Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0541

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 1999 dwar l-importazzjoni ta’ nagħaġ u mogħoż mill-Bulgarija u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/232/KE (notifikata taħt dokument numru C(1999) 2433)Test b’relevanza għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 207, 6.8.1999, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Impliċitament imħassar minn 32004D0212

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/541/oj

    31999D0541



    Official Journal L 207 , 06/08/1999 P. 0031 - 0032


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-26 ta’ Lulju 1999

    dwar l-importazzjoni ta’ nagħaġ u mogħoż mill-Bulgarija u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/232/KE

    (notifikata taħt dokument numru C(1999) 2433)

    (Test b’relevanza għall-Ftehim ŻEE)

    (1999/541/KE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u majjali, prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3, 6 u 7 tagħha,

    (1) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali ovini u kaprini;

    (2) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/198/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/231/KE [5], tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ annimali ovini u kaprini domestiċi;

    (3) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/232/KE [6] tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ nagħaġ u mogħoż;

    (4) Billi dawn il-listi jistgħu jiġu emendati f’kull żmien biex ikunu jagħtu kont ta’ xi tagħrif ġdid jew sitwazzjonijiet ġodda;

    (5) Billi, wara missjoni reċenti veterinarja tal-Komunità, jidher li s-servizzi veterinarji tal-Bulgarija jikkontrollaw b’mod sodisfaċenti l-pajjiż kollu;

    (6) Billi ebda każi ta’ ġidri tan-nagħaġ ma ġew rekordjati fil-Bulgarija minn Settembru 1996;

    (7) Billi l-pajjiż ilu ħieles mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar sentejn;

    (8) Billi huwa possibbli li tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta’ annimali domestiċi ovini u kaprini għall-qatla minnufih mingħajr ir-riskju li jinxtered dan il-mard;

    (9) Billi huwa meqjus meħtieġ li jinżammu r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ annimali ovini u kaprini ħajjin f’żona wiesgħa ta’ għoxrin kilometru matul il-fruntiera tat-Turkija;

    (10) Billi d-Deċiżjoni Nru 97/232/EC għandha tiġi hekk emendata;

    (11) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mill-Bulgarija ta’ annimali domestiċi ovini u kaprini għall-qatla minnufih.

    Artikolu 2

    L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/232/EC huwa emendat kif ġej:

    "Fit-taqsima 2 il-kliem "bla ħsara għas-sospensjoni temporanja ta’ l-approvazzjoni minħabba s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem eskluża ż-żona wiesgħa 20 kilometru tal-provinċji ta’ Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo u Kardjali matul il-fruntiera mat-Turkija.

    L-annimali deskritti fiċ-ċertifikat meħtieġ skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/198/KEE għandhom ikunu suġġetti għal:

    - kwarantina ta’ qabel l-esportazzjoni ta’ 14-il jum f’postijiet uffiċjalment approvati mill-awtoritajiet ċentrali kompetenti tal-pajjiż esportatur u li huma taħt il-kontroll ta’ uffiċjal veterinarju u sorveljati b’dak il-mod li kuntatt dirett jew indirett bejn l-annimali li għandhom jiġu esportati u annimali bid-difer maqsum għandu jiġi evitat u

    - jkunu suġġetti għal test seroloġiku għall-antibodis tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer b’riżultat negattiv, li għandu jitwettaq mhux qabel tmint ijiem wara d-dħul f’iżolament."

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

    [3] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

    [4] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 34.

    [5] ĠU L 93, tat-8.4.1997, p. 22.

    [6] ĠU L 93, tat-8.4.1997, p. 43.

    --------------------------------------------------

    Top