This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R1334
Council Regulation (EC) No 1334/1999 of 21 June 1999 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of magnesium oxide originating in the People's Republic of China
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1334/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jimponi dazju ta' kontra d-dumping definittiva fuq l-importazzjoni tal-ossidju tal-manjeżju li għandu l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1334/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jimponi dazju ta' kontra d-dumping definittiva fuq l-importazzjoni tal-ossidju tal-manjeżju li għandu l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż
ĠU L 159, 25.6.1999, p. 1–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2004
Official Journal L 159 , 25/06/1999 P. 0001 - 0013
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1334/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jimponi dazju ta' kontra d-dumping definittiva fuq l-importazzjoni tal-ossidju tal-manjeżju li għandu l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra skart ta' importazzjoni minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsulta l-Kumitat tal-Kunsill, Billi: A. PROĊEDURA 1. Miżuri fis-seħħ (1) F'Ġunju 1993, ġew imposti miżuri definittivi ta' kontra d-dumping mir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 1473/93 [2] fuq l-importazzjoni tal-ossidju tal-manjeżju mnixxef kawstiku (minn hawn il-quddiem irriferit bħala l-"CCM") li għandu l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż. Dawn il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju varjabbli, i.e. id-dazju ġie impost fuq dawk l-importazzjonijiet li kienu taħt il-prezz ta' importazzjoni minimu speċifikat fir-Regolament soġġetti għal reviżjoni. Il-prezz ta' importazzjoni minimu kien ibbażat fuq il-valur normali kalkolat. 2. Talba għal reviżjoni (2) Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza riesqa tal-miżuri ta' kontra d-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni tal-CCM li għandhom l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż [3], il-Kummissjoni rċieviet talba f'Marzu tal-1998 sabiex tirrivedi dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (minn hawn il-quddiem irriferit bħala "r-Regolament tal-Basi"). (3) It-talba kienet magħmula mill-Eurometaux li għamlet l-azzjoni favur il-produtturi tal-Komunità liema prodott kollettiv tal-prodott konċernat jikkostitwixxi l-100 % tal-produzzjoni tal-Komunità ta' dan il-prodott. (4) It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni illi l-iskadenza ta' dawn il-miżuri kienu x'aktarx ikunu jirriżultaw fir-rikorrenza ta' l-iskart u ta' inġurji lill-industruija tal-Komunità. Wara li stabilixxa, wara li kkonsulta l-Kumitat tal-Kunsill, illi kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu, ta' reviżjoni, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż ta' ftugħ [4] skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Bażi. 3. L-investigazzjoni (5) Il-Kummissjoni avvżat uffiċjalment lill-produtturi tal-Komunità li lmentaw, l-esportaturi u l-produtturi fil-pajjiż tal-esportazzjoni u l-importaturi kif ukoll l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom li kienu jinsabu konċernati, u r-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni tal-ftugħ tar-reviżjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha u lil dawk li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien il-limitu ta' żmien imfassal fl-avviż tal-ftugħ. Barra minn dan, il-produtturi tal-Indja, li ġiet magħżula bħala pajjiż analogu, kienu avvżati u bagħtu l-kwestjonarji. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet direttament konċernati l-opportunita li juru l-ħsibijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu għal udjenza. (6) Il-produtturi kollha tal-Komunità rrispondew il-kwestjonarju. Tliet esportaturi Ċiniżi rċievew ukoll risposti, Liaoning Metals & Minerals Import & Export Corp., Citic Trading Co. Ltd u Liaoning Foreign Trade Corp. (minn hawn il-quddiem irriferiti bħala "l-esportaturi Ċiniżi"), importatur relatat negozjant relatat irrispondew il-kwestjonarji. Il-livell tal-Koperazzjoni kien jammonta, skond it-tagħrif tal-Eurostat, lil iktar minn 87 % tal-importazzjonijiet ġenerali mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż. Tliett importaturi mhux relatati, Frank & Schulte Benelux mill-Olanda, Timab Industries SA minn Franza u GBC Ltd mir-Renju Unit, irrispondew ukoll il-kwestjonarju u wrew il-ħsibijiet tagħhom bil-miktub. L-ebda risposta ma ġiet miksuba mill-utenti tal-prodott bl-eċċezzjoni ta' Timab Industries, li hi stess importat il-prodott li dwaru qegħdin nitkellmu. (7) Is-servizzi tal-Kummissjoni fittxew u vverifikaw l-informazzjoni kollha li dehrilhom li kienet bżonjuża għall-għan biex jistabilixxu l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tal-iskart jew inġurji u tal-interess tal-Komunità. L-investigazzjonijiet twettqu fil-post tal-kumpaniji li ġejjin: (a) Produtturi tal-Komunità: - Grecian Magnesite SA, Atene, Greċja - Magnesitas Navarras, Pamplona, Spanja - Magnesitas de Rubian, Sarria (Lugo), Spanja - Styromag GmbH, St Katharein an der Laming, l-Awstrija (b) Produtturi fil-pajjiż analogu: - Tamil Nadu Magnesite Ltd, Salem, l-Indja (ċ) Importaturi mhux relatati fil-Komunità: - Frank & Schulte Benelux, Capelle a/d Ijssel, l-Olanda - Timab Industries SA, St Malo, Franza (ukoll utent tal-prodott konċernat) - GBC Ltd., Ewell (Surrey), ir-Renju Unit (d) Importaturi relatati u negozjanti: - Citic Germany GmbH, Bad Homburg, il-Ġermanja - Lutz Mineralien GmbH, Schifferstadt, il-Ġermanja (8) L-investigazzjoni tal-iskart kopriet il-perijodu mill-1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1998 (minn hawn il-quddiem riferit bħala "l-IP"). L-eżaminazzjoni ta-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità kopriet il-perijodu mill-1 ta' Jannar 1994 sa' l-aħħar tal-IP (minn hawn il-quddiem riferit bħala "l-IIP"). B. PRODOTT LI QIEGĦED JIĠI KKUNSIDRAT U PRODOTT LI JIXXIEBAĦ 1. Prodott li qiegħed jiġi kkunsidrat (9) Il-prodott ikkonċernat minn dan il-proċediment huwa forma ta' ossidju tal-manjeżju, jiġifieri manjeżju mnixxef kawstiku naturali (CCM), li jkun proċessat mill-karbonat tal-manjeżju li jinsab naturali jew mill-manjeżju. Sabiex ikun prodott l-CCM, il-manjeżju jrid ikun imminat, imfarrak, magħżul imbagħad ikun maħruq f'kalkara fit-temperaturi ta' 700 sa 1000 °C. Ir-riżultat huwa l-CCM bill-kontenut jew gradi varjati tal-ossidju tal-manjeżju. L-impuritajiet l-iktar użati fl-CCM huma SiO2, Fe2O3, Al2O3, CaO u B2O3 (l-ossidju tas-silikonju, l-ossidju tal-ħadid, l-ossidju tal-aluminju, l-ossidju tal-kalċjum u l-ossidju tal-boron rispettivament). L-CCM huwa wżat l-iktar fl-agrikoltura għall-għalf tal-annimali jew bħala fertilizzant u għall-applikazzjonijiet indulstrijali fl-industrija tal-kostruzzjoni għall-pavimentar u t-twavel tal-iżolazzjoni kif ukoll fil-polpa, karti u l-industriji li jipproduċu l-abrasivi. (10) Barra minn dan, l-CCM mhuwiex uniformi kimikament. Pero, ma nstabu l-ebda linji diviżorji ċari li ppermettew il-klassifikazzjoni tal-CCM f'prodotti differenti. Il-konfini bejn il-gradi huma mċajprin mill-użanzi mrikkbin peress illi l-utenti jużaw, għall-raġunijiet identiċi, il-manjeżju ta' gradi differenti u minn sorsi ta' provvedimenti differenti. (11) Għalkemm l-CCM li għandu l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż li kien mibjugħ fis-suq tal-Komunità kien differenti fit-termini tal-kontenut tal-MgO, b'mod ġenerali dan ma ġabx miegħu bħala konsegwenza xi differenzi sinjifikanti fil-karateristiċi fisikali basiċi, it-tpartit, il-perċezzjoni jew in-negozju tal-prodott konċernat. Kif sar fl-investigazzjoni ta' qabel, il-gradi kollha u t-tipi tal-CCM għandhom għalhekk ikunu kkunsidrati bħala prodott wieħed għall-għan ta' din l-investigazzjoni. 