Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2075

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/98 tad-29 ta’ Settembru 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jagħti l-limiti liż-żoni omoġenji tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

ĠU L 265, 30.9.1998, pp. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2075/oj

31998R2075



Official Journal L 265 , 30/09/1998 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/98

tad-29 ta’ Settembru 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jagħti l-limiti liż-żoni omoġenji tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1638/98 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-konċessjoni ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet produtturi taż-żejt taż-żebbuġa [3], kif l-aħħar l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1639/98 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi l-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84 jistabbilixxi illi l-produzzjoni taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt iridu jiġu ffissati skond iż-żoni omoġenji tal-produzzjoni, fuq il-bażi taċ-ċifri pprovduti mill-Istati Membri produtturi;

Billi ż-żoni tal-produzzjoni huma ddeżinjati fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2138/97 tat-30 ta’ Ottubru 1997 li jistabbilixxi ż-żoni omoġenji għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa [5]; billi, għal raġunijiet amministrattivi u strutturali, għandhom isiru emendi għaż-żoni omoġenji tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 1997/98, b’mod partikolari fi Spanja, Franza u l-Greċja;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2138/97 huwa emendat kif ġej:

1. fil-punt B:

(a) maż-żona 1: "11 Aude", jiġu miżjuda dawn li ġejjin: "Peyriac-de-Mer" u "Villeneuve-les-Corbières";

(b) maż-żona 3: "30 Gard", jiġu miżjuda dawn li ġejjin: "Corbès", "Monclus" u "Seynes";

(ċ) maż-żona 9, il-kodiċijiet "20 A" u "20 B" jiġu mibdula bil-kodiċijiet "2 A" u "2 B" rispettivament;

2. fil-punt Ċ:

a) għan-nomos"Ευβοίας", "Αγίου" tiġi mħassra miż-żona 12 u tiġi mħassra "Λιχαδίου" miż-żona 13;

(b) għan-nomos, "Ηλείας""Αγία Κυριακή", "Aστρας", "Κρυόβρυση" u "Τσιπιανά" jiġu miżjuda fiż-żona 2;

(ċ) għan-nomos"Λάρισας""Aγιοι Ανάργυροι", "Γαλήνη", "Σάππειο", "Λουτρό Λάρισας", "Moσχoχώρ", Γαλανόβρυση"," Δαμάσι"," Λόφος"," Πραιτώρι"," Λάρισα"," Eλξεπαιευ"," Koυτσόχερο", Kυπάρσσo", "Nίκαια" u "Χάλκη" jiġi miżjuda maż-żona 4;

(d) għan-nomos"Μεσσηνίας", "Ανεμομύλου", "Αριοχωρίου", "Πηδήματος", "Πλατέος" u "Πόλιανης" jiġu miżjuda maż-żona 4;

(e) għan- nomos "Σάμου", fiż-żona 1, "Αγίων" tiġi mibdula bi "Αγίων Θεοδώρων";

3. fil-punt D, taħt l-intestatura "Comunidad autónoma Aragón":

(a) fil-provinċja ta’ ‘Zaragoza’:

- "Bisimbre" tiġi miżjuda maż-żona 1,

- "Torrijo de la Cañada" tiġi miżjuda maż-żona 2,

- "Aguilón", "Botorrita" u "Pina de Ebro" jiġu miżjuda maż-żona 3,

- "Alagón", "Cabañas de Ebro", "Litago", "Luceni" u "Villanueva de Gallego" jiġu miżjuda maż-żona 4,

- "Mezalocha", "Tosos" u "Vileuña (La)" jiġu miżjuda maż-żona 5,

- "Bujaraloz", "Gelsa", "María de Huerva" u "Moyuela" jiġu miżjuda maż-żona 6;

(b) fil-provinċja ta’ "Teruel":

- "Gargallo" tiġi miżjuda maż-żona 3,

- "Arens de Lledo", "Crivillen", "Fuentespalda", "Mas de las Matas" u "Peñarroya de Tastavins" jiġu miżjuda maż-żona 4;

(ċ) fil-provinċja ta’ "Huesca":

- "Lupiñen Ortilla" tiġi miżjuda maż-żona 2,

- "Valfarta" tiġi miżjuda maż-żona 5,

- "Alcalá del Obispo", "Biscarrues", "Castejón de Monegros", "Castillazuelo", "Grañen", "Peñalba", "Peralta de Calasanz", "Pozan de Vero" u "Tierz" jiġu miżjuda maż-żona 5.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 32.

[3] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 3.

[4] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 38.

[5] ĠU L 297, tal-31.10.1997, p. 3.

--------------------------------------------------

Top