This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0164
1999/164/EC: Commission Decision of 17 February 1999 concerning the non-inclusion of DNOC of active substance in Annex I to Council Directive 91/414/EEC and the withdrawal of authorisations for plant protection products containing this active substance (notified under document number C(1999) 332) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 1999 li tirrigwarda in-nuqqas ta’ inklużjoni tad-DNOC ta’ sustanza attiva f’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (notifikat fid-dokument Nru. C(1999) 332)Test b’relevanza taż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 1999 li tirrigwarda in-nuqqas ta’ inklużjoni tad-DNOC ta’ sustanza attiva f’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (notifikat fid-dokument Nru. C(1999) 332)Test b’relevanza taż-ŻEE
ĠU L 54, 2.3.1999, p. 21–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 054 , 02/03/1999 P. 0021 - 0022
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 1999 li tirrigwarda in-nuqqas ta’ inklużjoni tad-DNOC ta’ sustanza attiva f’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (notifikat fid-dokument Nru. C(1999) 332) (Test b’relevanza taż-ŻEE) (1999/164/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda it-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/73/KE [2], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jelenka r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel parti tal-programm ta’ xogħol riferut f’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna it-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq [3], hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1199/97 [4], u partikolarment b’ l-Artikolu 7(3a)(b) tiegħu, Billi ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 933/94 [5], hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru. 2230/95 [6] stabilixxa s-sustanzi attivi ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, nominati mir-rapporteurs ta’ l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3600/92 u identifikaw lil dawk li nnotifikaw kull sustanza attiva; Billi d-DNOC huwa wieħed mid-90 sustanza attiva msemmija fl-ewwel parti tal-programm ta’ xogħol li jitkellem dwaru l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE; Billi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, Franza, li hi ir-rapporteur nominat mill-Istati Membri, issottomettiet fit-30 ta’ Settembru 1996 lill-Kummissjoni, ir-rapport dwar l-assessjar tagħha ta’ l-informazzjoni sottomessa minn dawk li jinnotifikaw skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament; Billi wara l-konsenja tar-rapport tar-rapporteur mill-Istat Membru, l-Kummissjoni għamlet konsultazzjonijiet ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri kif ukoll ma’ dak li nnotifika prinċipali (Elf Atochem Agri SA) hekk kif hemm provdut f’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92; Billi r-rapport sottomess kien rivedut mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti; billi din ir-reviżjoni kienet finalizzata fl-1 ta’ Diċembru 1998 fil-format tar-rapport rivedut tal-Kummissjoni dwar id-DNOC, b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru. 3600/92; Billi jidher mill-assessjar magħmul li l-informazzjoni sottomessa ma wrietx li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva jissodisfaw il-ħtiġijiet stipulati f’ Artikli 5(1)(a) u (b) u 5(2)(b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fejn jirrigwarda l-operator exposure aċċettabbli u l-exposure ta’ l-organiżmi tat-tip non-target; Billi, għalhekk, mhux possibbli li din is-sustanza attiva tkun inkluża f’ l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE; Billi ġie mogħti perjodu limitat żejjed għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta’ stokk eżistenti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE iridu jkunu provduti; Billi din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax xi azzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu fi stadju ieħor ’il quddiem dwar din is-sustanza attiva fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE [7]; Billi l-miżuri provduti fid-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-DNOC mhux inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 2 l-Istati Membri għandhom jassiguraw: 1) li awtorizzazzjonijiet għal prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom id-DNOC jkunu rtirati fi żmien sitt xhur mid-data tan-notifikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti; 2) li mid-data tan-notifikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti l-ebda awtorizzazzjonijiet għal prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-DNOC ma jingħataw jew ikunu mġeddin skond id-deroga li hemm prevista f’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jagħtu żmien iktar għar-rimi, ħażna, tqegħid fuq is-suq u użu ta’ stokk eżistenti skond kif provdut fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, li tkun mill-aqsar possibbli u mhux itwal minn 15 il-xahar mid-data tan-notifikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Frar 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 353, ta’ l-24.12.1997, p. 26. [3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10. [4] ĠU L 170, tat-28.6.1997, p. 19. [5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8. [6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1. [7] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36. --------------------------------------------------