2. Prodott li jixxiebaħ (12) Kien instab illi ma kienx hemm differenzi basiċi fil-karateristiċi fisiki u kemikali u l-użi tal-CCM esportat lill-Komunità u l-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu. Barra minn dan, ma kienx hemm differenzi bejn il-prodott konċernat u l-prodott magħmul u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità li lmentat fis-suq tal-Komunità. F'dan il-każ, l-investigazzjoni kkonfermat il-konklużjoni tal-investigazzjoni ta' qabel illi l-utenti setgħu jipproċessaw kemm il-prodott importat u l-prodott magħmul fil-Komunità mingħajr ma jkun hemm tibdiliet fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom. (13) Ftit importaturi mhux relatati esprimew illi l-CCM mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż ma kienx bħal l-CCM prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità. Huma pretendew illi dawn ma setgħux jkunu kkunsidrati bħala simili, peress illi l-materja prima (MgCO3) fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż kienet aċċessibli minnufih f'depożiti massivi, filwaqt illi l-materja prima tal-Komunità kellha tiġi estratta minn vini rqaq. Barra minn dan, il-kontenut tal-MgO manjeżju Ċiniż kien naturalment għola. (14) Għalkemm il-metodi tal-estrazzjoni, il-kontenut tal-manjeżju tad-depositu u l-proċess tal-produzzjoni jistgħu jvarjaw minn produttur għal produttur, u dan huwa hekk mad-dinja kollha, dawn id-differenzi m'għandhomx rabta sinjifikanti fuq il-prodott finali u mhumiex hekk sabiex jiġġistifikaw il-pretensjoni ta' xi importaturi mhux relatati illi l-produzzjoni tal-CCM fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż hija unika fit-termini tal-metodi u l-proċessi wżati u l-karateristiċi kimiki u fisiki tal-manjeżju. Dan huwa konfermat mill-fatt illi kemm il-produtturi tal-Komunità u l-esportaturi Ċiniżi għandhom numru ta' xerrejja komuni. (15) Għalhekk, l-CCM esportat lill-Komunità minn naħa l-waħda u l-prodott magħmul u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u l-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, minn naħa l-oħra, jistgħu jitpartu u jridu jkunu kkunsidrati bħala prodott wieħed fi ħdan il-għan tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Bażi. C. DUMPING 1. Rimarki preliminari (16) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Bażi, l-investigazzjoni eżaminat jekk kienx hemm raġunijiet biex jkun konkluż illi, fin-nuqqas ta' miżuri, kien hemm il-probabbilta ta' kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping. 2. Pajjiż analogu (17) Sabiex jkun stabbilit il-valur normali, ttieħed in konsiderazzjoni il-fatt illi għal din l-investigazzjoni il-valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż kellu jkun bażat fuq tagħrif mill-ekonomija tas-suq ta' pajjiż terz. F'dan il-każ, it-Turkija kienet ikkuntemplata fl-avviż ta' ftugħ ta' din ir-reviżjoni bħala ekonomija tas-suq ta' pajjiż terz adattata għad-determinazzjoni tal-valur normali. Madanakollu, numru ta' importaturi ssottomettew illi t-Turkija ma kienetx adattata fuq ir-raġuni illi l-aċċess għall-materji primi fit-Turkija kien iktar diffiċli milli fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż. Minħabba f'hekk, peress li l-minjieri fit-Turkija ma jgawdux l-istess vantaġji naturali bħal fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż, l-ispejjeż tal-estrazzjoni u proċessar fit-Turkija huma ferm iktar milli fil-minjieri Ċiniżi. Bħala alternattiva, importatur ippropona l-Islovakkja, fejn kien intqal li l-kondizzjonijiet naturali kienu komparabili mar-Repubblika tal-Poplu Ċiniż. Oħrajn proponew illi l-valur normali għandu jkun bażat fuq il-prezzijiet ta' bejgħ domestiku tal ġebel tal-ġir jew id-dolomiti fil-Ġermanja, li jkun imminat u proċessat bħal l-CCM fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż u għandu użu simili. (18) Bil-ħsieb tal-kummenti tal-importaturi fuq l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu, il-Koperazzjoni kienet imfittxija mhux biss fit-Turkija, imma wkoll f'pajjiżi oħrajn fejn l-CCM kien magħruf li kien prodotto f'kwantitajiet suffiċjenti. B'mod partikolari, saret talba għall-Koperazzjoni indirizzata lil tliet produtturi magħrufa fit-Turkija, tnejn fil-Brażil, wieħed fl-Islovakkja u tnejn fl-Indja. Ma nkisbet l-ebda risposta mill-Brażil, waqt li l-produttur Slovakk iddikjara lilu nnifsu li ma kien fil-pożizzjoni biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba dwar il-IP. L-unika produttur Tork tal-CCM li kien lest li jikkopera indika volum ta' bejgħ domestiku li ma setgħax ikun ikkunsidrat bħal rappreżentant dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi lill-Komunità, filwaqt illi produttur Tork ieħor biss ipproduċa forma differenti tal-MgO, jiġifieri l-manjeżju maħruq ħafna. Fl-aħħar, produttur wieħed Indjan ftiehem li jipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarju. (19) Sa fejn il-proposta biex jintużaw il-prezzijiet ta' bejgħ domestiku tal-ġebel tal-ġir jew id-dolomiti fil-Ġermanja hija kkonċernata, għandha tinġibed l-attenzjoni li l-ġebel tal-ġir u d-dolomiti ma jistgħux ikunu kkunsidrati li huma bħall-CCM għaliex il-karatteristiċi kimiki tagħhom huma differenti. (20) Il-bejgħ domestiku tal-produttur Indjan li kkopera nstab illi jirrapreżenta b'mod sinjifikanti iktar minn 5 % tal-importazzjonijiet totali tal-Komunità mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż waqt il-IP. Is-suq Indjan tal-CCM deher li kien suq kompetittiv fejn mill-inqas ħames produtturi domestiċI tal-CCM jikkompetu kontra xulxin. Il-manjeżju, il-materja prima għall-produzzjoni tal-CCM, huwa disponibbli faċilment fi kwantitajiet kbar f'minjieri mixħutin għall-apert viċin għall-impjanti. Il-proċess tal-estrazzjoni u l-produzzjoni tal-produttur Indjan huwa simili ħafna lil dak tal-produtturi Ċiniżi. (21) L-esportaturi Ċiniżi ssottomettew illi t-Turkija, għalkemm mhux kompletament konvenjenti, kellha tkun miżmuma bħala pajjiż analogu fuq ir-raġunijiet illi l-valur normali mwaqqaf fl-Indja ma kienx se jkollu xi rabta ma dik li nstabet fit-Turkija fl-investigazzjoni ta' qabel. Madankollu, kif intqal qabel, il-bejgħ fit-Turkija kienu wisq baxxi biex ikunu rapreżentanti u għalhekk ma kienx hemm alternattiva oħra għall-għażla ta' pajjiż analogu ieħor. (22) L-esportaturi Ċiniżi qajmu l-argument illi l-produttur Indjan li kkopera jappartjeni kompletament lill-Istat u għalhekk il-prezzijiet tal-CCM fl-Indja huma kontrollati mill-gvern. Huwa tabilħaqq veru illi l-kompaniju li dwara qegħdin nitkellmu tappartjeni lill-Istat. Madankollu, taħdem f'kuntest ta' ekonomija tas-suq u l-bejgħ domestiku tagħha jsir b'kompetizzjoni ma' numru ta' kumpaniji, li ma jappartjenux lill-Gvern Indjan. Ma kienx instab illi l-pussess mill-Istat kien irriżulta f'xi tgħawwiġ tal-ispejjeż jew il-prezzijiet li kienu jżommu. (23) Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Indja huwa pajjiż analogu xieraq għall-għan biex jitwaqqaf il-valur normali. 