Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0090

    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/90/KE tal-15 ta’ Novembru 1999 li temenda d-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis

    ĠU L 300, 23.11.1999, p. 19–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/90/oj

    31999L0090



    Official Journal L 300 , 23/11/1999 P. 0019 - 0021


    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/90/KE

    tal-15 ta’ Novembru 1999

    li temenda d-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis

    Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjonu tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali f’dak li jikkonċerna l-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis [4] tistabbilixxi r-regoli applikabbli għal tjur u l-bajd tat-tfaqqis iddestinati lejn Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri, li l-istatus tagħhom kien irrikonoxxut bi qbil ma’ l-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva;

    (2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/152/KEE tat-8 ta’ Frar 1993 li tistabbilixxi l-kriterji għall-vaċċini li għandhom jintużaw kontra l-marda tan-Newcastle fil-kuntest ta’ programmi [5] ta’ vaċċini ta’ rutina tapplika mill-1 ta’ Jannar 1995;

    (3) Huwa xieraq, bħala riżultat, li tkun immodifikata d-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE, partikolarment l-Artikolu 12 tagħha;

    (4) L-Artikolu 11 tad-Direttiva jipprovdi, għal raġunijiet prattiċi għal reġim speċjali għall-kummerċ intra-komunitarju ta’ kunsinni żgħar ħafna ta’ tjur; billi l-kummerċ ta’ għasafar li ma jtirux għandu, pero’, ikun inkluż fid-disposizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva;

    (5) Huwa xieraq li jiġu emendati r-regoli tal-kummerċ kif applikati għall-pajjiżi terzi permez ta’ l-introduzzjoni tal-possibbiltà li jiġu ppreparati regoli supplimentari għall-importazzjoni tat-tjur u l-bajd tat-tfaqis, li joffru garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali għall-inqas ekwivalenti għal dawk li jinstabu fil-Kapitlu II tad-Direttiva 90/539/KEE u minbarra dan li fihom disposizzjonijiet biex ikunu stabbiliti miżuri ta’ kwarentina;

    (6) Huwa xieraq, fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jkunu stabbiliti l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni kkonferut fuq il-Kummissjoni [6] li timmodifika d-Direttiva 90/539/KEE,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 90/539/KEE hija emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 11, il-paragrafu segwenti huwa miżjud kif ġej:

    "3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għall-kunsinni li jkun fihom għasafar li ma jtirux jew bajd tat-tfaqqis ta’ l-għasafar li ma jtirux;";

    2. L-Artikolu 12(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "1. Fil-każ ta’ kunsinni tat-tjur u l-bajd tat-tfaqis minn Stati Membri jew minn reġjuni ta’ Stati Membri li jlaqqmu t-tjur li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 kontra l-marda Newcastle lejn Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru, li l-istatus tagħhom ikun ġie stabbilit bi qbil mal-paragrafu 2 ta’ hawn taħt, ir-regoli segwenti għandhom japplikaw:

    (a) il-bajd tat-tfaqqis irid jiġi minn qatgħa li tkun:

    - mhux imlaqqma, jew

    - imlaqqma bl-użu ta’ vaċċin mhux attivat, jew

    - imlaqqma bl-użu ta’ vaċċina ħajja, jekk dak it-tilqim iseħħ għall-anqas 30 jum qabel il-ġbir tal-bajd tat-tfaqqis,

    (b) il-flieles li għandhom età ta’ ġurnata (inklużi l-flieles intiżi għall-ħażniet mill-ġdid tal-kaċċa) għandhom ikunu mhux imlaqqma kontra l-marda Newcastle, u għandhom jiġu minn:

    - bajd tat-tfaqqis li jissodisfa l-kondizzjonijiet f’(a), u

    - post ta’ fejn isir it-tfaqqis fejn il-prattika tax-xogħol tassigura li tali bajd huma inkubati f’ħinijiet u l-postijiet kompletament isseparati minn bajd li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet f’(a);

    (ċ) tjur tal-bajd u produttivi għandhom ikunu:

    - mhux imlaqqma kontra l-marda Newcastle, u

    - kienu iżolati għal 14 il-jum qabel il-kunsinna, jew f’qasam jew fi stazzjon tal-kwarantina taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. F’dan ir-rigward, l-ebda tjur fil-qasam ta’ l-oriġini jew fi stazzjon tal-kwarantina, skond ikun il-każ, ma setgħu kienu mlaqqma kontra l-marda Newcastle waqt il-21 jum ta’ qabel il-kunsinna u l-ebda għasfur li mhux intiż għall-konsenja ma jkun seta’ jidħol fil-qasam jew fl-istazzjon tal-kwarantina matul dak iż- żmien; Minbarra dan, l-ebda tilqim ma jista’ jitwettaq fl-istazzjon tal-kwarantina, u

    - kienu sottoposti, matul l-14 il-jum ta’ qabel il-kunsinna, għal testijiet seroloġiċi rappreżentattivi, b’riżultati negattivi, sabiex jinstabu antikorpi tal-marda Newcastle bi qbil mar-regoli dettaljati adottati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32;

