-Artikolu bl-użu tat-tabelli ddikjarati fl-Anness IV. KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI Artikolu 47 Id-Dispożizzjonijiet transitorji 1. Skond l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, sabiex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 għar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, in-notifiki lill-Kummissjoni rigward is-sena 1999 għandhom isiru skond l-istess proċedura bħal dik stabbilita fir-Regolament (KEE) Nru 3886/92. 2. Il-ħtieġa li l-bhejjem jiġu identifikati u rreġistrati stabbilita fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandha tapplika, għall-bhejjem li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 1998, skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE [15], għajr fil-każ tal-bhejjem li jkunu bla ħsara għall-kummerċ intra-Komunitarju. Artikolu 48 Ir-Revoka Ir-Regolament (KEE) Nru 3886/92 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2000. Għandu jissokta japplika għall-applikazzjonijiet sottomessi l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 1999. Ir-referenzi għar-Regolament imtenni għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 49 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2000, għajr għad-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu man-notifiki jew id-deċiżjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 10, 11, 15, 21(2), 23(4), 29(1) u (2), 32(5), (6) u (9), 35(2) u 39, li għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, fit-28 ta’ Ottubru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. [2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [3] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 20. [4] ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 53. [5] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. [6] ĠU L 127, tal-21.5.1999, p. 4. [7] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1. [8] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. [9] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 113. [10] ĠU L 124, tat-8.6.1971, p. 1. [11] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1. [12] ĠU L 123, tas-7.5.1981, p. 3. [13] ĠU L 67, tal-11.3.1982, p. 23. [14] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 85. [15] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32. -------------------------------------------------- ANNESS I IL-LISTA TAR-RAZEZ TAL-BHEJJEM TAL-FART RIFERITI FL-ARTIKOLU 14 - L-Angler Rotvieh (Angeln) - Rød dansk mælkerace (RMD) - L-Ayrshire - L-Armoricaine - Il-Bretonne Pie-noire - Il-Fries-Hollands (FH), Française frisonne pie noire (FFPN), Friesian-Holstein, Holstein, Black and White Friesian, Red and White Friesian, Frisona española, Frisona Italiana, Zwartbonten van België/Pie noire de Belgique, Sortbroget dansk mælkerace (SDM), Deutsche Schwarzbunte, Schwarzbunte Milchrasse (SMR) - Il-Groninger Blaarkop - Il-Guernsey - Il-Jersey - Il-Malkeborthorn - Ir-Reggiana - Il-Valdostana Nera - L-Itäsuomenkarja - Il-Länsisuomenkarja - Il-Pohjoissuomenkarja. -------------------------------------------------- ANNESS II IL-PRODUZZJONI MEDJA TAL-ĦALIB RIFERITA FL-ARTIKOLU 18 (kilogrammi) | Il-Belġju | 5 450 | Id-Danimarka | 6 800 | Il-Ġermanja | 5 800 | Il-Greċja | 4 250 | Spanja | 4 650 | Franza | 5 550 | L-Irlanda | 4 100 | L-Italja | 5 150 | Il-Lussemburgu | 5 700 | L-Olanda | 6 800 | L-Awstrija | 4 650 | Il-Portugall | 5 100 | Il-Finlandja | 6 400 | L-Isvezja | 7 150 | Ir-Renju Unit | 5 900 | -------------------------------------------------- ANNESS III IS-SOQFA NAZZJONALI GĦALL-PREMIUM GĦALL-QATLA RIFERIT FL-ARTIKOLU 38(1) | Il-Bhejjem adulti tal-fart | L-Għoġġiela | Il-Belġju | 711 232 | 335 935 | Id-Danimarka | 711 589 | 54 700 | Il-Ġermanja | 4 357 713 | 652 132 | Il-Greċja | 235 060 | 80 324 | Spanja | 1 982 216 | 25 629 | Franza | 4 041 075 | 2 045 731 | L-Irlanda | 1 776 668 | 0 | L-Italja | 3 426 835 | 1 321 236 | Il-Lussemburgu | 21 867 | 3 432 | L-Olanda | 1 207 849 | 1 198 113 | L-Awstrija | 546 557 | 129 881 | Il-Portugall | 325 093 | 70 911 | Il-Finlandja | 382 536 | 10 090 | L-Isvezja | 502 063 | 29 933 | Ir-Renju Unit | 3 266 212 | 26 271 | -------------------------------------------------- ANNESS IV It-Tabella riferita fl-Artikoli 21(3) u 46 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------