3. Valur normali (24) Għall-grad uniku tal-CCM li jkun prodott u mibjugħ fl-Indja, il-valur normali gie stabilit fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsin jew li jitħallsu minn xerrejja indipendenti fis-suq domestiku għall-bejgħ ta' prodott simili li kienu nstabu li kienu magħmula fi kwantitajiet biżżejjed u matul il-kummerċ ordinarju. Għall-gradi l-oħrajn, li mhumiex prodotti mill-kumpanija li tikkopera, il-valur normali ġie stabilit billi ġie applikat fattur ta' aġġustament għall-valur normali stabilit fuq il-bażi tal-grad prodott mill-kumpanija li tikkopera. Peress illi kontenut għola ta' MgO jikkorispondi għal kwalità għola u għalhekk għal prodott ta' iktar valur, instab raġjonevoli li jitwaqqaf l-ammont tal-aġġustament bħala proporzjoni diretta tal-kontenut tal-MgO għall-gradi varji esportati mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż. 4. Il-prezz tal-esportazzjoni (25) L-esportazzjonijiet tal-CCM lill-Komunità mill-esportaturi Ċiniżi kienu jirrappreżentaw madwar 87 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott li dwaru qegħdin nitkellmu mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż, kif ġie stimat mit-tagħrif tal-Eurostat li jikkonċerna l-kodiċi tan-NM 25199090 TARIC titolu 10/80 taħt liema l-importazzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat huma rrekordjati. (26) Għaż-żewġ esportaturi li jikkoperaw liema bejgħ fil-Komunità saru kolha lill-importaturi mhux relatati, il-prezz tal-esportazzjoni ġie mwaqqaf fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew pagabli attwalment għall-prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lill-importaturi mhux relatati. (27) Dwar l-esportatur liema bejgħ lill-Komunità saru kolha lill-importatur relatat tiegħu fil-Komunità li mbagħad biegħ lil kummerċjant mhux relatat, il-prezz tal-esportazzjoni ġie mibni billi tnaqqas mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti l-ispejjeż kollha bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid li ntefqu kemm mill-importatur relatat u l-kummerċjant relatat kif ukoll għal ammont raġjonevoli ta' profitt sabiex ikun stabilit prezz ta' esportazzjoni ta' min jorbot fuqu skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament tal-Bażi. L-ammont għall-profitt ġie kalkolat b'referenza għal dak irrealizzat mill-importaturi indipendenti li kkoperaw bejn wieħed u ieħor, i.e. 9 % fuq il-bejgħ imdawwar tal-kummerċjant relatat. 5. Paragun (28) Il-valur normali bejn wieħed u ieħor ippreġudikat għal kull grad kien paragunat mal-prezz tal-esportazzjoni bejn wieħed u ieħor ippreġudikat tal-grad tal-CCM li jikkorrispondi fil-port li jwikki l-livell ta' pajjiż produttur, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament tal-Bażi. (29) Għall-għan biex ikun assigurat paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ttieħdu in konsiderazzjoni d-differenzi fil-fatturi, li kienu mitlubin u li ntwerew li jaffetwaw il-paragunar skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Bażi. Dwar dan, saru xi aġġustamenti għan-noll fil-pajjiż u l-oċeanu, assigurazzjoni, maniġġjar, tagħbija u spejjeż anċillari u spejjeż ta' kreditu. Barra min dan, peress li l-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż għandhom aċċess iktar faċilment għall-materja prima, il-Kummissjoni kkunsidrat illi konċessjoni addizzjonali għandha ssir sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-ispejjeż ta' imraħħsin tal-estrazzjoni tal-mineral tal-manjeżju li jirriżulta mir-ratio ta' rkupru tal-mineral iżjed favorevoli fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż kif paragunat ma' l-Indja. Minħabba f'hekk, peress illi nstab illi r-ratio ta' rkupru tal-mineral fl-Indja huwa simili ma' dak li nstab fit-Turkija, li ntużat bħala pajjiż ta' riferenza fl-investigazzjoni ta' qabel u fin-nuqqas ta' xi fatti ġodda oħrajn ipprovduti mill-partijiet interessati, ġie deċiż li jiġi applikat l-istess aġġustament lill-valur normali kif mitlub mill-partijiet Ċiniżi fl-investigazzjoni ta' qabel, i.e. riduzzjoni ta' 20 % tal-ispejjeż tal-estrazzjoni kif instab fl-Indja. (30) Fl-aħħar, talba mill-esportaturi Ċiniżi għal aġġustament għad-differenza fil-livell tan-negozju nstab ġustifikat, imma kalkolazzjoni preċiża ma kienetx ikkunsidrata bżonjuża, jekk wieħed jammetti li din hija reviżjoni ta' skadenza u jekk wieħed jikkunsidra illi kien għad hemm marġni ta' dumping sinjifikanti jekk tali aġġustament kien ikun sar. 6. Marġni tad-dumping (31) Il-paragun tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni wrew l-eżistenza tad-dumping, il-marġni tad-dumping kien ugwali għall-ammont minn liema valur normali, hekk imwaqqaf, eċċeda l-prezz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-marġni tad-dumping li nstab, bħala persentaġġ tal-prezz tal-importazzjoni fil-fruntieri tal-Komunità taċ-cif, kien sostanzjali. D. PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA JEW KONTINWAZZJONI TA' DUMPING (32) B'riferenza għall-analiżi tal-eżistenza ta' dumping waqt il-IP, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping, jekk il-miżuri li dwarhom qegħdin nitkellmu jkunu mneħħijin, ġie eżaminat. Fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-esportaturi, huwa kkunsidrat li x'aktarx l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-CCM se jkomplu jsiru jew għall-istess jew anki prezzijiet iktar baxxi minn waqt il-IP. Dan huwa appoġġat mill-fatt illi l-istatistiċi uffiċjali tal-US urew illi l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi tal-fob lejn dan il-pajjiż, li huwa mid-destinazzjonijiet prinċipali tal-CCM mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż, kienu bejn wieħed u ieħor ferm iktar baxxi mill-prezzijiet li jikkorispondu tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Komunità waqt l-IP. (33) Fuq il-bażi tal-fatt illi l-esportazzjonijiet tal-CCM li għandhom l-oriġini miċ-Ċina nstabu li saru bi prezzijiet skartati waqt l-IP u illi, skond l-informazzjoni provduta mill-esportaturi, nżul żgħir fil-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniża lejn il-Komunità huwa mbassar u meta wieħed jikkunsidra il-politika tal-prezzijiet Ċiniżi applikata għal pajjiżi terzi fejn m'hemmx miżuri kontra d-dumping fis-seħħ, ġie konkluż illi l-idumping kien x'aktarx se jkompli, jekk il-miżuri fis-seħħ jitneħħew. (34) Bħala addizjoni, it-tneħħija tas-sistema tal-liċenza għall-esportazzjoni msemmija hawn isfel probabilment tkun twassal għal waqa' fil-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi għal madwar EUR 75, li jkunu jfissru żieda oħra fid-dumping. E. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ (35) Skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Bażi, it-terminu "industrija tal-Komunità" se jkun interpretat li jirriferixxi għall-produtturi tal-Komunità bħala ntier tal-prodott li jixxiebaħ jew lil dawk minnhom liema produzzjoni kollettiva tal-prodotti tikkostitwixxi proporzjoni kbira, kif definit fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Bażi, tal-produzzjoni totali mill-Komunità ta' dawk il-prodotti. L-investigazzjoni kkonfermat illi l-produtturi tal-Komunità li applikaw kienu jirrapreżentaw 100 % tal-produzzjoni mill-Komunità tal-CCM. Għalhekk, dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Bażi. F. ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-CCM TAL-KOMUNITÀ (36) L-ewwelnett, għandu jkun magħruf illi l-biċċa l-kbira tat-tagħrif speċifiku relatat mal-industrija tal-Komunità għall-IIP kienu kalkolati fuq il-bażi tat-tagħrif ta' tliet produtturi tal-Komunità Grecian Magnesite, Magnesitas Navarras u Magnesitas de Rubián. Ir-raba' produtriċi tal-Komunità, Styromag, kienet imwaqqaf biss bħala kumpanija indipendenti fl-1996 bħala riżultat tal-falliment tal-kumpanija Magindag fl-1994, li kienet ukoll produtriċi tal-CCM. Peress illi l-informazzjoni kienet disponibbli biss għal Styromag sa mill-1996 ‘il quddiem u sabiex tippreżenta stampa koerenti tas-sitwazzjoni ekonomika fl-industrija tal-Komunità, il-Kummissjoni kkunsidrata mhux adattata li tittieħed in konsiderazzjoni l-informazzjoni ta' Styromag għall-għan biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità. It-tagħrif minn Styromag ġew inklużi fid-determinazzjoni tal-konsum totali tal-Komunità u ġew riflessi fl-analiżi tar-roħs tal-prezz fuq ħaddieħor, li jkopri l-IP. Jista' wkoll jintqal illi l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità mfassla hawn isfel ma kienetx tkun differenti, jekk tagħrif estrapolat għal Styromag għas-snin 1994 u 1995 kien ikun inkluż fl-analiżi. 1. Konsum fis-suq tal-Komunità (37) Il-konsum totali tal-CCM fil-IP kien ikkalkolat fuq il-bażi ta': - l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, - l-importazzjoni ġewwa l-Komunità tal-CCM mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż, u - l-importazzjoni ġewwa l-Komunità tal-CCM mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha. (38) Fuq din il-bażi, il-konsum tela' minn 328000 t fl-1994 sa 356000 t fil-IP, livell li huwa viċin għal dak imwaqqaf għall-perijodu ta' investigazzjoni ta' qabel (368000 t). Il-perijodu 1994 sa 1996 kien ikkaraterizzat minn żvilupp kontinwu tal-konsum sal-422000 t fl-1996. Il-konsum fil-Komunità kien miżjud mill-influwenza tal-kondizzjonijiet tat-temp fuq talba għal gradi baxxi tal-CCM li huma wżati l-iktar fl-agrikoltura u mill-iżvilupp potenzali ta' numru ta' swieq industrijali ġodda li nstabu. Wara l-quċċata, it-talba naqset bi 18 % fl-1997, imma rkuprat parzjalment fil-IP. (39) Fl-aħħarnett, jista' jingħad illi l-konsum tal-CCM użat mill-Komunità għaż-żewġ applikazzjonijiet kien maqsum bħala ndaqs relativament, i.e. madwar 50 % tal-konsum kien użat għal skojiet ta' agrikoltura, waqt li n-nofs l-ieħor kien iddestinat għall-użi industrijali. 2. Importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat (a) Il-volum tal-importazzjoni, is-sehem tal-importazzjoni u s-sehem fis-suq tal-importazzjoni konċernati fil-IIP (40) Il-volum tal-importazzjoni tal-CCM li għandu l-oriġini fir-Republik tal-Poplu Ċiniż żied minn 86089 t fl-1994 sa 110592 t fil-IP, ekwivalenti għal żieda ta' madwar 28 % matul il-IIP. Il-volum importat matul il-IP huwa viċin tal-livell tal-perijodu ta' investigazzjoni ta' qabel fl-investigazzjoni oriġinali (120000 t). (41) Is-sehem tal-CCM importat mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż skond il-volum fost l-importazzjoni ġewwa l-Komunità kien bejn 77 % u 82 % matul il-IIP. L-ogħla sehem ta' importazzjoni intlaħaq fil-quċċata tas-sena tat-talba tal-1996. Madankollu, għandu jkun innotat illi fiż-żmien tal-perijodu ta' investigazzjoni ta' qabel, is-sehem tal-importazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu Ċiniż kienet biss għal madwar 54 %. (42) Is-sehem fis-suq tal-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż fis-suq tal-Komunità tela' mill-1994 sal-IP min 26,3 % to 31 %. Dan huwa ekwivalenti għal żieda ġenerali ta' 4,7 punti matul il-IIP. Fl-1996, fis-sena fejn kien hemm domanda għolja eċċezzjonali, is-sehem tas-suq Ċiniż laħaq is-36,4 %. Fl-investigazzjoni ta' qabel, l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż kellu sehem fis-suq ta' 32 % fil-IP. (b) L-evoluzzjoni tal-prezz u l-imġiba tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott konċernat (i) L-evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet konċernati (43) Skond l-informazzjoni tal-Eurostat, il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-cif bejn Ċiniżi wieħed u ieħor ġewwa l-Komunità żied b'mod sinjifikanti bejn l-1994 u l-1995 u naqas kontinwament wara dan. Il-prezzijiet tal-bejgħ bejn wieħed u ieħor tal-importazzjonijiet konċernati żied għalhekk matul il-IIP b'madwar 14 %. (44) Kien diskuss illi s-sistema tal-liċenza għall-esportazzjoni Ċiniża li kienet introdotta allegatament wara d-dazji kontra d-dumping ġew imposti kienet tkun tillimita progressivament il-provvista tal-CCM Ċiniża ġewwa l-Komunità b'hekk tgħolli ‘l fuq il-prezzijiet tal-bejgħ Ċiniżi lill-Komunità. Madankollu, kif imsemmi hawn aktar ‘il fuq, il-volum ta' importazzjoni Ċiniża żied bi 28 % matul il-IIP u, għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniża ġewwa l-Komunità żdiedu wara li ġew imposti l-miżuri fl-1993 sal-1995, tnaqqsu kontinwament minn dakinhar. (ii) L-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi (45) Sabiex ikun stabilit l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi b'rabta mal-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi fil-Komunità, kemm il-prezzijiet tal-esportaturi u l-prezzijiet tal-industrija fil-Komunità kienu analizati għall-IP. F'din l-analiżi, il-bejgħ tal-industrija fil-Komunità u l-bejgħ tal-esportaturi Ċiniżi li jikkoperaw ma importaturi li mhumiex relatati fil-Komunità, kif ukoll il-bejgħ mill-ġdid minn importaturi relatati ma xerrejja mhux relatati, kkunsidrati li kienu fl-istess livell ta' negozju, intużaw. Għal din l-analiżi, il-prodott kien miġbur f'żewġ kategoriji skond l-użu tiegħu għall-agrikoltura u applikazzjonijiet industrijali. Fuq din il-bażi, il-prezzijiet tal-bejgħ għall-CCM prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità kienu paragunati mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-CCM Ċiniż użat għall-istess għan. (46) Għandu jkun innotat illi l-esportaturi Ċiniżi li koperaw biegħu sehem sinjifikanti tal-volum tal-esportazzjoni tagħhom lill-Komunità max-xerrejja li kienu qegħdin barra mill-Komunità fuq livell ta' bodura Ċiniża tal-fob. Minn hawn, kellhom isiru aġġustamenti sabiex jaslu għal livell fil-fruntieri tal-Komunità taċ-cif fuq il-bażi tal-informazzjoni tal-importaturi u l-espostaturi li kkoperaw. (47) Il-prezzijiet taċ-cif bejn wieħed u ieħor ippreġudikati tal-importazzjonijiet konċernati kienu paragunati mal-prezijiet tal-produtturi tal-Komunità, aġġustati għal differenzi fit-termini tal-kunsinna, għal dawk is-swieq fejn iż-żewġ partijiet irnexxew fil-bejgħ, peress illi fi swieq bħal dawn biss ikun jista' jinġieb fejn irid paragun b'sens. L-investigazzjoni stabbilit illi l-prezzijiet tal-bejgħ bejn wieħed u ieħor b'mod ġenerali tal-esportaturi Ċiniżi għaż-żewġ użi kienu inqas minn dawk tal-industrija tal-Komunità. B'mod partikolari, ġie stabbilit illi, f'termini relatati, d-differenza bejn wieħed u ieħor bejn il-prezzijiet tal-esportatzzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità kienet ikbar għall-CCM użat fis-settur industrijali milli fis-settur tal-agrikoltura. (48) Fl-aħħarnett, l-analiżi tar-risposti tal-kwestjonarju tal-importaturi li kkoperaw żvela illi, għall-bejgħ sinjifikanti tal-CCM użat għall-għan tal-agrikoltura, il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-cif tal-esportaturi kien kemxejn fil-livell tal-prezz minimu ta' ECU 112 t, li ssuġġerixxa illi dawn il-prezzijiet kienu limitati mill-miżuri kontra d-dumping li kienu applikabbli preżentament. (49) Minkejja l-fatt illi l-prezzijiet tal-esportaturi ma kienux qegħdin jirriflettu illi l-CCM Ċiniż kien ta' purita għola mill-CCM prodott mill-industrija tal-Komunità, il-Kummissjoni ma ħasbitx li kien neċessarju li jiġi applikat fattur ta' aġġustament. Tali aġġustament kien ġie mitlub mill-industrija tal-Komunità. 