This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0246
1999/246/EC: Commission Decision of 30 March 1999 approving certain contingency plans for the control of classical swine fever (notified under document number C(1999) 769) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 1999 li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (notifikata bid-dokument numru C(1999) 769)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 1999 li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (notifikata bid-dokument numru C(1999) 769)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 93, 8.4.1999, p. 24–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2021
Official Journal L 093 , 08/04/1999 P. 0024 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 1999 li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (notifikata bid-dokument numru C(1999) 769) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (1999/246/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri tal-Kommunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni Nru 93/384 KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 14b tagħha, Billi l-kriterji li għandhom jiġu applikati mutatis mutandis meta jiġu mfassla l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer ġew stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 91/42/KEE [3]; Billi ċerti Stati Membri taw għall-approvazzjoni l-pjanijiet ta’ kontinġenza; billi wara eżami nstab li dawn il-pjanijiet jissodisfaw il-kriterji kollha preskritti fid-deċiżjoni Nru 91/42/KEE u jippermettu li l-għan mixtieq jiġi milħuq soġġett għal implimentazzjoni effettiva; Billi sabiex tassigura l-effettività tal-pjanijiet huwa neċessarju li twettaq studji spekulattivi u eżerċizzji simulattivi; Billi l-pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jinżammu aġġornati fuq bażi regolari; Billi l-miżuri pprovduti f’din id-deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer mogħtija mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I huma approvati. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 47, tal-21.1.1980, p. 11. [2] ĠU L 166, tat-8.7.1993, p. 34. [3] ĠU L 23, tad-29.1.1991, p. 29. -------------------------------------------------- ANNESS Il-Belġju Id-Danimarka Il-Ġermanja Spanja Franza L-Irlanda L-Italja L-Olanda L-Awstrija Il-Portugall Il-Finlandja L-Isvezja Ir-Renju Unit --------------------------------------------------