EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0194

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Koperazzjoni qafas bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, l-El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama

ĠU L 63, 12.3.1999, p. 38–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/194/oj

Related international agreement

31999D0194



Official Journal L 063 , 12/03/1999 P. 0038 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Frar 1999

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Koperazzjoni qafas bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, l-El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama

(1999/194/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130y, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza u (3), l-ewwel paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi l-Komunità, għall-ksib ta' l-għanijiet tagħha fl-isfera ta' relazzjoni ekonomiċi esterni, għandha tapprova l-Ftehim ta' Koperazzjoni qafas mar-Repubbliki tal-Kosta Rika, l-El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni qafas bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, l-El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li jipprovdi għaliha l-Artikolu 37 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, assistita minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri, għandha tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 33 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta' Frar 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

H.-F. von Ploetz

[1] ĠU C 77, tat-18.3.1993, p. 30.

[2] ĠU C 255, ta' l-20.9.1993, p. 167.

--------------------------------------------------

Top