3. Is-sitwazzjoni ekonomija tal-industrija tal-Komunità (a) Produzzjoni (50) Meta tipparaguna s-sitwazzjoni fil-bidu u fl-aħħar tal-IIP, il-produzzjoni totali tal-CCM kien relativament stabbli mill-1994 sal-IP. Il-produzzjoni telgħet b' 6 % min madwar 207000 t sa madwar 219000 t fil-perijodu msemmi hawn fuq. (b) Il-kwantita tal-produzzjoni (51) Il-kwantita tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità telgħet minn 265000 t fl-1994 sa 280000 t fil-IP. Dan huwa ekwivalenti għal żieda ta' madwar 6 % matul il-IIP. (ċ) Utilizazzjoni tal-kwantita (52) Għal 78 %, l-utilizazzjoni tal-kwantita tal-industrija tal-Komunità laħqet madwar l-istess livell fl-1994 u fil-IP. Madankollu, l-utilizazzjoni tal-kwantita telgħet għal 89 % u 88 % rispettivament fl-1995 u l-1996. Dan kien ir-riżultat ta' stennija ta' bejgħ qawwijin f'dan il-perijodu, li b'mod partikolari fl-1996, ma ġewx fis-seħħ. Minn dakinhar, l-utilizazzjoni tal-kwantita tal-industrija tal-Komunità naqset kontinwament. (d) Bejgħ bil-volum (53) Il-volum totali tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità telgħet minn madwar 209000 t fl-1994 sa kważi 211000 t fil-IP. Il-volum tal-bejgħ żdied konsiderevolment bejn l-1994 u l-1995, imma naqset kontinwament minn dakinhar. (e) Is-sehem fis-suq (54) Is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqset minn 63 % fl-1994 għal 58 % fil-IP. Dan huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta' ħames punti ta' persentaġġ matul il-IIP. Fl-1996, is-sena fejn kien hemm domanda speċjalment għolja, is-sehem fis-suq tal-Komunità waqa' l-isfel għal 50 %. Għalkemm fis-sena ta' wara l-industrija tal-Komunità reġgħet ġabet il-punti ta' persentaġġ li kienet tilfet, is-sehem tal-industrija tal-Komunità reġa' wera xejra ta' nżul mill-1997. (f) L-iżvilupp tal-prezz (55) L-investigazzjoni wriet illi l-prezz ta' bejgħ bejn wieħed u ieħor tal-produtturi tal-Komunità tal-CCM tela' b' 7 % mill-1994 sal-IP. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità laħqu l-quċċata fil-1996 minħabba d-domanda għolja tas-suq f'dik is-sena. Filwaqt illi l-prezzijiet tal-CCM tal-agrikultura żdied matul il-IIP bi 13 %, il-prezzijiet tal-bejgħ għall-CCM użat għal skopijiet industrijali telgħu b' 6 %. Madankollu, billi l-prezzijiet għall-CCM tal-agrikultura wrew żvilupp relativament stabbli wara l-quċċata fl-1996, il-prezzijiet għall-CCM użat għall-skoIPjiet industrijali waqgħu b' 5 %. (g) Il-mod ta' profitt (56) Għall-għan tal-analiżi tal-profitt, il-bejgħ ta' ċertu by-products mill-produzzjoni tal-CCM tal-industrija tal-Komunità ġew ikkunsidrati bir-riżultat ta' spejjeż speċifiċi tal-CCM li tnaqqsu u ż-żieda ta' profitti relatati mal-CCM. Madankollu, l-industrija tal-Komunità ippretendiet illi dawn il-bejgħ kienu biss ta' karattru temporanju u setgħu jieqfu immedjatament. Il-Kummissjoni kkunsidrat illi, minħabba l-ammont konsiderevoli ta' bejgħ ta' by-products, kemm fil-valur u fit-termini tal-volum, li kienu ġew mibjugħin fuq perijodu ta' żmien estiż, kellhom ikunu riflessi fl-analiżi tal-profitt tal-CCM bir-riżultat illi l-profitt realizzat fuq il-bejgħ tal-CCM żdied. (57) Fuq din il-bażi, il-profitt magħmul mill-industrija tal-Komunità, espressa bħala persentaġġ tal-bejgħ nett, li żdiedu matul il-IIP minn telf bejn wieħed u ieħor preġudikat ta' 4,0 % fl-1994 għal profitt ta' 5,2 % fil-IP. Is-sitwazzjoni tal-profitt fl-industrija tal-Komunità fl-intier tagħha ttejbet b' 9,2 punti ta' persentaġġ matul il-IIP. Madankollu, l-industrija tal-Komunità tikkunsidra rata ta' profitt fis-sena ta' 10 % bħala bżonjuż biex iżommu l-attivitajiet tagħhom. (h) Impjieg (58) L-impjieg fl-industrija tal-Komunità niżel b' 6,7 % matul il-IIP. (i) L-istocks (59) L-għeluq tal-istocks tal-produtturi tal-Komunità telgħu minn 24788 t fl-1994 sa 34240 t fil-IP li jammonta għal żieda ta' madwar 38 % fil-IIP. L-għeluq tal-istocks żdied kontinwament mill-1994 sal-1997, imma imbagħad waqgħu fil-IP. (j) Investimenti (60) Il-figura tal-investimenti totali tal-industrija fil-Komunità telgħet il-fuq b'madwar 23 % matul il-perijodu mill-1994 sal-IP. L-industrija tal-Komunità investiet b'mod qawwi, partikolarment fis-snin 1995 u 1996. L-investiment kienu jikkonċernaw l-iktar it-titjib u iktar razzjonalizzazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni sabiex jekonomizzaw l-ispejjeż. Parti mill-industrija fil-Komunità installat filtri moderni fil-kalkari tagħhom sabiex jitnaqqas it-tniġġis lill-ambjent. (k) L-attivita tal-esportazzjoni tal-industrija fil-Komunità (61) L-esportazzjonijiet tal-industrija fil-Komunità tal-CCM lil pajjiżi terzi wrew żvilupp relativament stabbli. L-esportazzjonijiet fis-sena matul il-IIP ammontaw għal madwar 8000 t sa 11000 t kull sena. (l) Konklużjoni (62) Wara li ġie mpost dazju kontra d-dumping varjabbli fl-1993, is-sitwazzjoni tal-industrija fil-Komunità ittejbet matul il-IIP. Fatturi ekonomiċi bħalma huma l-produzzjoni, il-kwantita tal-produzzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ bejn wieħed u ieħor għal kull tonne, il-profitt u l-investimenti wrew żvilupp posittiv. Kemm il-produzzjoni kif ukoll il-kwantita tal-produzzjoni żdiedu b'madwar 6 % matul il-IIP, waqt li il-prezzijiet tal-bejgħ bejn wieħed u ieħor telgħu b'madwar 7 % fl-istess perijodu. Wara sentejn ta' telfien,il-bejgħ tal-industrija fil-Komunità reġgħu għamlu l-profitt mill-1996. X'aktarx illi dan ġara minħabba fir-riduzzjoni tal-personal u l-investimenti li saru fis-sena ta' qabel sabiex tingħata xejra lill-produzzjoni. Fil-IP il-volum tal-bejgħ tal-industrija fil-Komunità u l-utilizazzjoni tal-kwantita laħqu l-istess livell bħal fl-1994. Madankollu, l-analiżi t'hawn fuq turi wkoll illi dan mhuwiex il-każ għall-indikaturi kollha u li b'mod partikolari mill-1996 ‘il quddiem kien hemm xejra ta' nżul. (63) Fil-fatt, l-utilizazzjoni tal-kwantita, is-sehem fis-suq, l-impjiegi u stocks li qegħdin jagħlqu ma żviluppawx favorevolment. L-industrija fil-Komunità tilfet madwar ħames punti ta' persentaġġ tas-suq fil-Komunità matul dan il-perijodu. L-industrija tal-Komunità impjegat 6,7 % personal inqas fil-IP meta paragunat mal-1994. L-istocks li kienu qegħdin jagħqu tal-industrija fil-Komunità telgħu kontinwament bejn l-1994 u l-1997-iż-żieda ġenerali fil-IIP ammontat għal 38 %. Barra minn dan, l-utilizazzjoni tal-kwantita mill-industrija fil-Komunità naqset kontinwament mill-1995 ‘il quddiem, i.e. anki fl-1996, is-sena meta kien hemm domanda għolja, l-utilizazzjoni tal kwantita ma telgħetx għal iktar minn 88 %. (64) L-investigazzjoni stabbilit illi, għalkemm is-sitwazzjoni fl-industrija fil-Komunità ittejbet f'ċertu żoni, ftit fatturi oħrajn ekonomiċi ma żviluppawx daqshekk favorevolment. Wieħed irid jarah flimkien mal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li saru viċin tal-prezz minimu u li għamlu pressjoni fuq il-prezzijiet tal-industrija fil-Komunità. Dan ma ħalliex lill-industrija fil-Komunità milli jagħmel irkupru totali mill-effetti tal-prattiki tal-idumping ta' qabel. (65) Kien intqal illi l-industrija fil-Komunità tejbet is-sitwazzjoni tagħha fis-suq tal-Komunità minkejja l-preżenza kontinwa tal-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat. F'dan il-każ, jista' jkun innotat illi, għalkemm il-miżuri kontra d-dumping taw kontribut lit-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija fil-Komunità, l-effett tagħhom ġie, kif jidher hawn fuq, imnaqqas. Dan l-argument huwa appoġġat mill-fatt illi l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż żdiedu bi 28 % matul il-IIP b'hekk rebħu 4,7 punti ta' persentaġġ skond is-sehem fis-suq fl-istess perijodu. 