    (d) tjur għall-qatla jridu jiġi minn qatgħa li:

    - jekk mhux imlaqqma kontra l-marda Newcastle, jissodissfaw il-ħtiġiet tat-tielet inċiż ta’ (ċ),

    - jekk imlaqqma kienu sottoposti, waqt l-14 il-jum ta’ qabel Il-kunsinna preċedenti w abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv, għal test ta’ l-iżolament l-virus tal-marda Newcastle li jissodisfa r-regoli detalljati adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32.";

    3. L-Artikolu 12(4) għandu jkun imħassar;

    4. L-Artikolu 26(2) għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "2. Il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura li tinstab fl-Artikolu 32, tiddetermina li t-tjur importati, il-bajd tat-tfaqqis jew it-tjur li jfaqqas minn bajd importat għandu jinżamm fil-kwarantina jew iżolat għall-perjodu li ma jistax jeċċedi xahrejn.";

    5. L-Artikolu segwenti għandu jkun miżjud:

    "L-Artikolu 27a

    Minkejja l-Artikoli 20, 22, 2 3 u 24, il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32, tiddeċiedi li tippermetti fuq il-bażi skond il-każ, l-importazzjoni tat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi meta din l-importazzjoni ma tkunx konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 20, 22, 23 u 24. Regoli dettaljati għal din l-importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti sabiex jaħdmu flimkien ma’ l-istess proċedura. Regoli bħal dawn għandhom joffru garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali għall-anqas ekwivalenti għall-garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali offruti mill-Kapitolu 11 ta’ din id-Direttiva, li tinvolvi kwarantina obbligatorja u l-ittestjar għall-Influenza ta’ l-Għasafar, għall-marda Newcastle u kwalunkwe marda rilevanti oħra.";

    6. L-Artikolu 32 għandu jkun mibdul b’ dan li ġej:

    "L-Artikolu 32

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [7], u magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien terminu li l-President jista’ jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li għalihom il-Kunsill hu meħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat ikunu mgħobbija kif stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’għanudx jivvota.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri kkontemplati jekk huma ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

    4. Jekk il-miżuri kkontemplati mhumiex bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tippreżenta lill-Kunsill proposta li għandha x’taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu.

    5. Il-Kunsill, permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata għandu jaġixxi fuq il-proposta fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta tkun irreferuta lilu.

    Jekk, f’dak il-perjodu, il-Kunsill jindika permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata li jopponi għall-proposta, il-Kummissjoni għandha terġa’ tirrikunsidraha. Jista’ jippreżenta proposta emendata lill-Kunsill, biex jerġa’ jissottometti l-istess proposta jew jippreżenta proposta leġislattiva a bażi tat-Trattat.

    Jekk il-Kunsill ma jadottax il-miżuri proposti ta’ l-implimentazzjoni jew ma jindikax l-oppożizzjoni tiegħu għall-miżuri proposti ta’ l-implimentazzjoni sakemm jeskadi l-limitu taż-żmien, dawn għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.";

    7. L-Artikolu 33 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

    "L-Artikolu 33

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE, kompost minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lejn il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu taż-żmien li jiddeċidi l- president skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza kif stabbilita fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li għaliha l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu mgħobbija bil-mod kif stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mizuri kkontemplati jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

    4. Jekk il-mizuri kkontemplati ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tkun mogħtija, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tippreżenta lejn il- Kunsill, proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.

    5. Il-Kunsill, permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata għandu jaġixxi fuq il-proposta fi żimen 15-il jum mid-data ta’ meta tkun irreferuta lilu.

    Jekk, f’dak il-perjodu, il-Kunsill jindika permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata, li huwa jopponi l-proposta, il-Kummissjoni għandha terġa’ tikkunsidraha. Hija tista’ tippreżenta proposta emendata lejn il-Kunsill, terġa’ tissottometti l-istess proposta jew tippreżenta proposta leġislattiva abbażi tat-Trattat.

    Jekk il-Kunsill ma jadottax il-miżuri proposti ta’ l-implimentazzjoni jew ma jindikax l-oppożizzjoni tiegħu dwar il-miżuri proposti ta’ l-implimentazzjoni sa l-iskadenza tal-limitu taż-żmien, dawn għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni:"

    Artikolu 2

    1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 2000. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissarju minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il–metodi li permezz tagħhom issir din ir-referenza għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula Brussel, fil-15 ta’ Novembru 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. Hemi

    [1] ĠU C 15, 20.1.1996, p. 13.

    [2] ĠU C 261, 9.9.1996, p. 187.

    [3] ĠU C 153, 28.5.1996, p. 46.

    [4] ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Dħul 1994.

    [5] ĠU L 59, 12.3.1993, p. 35.

    [6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    [7] ĠU L 255, 18.10.1968, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top