EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0801

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 1999 fejn ġew aċċettati l-emendi għall-Protokoll dwar il-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art. (Konvenzjoni ta' Barċellona)

ĠU L 322, 14.12.1999, p. 18–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/801/oj

Related international agreement

31999D0801



Official Journal L 322 , 14/12/1999 P. 0018 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Ottubru 1999

fejn ġew aċċettati l-emendi għall-Protokoll dwar il-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art. (Konvenzjoni ta' Barċellona)

(1999/801/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(3) tat-Trattat,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) il-Komunità hija marbuta bi ftehim mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tal-baħar Mediterran [2]; hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "Il-Konvenzjoni ta' Barċellona", u kkonkludiet erbgħa mill-Protokolli li ġew addottati fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Barċellona, jiġifieri, il-Protokoll kontra t-tniġġis billi jintrema skart minn bastimenti w inġenji ta' l-ajru [3], il-Protokoll li jikkonċerna l-kooperazzjoni kontra t-tniġġis biż-żejt u sustanzi oħrajn li jkunu ta' ħsara [4], il-Protokoll għall-protezzjoni mit-tniġġis li jkun ġej minn għejun fuq l-art [5] u l-Protokoll li jikkonċerna oqsma ta' protezzjoni speċjali [6];

(2) il-Kummissjoni, għan-nom tal-Komunità, ħadet sehem fin-negozjati biex jiġi rivedut il-Protokoll għall-protezzjoni mit-tniggis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Protokoll";

(3) taħt l-Artikolu 174 ta' dan it-Trattat, il-politika tal-Komunità fuq l-Ambjent tikkontribwixxi għall-insegwiment ta' għanijiet li jinkludu l-ippriservar, il-protezzjoni u t-titjib fil-kwalità ta' l-ambjent u tippromwovi fuq livell internazzjonali, miżuri li jieħdu ħsieb problemi ambjentali reġjonali kif ukoll dinjin;

(4) l-iskop ta' l-emendi fil-Protokoll, għallanqas f'xi parti, ikopri oqsma li huma fil-kompetenzi tal-Komunità; il-Komunità addottat numru ta' direttivi f'dawn l-oqsma u qed tieħu passi f'dan il-kuntest biex tiżgura li l-għeluq ta' dan il-ftehim internazzjonali la joħloq konflitti mal-liġi attwali tal-Komunità, u lanqas jibdel l-iskop ta' din il-liġi [7].

(5) L-adeżjoni tal-Komunità mal-Protokoll emendat ser tkun ta' għajnuna biex jintlaħqu l-għanijiet ippreżentati fl-Artikolu 174 tat-Trattat;

(6) Il-Protokoll emendat ġie addottat u miftuħ biex jiġi ffirmat waqt il-Konferenza tal-plenipotenzjarji li ltaqgħet f'Sirakuża fis-7 u t-8 ta' Marzu 1996;

(7) Il-Kunsill ħa deċiżjoni biex jiġi ffirmat il-Protokoll fit-22 ta' Lulju 1996, f'liema data, madankollu, il-Protokoll mibdul ma kienx għadu miftuħ biex jiġi ffirmat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-emendi fil-Protokoll għall-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art huma hawnhekk approvati għan-nom tal-Komunità.

It-test ta' dawn l-emendi huwa mehmuz ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat biex iħabbar, għan-nom tal-Komunità, l-aċċettazzjoni ta' l-emendi fil-Protokoll għall-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art, skond l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni mit-Tniġġis tal-baħar Mediterran [8].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Din tiġi fis-seħħ fil-ġurnata meta tiġi addottata.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta' Ottubru 1999.

F'isem il-Kunsill

Il-President

S. Mönkäre

[1] ĠU C 219, 30.7.1999, p. 186.

[2] DEĊIŻJONI Nru 77/585/KEE, ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 1.

[3] DEĊIŻJONI Nru 77/585/KEE, ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 1.

[4] DEĊIŻJONI Nru 81/420/KEE, ĠU L 162, tad-19.6.1981, p. 4.

[5] DEĊIŻJONI Nru 83/101/KEE, ĠU L 67, tat-12.3.1983, p. 1.

[6] DEĊIŻJONI Nru 84/132/KEE, ĠU L 68, ta' l-10.3.1984, p. 36.

[7] Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE of 4 May 1976 dwar tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mitfugħin fl-ilmijiet tal-Komunità (ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23). Direttiva emendata bid-Direttiva 91/692/KEE 9 ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48). Direttiva tal-Kunsill 96/61/EC ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar tniġġis integrat li ma jkunx tħalla u l-kontroll tiegħu (ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26).

[8] Id-data tal-bidu fis-seħħ ta' l-emendi fil-Protokoll għall-protezzjoni mit-tniġġis tal-baħar Mediterran minn għejun fuq l-art għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------

Top