4. Il-volumi tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn (a) Il-volum tal-importazzjoni (66) Il-volum tal-importazzjoni tal-CCM minn pajjiżi terzi oħrajn żdied fil-IIP minn madwar 25000 t fl-1994 għal-26000 t fil-IP. Dan huwa ekwivalenti għal żieda ta' madwar 4 %. Minħabba l'hawn fuq deskritta domanda għolja għall-CCM fl-1996, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn laħqu l-quċċata f'dik is-sena b'iktar minn 33000 t. (67) Is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kien 8 % mill-1994 sal-1996 u naqas b'punt ta' persentaġġ fl-1997. Is-sehem fis-suq għal dawn il-pajjiżi kien għalhekk relativament stabbli matul il-IIP. (b) Il-prezzijiet tal-bejgħ għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (68) Skond l-Eurostat il-prezz tal-bejgħ bejn wieħed u ieħor għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tela' bi 43 % fil-IIP. 5. Konklużżjoni (69) Paragunat mal-figuri tal-investigazzjoni ta' qabel, il-konsum fil-Komunità wera żvilupp relativament stabbli. Kien intqal illi d-domanda fil-Komunità kibret malajr ħafna bejn l-1995 u l-1996, b'hekk qabżet il-kwantita tal-industrija fil-Komunità, li għamlet żieda tal-importazzjonijiet tal-CCM Ċiniża inevitabbli. Għandu jkun innotat, madankollu, illi r-rata tal-utilizazzjoni tal-kwantita tal-industrija fil-kienet madwar 89 % fl-1995 u waqgħet kontinwament minn dakinhar. Għalhekk jista' jkun konkluż illi l-konsum fil-Komunità ma kellux influwenza kbira fuq is-sitwazzjoni tal-industrija fil-Komunità matul il-IIP. (70) Barra minn hekk, jidher illi kien iktar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi li bdew jinżlu mill-1995 ‘il quddiem li għamlu ż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi. F'kull każ, ma saret l-ebda żieda sinjifikanti fid-domanda fil-perijodu sal-IP, li seta' jispjega ż-żieda fl-importazzjonijiet u fis-sehem fis-suq tal-CCM Ċiniż kif stabbilit matul l-investigazzjoni. (71) L-industrija fil-Komunità għamlet sforzi konsiderevoli sabiex tittejjeb il-kompetittivita tagħha lejn il-kompetituri Ċiniżi l-kbar u l-kompetituri minn pajjiżi terzi oħrajn. Dawn l-isforzi huma partikolarment visibbli meta wieħed iħares lejn il-punt tal-investimenti matul il-IIP. Mill-1994 sal-1997, l-industrija fil-Komunità investiet ammonti konsiderevoli sabiex il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha jsiru iktar moderni u razzjonali. Madankollu, minħabba l-importazzjonijiet skartati kontinwi mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż, dawn l-isforzi ma kienux kompletament ta' suċċess. L-industrija fil-Komunità baqgħet f'sitwazzjoni vulnerabbli. G. IL-PROBABBILTA TAR-RIKORRENZA TA' INĠURJI 1. L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-pajjiż li jesporta konċernat (a) Is-sistema tal-Liċenzi Ċiniżi (72) F'April tal-1994, il-MTNBKE (Ministeru tan-Negozju Barrani u Koperazzjoni Ekonomika) u l-KKCCCM (Kamra tal-Kummerċ Ċiniż tal-Metalli, Minerali u Importaturi u Esportaturi Kemikali) introduċew sistema ta' liċenza għall-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet kollha ta' ċerti minerali li hija basikament identika għal sistema ta' kwota tal-esportazzjoni. Kull tip differenti tal-manjeżju, inkluż il-manjeżju mnixxef kawstiku, huma koperti minn din is-sistema ta' liċenza minn dakinhar. Fl-1998, il-ħlas tal-liċenza kienet madwar ECU 37 t CCM. Dan jimplika illi, jekk il-prezz minimu ta' ECU 112 t jintlaqa', il-prezz tal-bejgħ attwali mingħajr il-ħlas tal-liċenza jkun madwar ECU 75 t. (73) Barra minn dan, skond l-Eurometaux il-Provinċja ta' Liaoning fejn l-aktar fost il-produttri jinsabu, introduċiet fl-1995 taxxa oħra lokali li fl-1997 kienet tammonta għal madwar ECU 15 t. Ġie argumentat illi din is-sistema ta' liċenzi hija biżżejjed biex jitnaqqas ir-riskju ta' dumping li jinġurja mġedded. (74) L-Eurometaux qalet illi s-sistema ta' liċenzi Ċiniżi għall-manjeżju tista' tkun mħassra dalwaqt u beżgħet illi l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-manjeżju kienu, bħala konsegwenza tat-tħassir, jiżdiedu fil-volum u jonqsu konsiderevolment fil-prezzijiet, jekk il-miżuri kontra d-dumping ma jitkomplewx. (75) L-esportaturi jargumentaw illi s-sistema tal-liċenzi ġabet magħha l-stabilita u l-fiduċja fl-esportazzjonijiet tal-manjeżju mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż u illi m'hemmx raġuni biex wieħed jassumi li s-sistema dalwaqt tkun imwaqqa. Komplew jgħidu illi l-esportaturi kienu, jekk il-miżuri kontra d-dumping ma komplewx u s-sistema tal-liċenzi tkun waqgħet, ċertament ma jwaqqgħux il-prezzijiet tagħhom f'suq stabbli bħalma jeżisti fil-Komunità Ewropea u f'daqqa waħda volontarjament jastjenu milli jagħmlu gwadanji ogħla. (76) Bil-ħsieb tal-argumenti t'hawn fuq u bil-ħsieb tan-natura tas-sistema deskritta hawn fuq li qiegħeda titmexxa b'mod awtonomu mill-gvern tal-pajjiż li jesporta, għandu jingħad illi l-eżistenza jew it-tneħħija ta' sistema ta' liċenzi għall-esportazzjoni ma tistax ikollha xi nfluwenza fuq id-deċiżjoni tal-istituzzjonijiet tal-Komunità jekk għandhomx jew le jiġu rinnovati l-miżuri kontra d-dumping. Madankollu, l-analiżi ta' din is-sistema sempliċement sottolineat il-potenzal tal-esportaturi Ċiniżi li jbigħu l-CCM għal prezzijiet baxxi ħafna. (b) L-esportazzjonijiet Ċiniżi lil pajjiżi terzi (77) Il-Kummissjoni għada kemm, fuq il-bażi tal-istatistiki tan-negozju tal-US, analizat l-esportazzjoni tal-CCM Ċiniża lill-USA. Dawn l-importazzjonijiet kienu jammontaw għal 67 % tal-importazzjonijiet dinjiji tal-CCM ġewwa l-USA fl-1997 u sa 63 % fl-1998 sa Awissu. (78) Il-volum totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lill-USA telgħu minn 72477 t fl-1994 għal 89440 t fl-1997 li huwa ekwivalenti għal żieda ta' 23 %. Fl-1995, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lill-USA żdiedu għal massimu assolut ta' iżjed minn 96000 t volum li huwa madwar l-istess livell tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lill-Komunità, waqt li x-xejra kienet qiegħeda terġa' tonqos fl-1996. (79) Anke għaliex il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-CIF Ċiniżi lill-Istati Uniti żdiedu mill-1994 sal-1995 bi 80 % li jibdew minn livell baxx ħafna, huma naqsu minn dakinhar u baqgħu konsiderevolment taħt il-prezz minimu tal-UE ta' ECU 112 t imposti fl-1993. (80) Paragun tal-prezz għat-tiIP kollha tal-CCM juri, skond l-Eurostat, prezz ta' bejgħ bejn wieħed u ieħor fis-suq tal-Komunità li huwa madwar terz iżjed ogħla mill-prezz tal-bejgħ bejn wieħed u ieħor fis-suq tal-US. Għalhekk, jidher li ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen illi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-prezzijiet Ċiniżi, ma jaqgħux għal livelli li huma paragunati mal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ġewwa l-US, b'mod partikolari peress illi l-prezzijiet tal-importazzjoni ġewwa l-Komunità nstabu li huma viċin ħafna, jekk mhux ugwali, tal-prezz minimu, i.e. jidhru li huma f'dak il-livell biss minħabba l-eżistenza ta' prezz minimu. (ċ) Produzzjoni, kapaċita, utilizazzjoni tal-kwantita u stocks (81) Il-Kummissjoni bagħtet kwistjonarji lil tmien produtturi Ċiniżi u kumpaniji tan-negozju, inter alia, sabiex tistabilixxi l-livell tal-produzzjoni, il-kwantita tal-produzzjoni, il-kwantita tal-utilizazzjoni u l-istocks. Madankollu, l-Kummissjoni ma setgħetx tistabilixxi l-livelli tal-produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi lanqas il-kapaċita eżatta, l-utilizazzjoni tal-kwantita u l-istocks, peress li tlieta minn erbgħa kumpanijii li kooperaw u kumpaniji li negozjaw puri u kumpanijia waħda biss tipproduċi hi stess l-CCM. Il-produtturi l-oħrajn ma kkoperawx. Peress illi dan ma ppermettiex li ssir analiżi rappreżentattiva tal-produzzjoni tal-CCM Ċiniża u peress illi l-ebda statistiki uffiċjali ma kienu disponibbli, l-Kummissjoni kellha, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Bażi, tuża l-informazzjoni disponibbli. (82) Għalhekk, ġie deċiż illi l-informazzjoni provduta fit-talba għal reviżjoni fl-industrija riflettiva u l-informazzjoni dwar riċerka fis-suq kellha tintuża. Skond dawn is-sorsi, il-produzzjoni f'dawn l-aħħar snin tista' tiġi stmata li hi madwar 600000 t fis-sena, minn liema 200000 t biss huma destinati għas-suq domestiku Ċiniż. (83) Fuq din l-istess bażi, l-informazzjoni mit-talba għal reviżjoni kellha tintuża sabiex ikun stabilit il-kwantita tal-produzzjoni, il-kwantita tal-utilizazzjoni u l-istocks. Skond l-istess sorsi, il-kwantita tal-produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi ammontat għal Iżjed minn 700000 t kull sena. Sa fejn hi konċernata l-kwantita tal-utilizazzjoni, l-produtturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet għal produzzjoni għażżiena sostanzjali. L-istocks tal-CCM Ċiniżi telgħu għal madwar 500000 t. 2. Il-konklużjoni dwar ir-rikkorrenza tal-idumping inġurjuż (84) Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lis-suq prinċipali l-ieħor tal-CCM, l-USA, għal liema s-sistema tal-liċenza għall-esportazzjoni hija wkoll applikabbli, kienu baxxi ħafna bejn l-1994 u nofs l-1998. Anki għalkemm dawn il-prezzijiet żdiedu mill-1994 sal-1997 b'madwar 70 % jibdew minn livelli baxx ħafna, baqgħu xorta konsiderevolment taħt il-prezz minimu tal-EU impost fl-1993 u l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniża lill-Komunità. (85) Barra minn dan, peress illi n-natura tas-sistema tal-liċenzi Ċiniżi, liema tneħħija tkun waħeda tippermetti li l-prezzijiet tal-bejgħ taċ-cif Ċiniżi jaqgħu b'madwar EUR 37 t, il-materja prima enormi tirriserva u l-kwantitajiet kbar tal-produzzjoni Ċiniża mhux użata juru illi hemm potenzal sinjifikanti illi l-esportaturi Ċiniżi jerġgħu jiksbu importazzjonijiet inġurjużi. Għalhekk, ġie konkluż illi, fin-nuqqas ta' miżuri, hemm probabbilta ta' rikorrenza ta' dumping inġurjuż u li l-miżuri fis-seħħ għandhom, jinżammu. H. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ 1. Introduzzjoni (86) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Bażi, ġie eżaminat jekk it-titwil tal-miżuri kontra d-dumping eżistenti jkunux kontra l-interess tal-Komunità fl-intier tagħha. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Komunità kien ibbażat fuq apprezzament tal-interessi varji kollha, bħalma hi l-industrija tal-Komunità, l-importaturi u n-negozjanti, l-utenti tal-prodott konċernat. Sabiex issir stima tal-probabilta ta' impatti ta' kontinwazzjoni tal-miżuri, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu informazzjoni mill-partijiet kollha interessati msemmijin hawn fuq. (87) Għandu jitfakkar illi, fl-investigazzjoni ta' qabel, l-addozzjoni ta' miżuri kien konċernat li ma jmurx kontra l-interessi tal-Komunità. Madankollu, gandu jkun innotat illi l-investigazzjoni t'issa hija reviżjoni, għalhekk qiegħeda tanalizza situwazzjoni li fiha l-miżuri kontra d-dumping diġa kienu f'posthom. Minħabba f'hekk, l-ittajmjar u n-natura tal-investigazzjoni t'issa ħallew li ssir stima ta' kull impatt negattiv fuq il-partijiet konċernati mill-miżuri kontra d-dumping imposti. (88) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 24 importatur, li minnhom tliet importaturi mhux relatati u importatur wieħed relatat ikkooperaw għal kollox. Barra minn hekk, kwestjonarji ntbagħtu lil żewġ organizazzjonijiet ta' utenti, CEFIC u Emfema. Madankollu, ma rrispondewx il-kwestjonarju. (89) Fuq din il-bażi, ġiet eżaminata, jekk, minkejja r-riċerki fuq l-idumping, inġurji u kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping inġurjuż rispettivament, kienu jeżistu raġunijiet konvinċenti li kienu jwasslu għall-konklużjoni illi mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari. 2. L-interessi fl-Industrija tal-Komunità (90) Ir-riżultati ta' l-investigazzjoni jippermettu l-konklużjoni illi, mingħajr il-kontinwazzjoni tal-miżuri, is-sitwazzjoni tal-Industrija fil-Komunità se tkompli tkun vulnerabbli jew anki tiddeterjora ruħha. (91) L-industrija fil-Komunità ilha ssofri minn importazzjoni skartati bi prezzijiet baxxi tal-CCM mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż. L-għan tal-miżuri kontra d-dumping taħt reviżjoni, li huwa, biex jerġa' jkun stabbilit il-kompetizzjoni imparzjali fis-suq tal-Komunità bejn il-produtturi tal-Komunità u l-partijiet l-oħrajn li jesportaw fil-pajjiżi terzi, ma ntlaqax għal kollox kif jidher hawn fuq. (92) L-industrija tal-Komunità ilha tagħmel sforzi konsiderevoli sabiex ittejjeb il-produttivita tagħha fis-snin riċenti, f'attentat biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u biex tkabbar il-kompetitittivita tagħha f'dan is-suq sensittivi tal-prezzijiet. Sforzi ta' razzjonaliżmu u investimenti saru u l-ispejjeż ta' bejgħ, ġenerali u amministrativ (SG & A) spejjeż tal-industrija fil-Komunità niżlu matul il-IIP. Barra minn dan, produttur wieħed tal-Komunità fil-Greċja li ħa sehem fl-investigazzjoni ta' qabel sar fallut, il-kumpanija ewlenija tal-parteċipant ġdid tal-produttur tal-Komunità Awstrijak Styromag, Magindag, sar fallut, ukoll, fl-1994, u Styromag kellu jkun ristrutturat kompletament. L-industrija fil-Komunità ma kienetx f'pożizzjoni biex tagħmel profitt raġonevoli matul il-IIP. (93) Bil-ħsieb tan-natura tad-diffikultajiet ekonomiċi esperjenzati mill-industrija fil-Komunità, b'mod partikolari l-fatt illi ma tħalliex li jirkupra mis-sitwazzjoni mhux b'saħħitha kkawżata mill-importazzjonijiet skartati, is-servizzi tal-Kummissjoni jikkunsidraw illi, fin-nuqqas ta' intervenzjoni, iżjed deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija fil-Komunità hija x'aktar probabbli, peress illi l-livell tal-infieq minnhom tul perijodu estiż. Dan jista' jwassal għal riduzzjoni severa fin-numru ta' impjegati. Matul din l-investigazzjoni ġie stabbilit illi l-industrija fil-Komunità hija vijabbli, imma tkompli tkun f'sitwazzjoni prekarja, u illi huwa ferm probabbli illi, mingħajr il-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra d-dumping biex jikkoreġu l-effetti tal-importazzjoni skartati, s-sitwazzjoni finanzjali tal-industrija fil-Komunità se tiddeterjora. Għalhekk, l-eżistenza tal-industrija fil-Komunità u ħafna impjegi jistgħu, ultimatament, jkunu għar-riskju. (94) Barra minn hekk, l-isforzi kontinwi ta' ristrutturazzjoni magħmulin mill-industrija fil-Komunità juru illi mhijiex lesta li tabbanduna dan is-segment ta' produzzjoni. Biex jinżammu l-miżuri ta' kontra d-dumping jkun għalhekk fl-interess tal-industrija fil-Komunità. 3. L-interessi ta' importaturi u negozjanti (95) Minn naħa l-waħda, ftit importaturi u negozjanti huma kontra t-titwil tal-miżuri kontra d-dumping jargumentaw illi prezz minimu iffissat iħassar in-negozju internazzjonali u jżid b'mod artifiċjali l-prezz tal-importazzjoni tal-prodott konċernat. Huma qalu li l-industrija fil-Komunità naqset b'kostanza il-prezzijiet tagħha matul il-IIP, filwaqt li l-produtturi Ċiniżi ma kienux f'pożizzjoni biex jikkompetu mal-industrija fil-Komunità, peress illi kellhom jżommu mal-prezz minimu. Għandu jkun innotat, madankollu, illi l-importaturi ma setgħux jipprovdu ebda evidenza għal dan l-argument. Bil-kontra, l-investigazzjoni żvelat illi l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija fil-Komunità żdiedet matul il-IIP b'madwar 7 % u s-sehem fis-suq Ċiniż fil-Komunità matul il-IIP tela' b'madwar 5 %. (96) Minn naħa l-oħra, ftit importaturi oħrajn u utent wieħed li kien jimporta qal illi l-miżuri kontra d-dumping kienu ħolqu ċertu stabilita fil-prezzijiet fis-suq tal-Komunità għall-CCM. Barra minn hekk, il-prezz minimu ppermetta lill-industrija fil-Komunità biex tkompli bil-produzzjoni tagħha u b'hekk żammet il-kompetizzjoni bejn il-produtturi Ċiniżi u tal-Komunità. (97) Għalhekk qiegħed jiġi konkluż illi s-sitwazzjoni tal-ispejjeż tal-importaturi tal-prodott konċernat ma ġiex influwezat negativament mill-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping. Huwa probabbli illi kontinwazzjoni ta' dawn il-miżuri ma jkunx iwassal għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-ispejjeż tagħhom fil-futur. 4. L-interessi tal-utenti (98) Ħadd mill-utenti tal-Komunità ma wieġbu l-kwestjonarju mibgħut mis-servizzi tal-Kummissjoni matul l-investigazzjoni kurrenti jew ipprovdew xi evidenza fuq l-inċidenza dwar l-ispejjeż tagħhom tal-produzzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Wara n-nuqqas ta' informazzjoni sostanzjata mogħtija mill-utenti li tikkonċerna l-impatt tal-miżuri fis-seħħ fuq l-istruttura tal-ispejjeż tal-produzzjoni bl-użu tal-CCM, analiżi sussegwenti ma saritx. Madankollu, peress illi l-utenti ma rrispondewx, jista' jkun assumat illi l-miżuri kontra d-dumping ma kellhomx xi influwenza negattiva fuq is-sitwazzjonijiet tal-ispejjeż tagħhom. (99) F'kull każ, ir-riżultat tal-miżuri preżenti kontra d-dumping ma kienx biex jingħalaq is-suq fil-Komunità għall-importazzjonijiet, imma iktar biex ikun nvellati l-prattiki ta' negozju inġust u biex jipprevjenu l-effetti ta' distorzjoni ta' importazzjonijiet skartati. F'dan il-każ speċifiku, jidher illi l-miżuri ma pprevenux l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat mill jidħlu fis-suq tal-Komunità. Kif imsemmi hawn fuq, l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż żdied b'mod sinjifikanti, bi 28 %, matul il-IIP. (100) Barra minn dan, instab illi, bil-ħsieb tal-fatt illi l-industrija fil-Komunità għandha sehem fis-suq sinjifikanti, hija vijabbli u investiet ammonti sinjifikanti biex ittejjeb il-kompetitittivita tagħha, u peress li hemm il-preżenza ta' fornituri li jinsabu barra l-Komunità, ir-riskju ta' nuqqas ta' provedimenti ġenerali huwa baxx ħafna. (101) Peress illi l-miżuri ilhom f'posthom għal ċertu perijodu u jkunu miżmumin fl-istess livell, jista' jkun konkluż illi dan ma jkunx jimplika deterjorazzjoni, jekk ikun hemm, tas-sitwazzjoni tal-utenti. 5. Il-konsegwenzi għall-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità (102) Sa fejn huwa konċernat l-ambjent kompetittiv fis-suq tal-Komunità, il-miżuri proposti hawn isfel mhumiex tali li jċaħħdu s-suq fil-Komunità lill-esportaturi li huma taħt reviżjoni, u għalhekk jippermetti l-preżenza kontinwa ta' dawn l-esportaturi fis-suq. Irid ikun imfakkar illi l-importaturi u l-utenti minn dejjem gawdew il-preżenza ta' numru ta' kompetituri fis-suq. L-industrija fil-Komunità, anke meta użat il-kapaċita ta' produzzjoni tagħha, setgħet biss tissodisfa madwar 80 % tad-domanda tas-suq fil-Komunità. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jkunu għalhekk dejjem bżonjużi. Għalhekk, anke jekk il-miżuri kontra d-dumping li jeżistu kellhom jitkomplew, l-esportaturi tal-pajjiż konċernat ikunu jistgħu jkomplu jesportaw lill-Komunità bi prezzijiet imparzjali. 6. Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità (103) Fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli u wara li ġew analizzati l-interessi kollha varji nvoluti, is-servizzi tal-Kummissjoni jgħidu dan li ġej: Minn naħa l-waħda, il-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra d-dumping jkun x'aktarx li jirriżulta fi prezz stabbli għall-CCM fis-suq tal-Komunità li, fiż-żmien tal-miżuri fis-seħħ, jidher li ma kienx hemm xi effetti negattivi fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' utenti u importaturi. Madankollu, minn naħa l-oħra, li wieħed iħalli l-industrija fil-Komunità mingħajr protezzjoni adekwata kontra l-importazzjonijet skartati, ma jkunx biss jiggrava iktar id-diffikultajiet tagħha, iżda jista' jwassal ukoll għat-telf tagħha. Il-vantaġġ tal-prezz għall-utenti li jirriżulta minn meta ma jkunux imposti l-miżuri kontra d-dumping ma jagħtix kumpens għall-benefiċju miksub mit-tneħħija tat-tgħawwiġ fin-negozju kawżat mill-importazzjonijiet dumped. I. MIŻURI TAL-ANTI-DUMPING (104) Il-partijiet kollha konċernati kienu informati mill-fatti essenzali u l-kunsiderazzjonijiet fuq il-bażi li ġew maħsuba biex jirrakkomanda l-manteniment tal-miżuri eżistenti. Ġew mogħtijin perijodu li fih riedu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara li jsir l-iżvelar. Il-kummenti tal-partijiet kienu kkunsidrati u, fejn xieraq, ir-riċerki ġew modifikati skond il-ħtieġa. (105) Il-konsegwenza hi minn hawn aktar il-fuq li, kif provdut mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Bażi, l-miżuri kontra d-dumping fil-forma ta' dazju varjabbli assocjat ma prezz ta' importazzjoni minimu ta' ECU 112 t fuq l-importazzjonijiet tal-CCM li għandu l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż impost mir-Regolament (EEC) Nru 1473/93 irid jinżamm, imma mfisser fil-munita l-ġdida tal-Ewropa l-EURO. Il-prezz minimu l-ġdid huwa għalhekk ta' EURO 112 t. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv kontra d-dumping huwa hawnhekk jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-ossidju tal-manjeżju li għandhom l-oriġini fir-Repubblika tal-Poplu Ċiniż li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM ex251990 90 (Kodiċi tat-Taric 25199090*10). 2. L-ammont tad-dazju se jkun id-differenza bejn EUR 112 kull tonne u n-nett, prezz b'xejn-fil-fruntiera-tal-Komunità qabel ma jinħarġu l-permessi mid-dwana, jekk il-prezz ta' l-aħħar ikun iktar baxx. 3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju u prattiki tad-dwana oħrajn għandhom japplikaw. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fil-ġurnata wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1999. Għall-Kunsill Il-President G. Verheugen [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat ta' l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p.18) [2] ĠU L 145, tas-17.6.1993, p. 1 [3] ĠU C 383, tas-17.12.1997, p. 9 [4] ĠU C 190, tat-18.6.1998, p. 4. --------------------------------------------------