This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1264
Commission Regulation (EC) No 1264/98 of 17 June 1998 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/98 tas-17 ta' Ġunju 1998 li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-nomenklatura magħquda
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/98 tas-17 ta' Ġunju 1998 li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-nomenklatura magħquda
ĠU L 175, 19.6.1998, p. 4–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 175 , 19/06/1998 P. 0004 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/98 tas-17 ta' Ġunju 1998 li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1048/98 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu addottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment bbażata fuqha jew li żżid magħha kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali u li hi stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u ta' miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju tal-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritta fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa mar-Regolament preżenti għandha tiġi kklassifikata skond il-kodiċi KN xierqa indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet li hemm fil-kolonna 3; Billi hu aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li m'humiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu invokati, skond il-provvedimenti ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodici Komunitarja Doganali [3], għal perijodu ta' tlett xhur mill-persuna fil-pussess; Filwaqt li s-sezzjoni tat-tariffi u n-nomenklatura statistika tal-Kumitat għall-Kodiċi Doganali ma tatx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tagħha tirrigwarda l-prodotti Nru 2, 4, 6 u 7 fl-iskeda annessa; Billi l-miżuri li jipprovdi dwarhom dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tas-sezzjoni tan-nomenklatura statistika u tat-tariffa tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali fejn għandhom x'jaqsmu l-prodotti 1, 3 u 5, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-oġġetti deskritta fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa hija issa kklassifikata fi ħdan in-nomenklatura magħquda skond il-kodiċi KN xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija. Artikolu 2 L-informazzjoni li torbot dwar it-tariffi maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skond id-disposizzjoniet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tlett xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jigi fis-seħħ wara 21 ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-17 ta' Ġunju 1998. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p.1. [2] ĠU L 151, tal-21.5.1998, p.1 [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p.1 -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni tal-oġġetti | It-Titolu Numru | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Trab, li jikkonsisti minn 80 % fl-użin trab tal-ħalib u 20 % fl-użin ta' lactoserum, b'kostitwenza kif ġejja (% bl-użin):ilma: 5proteini: 21xaħam tal-ħalib: 24rmid: 6vitamini tal-ħalib: 44 | 04049023 | Klassifikazzjoni hija determinata bir-Regolamenti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 04049023 | 2.Trab, li jikkonsisti minn 80 % fl-użin trab tal-ħalib u 20 % fl-użin ta' ingredjenti oħra (8 % lactose, 11,8 % malto-dextrin b'kontenut ta' zokkor anqas, deskritt bħala dextrose b'sustanza xotta, aktar minn 10 % imma anqas minn 20 %, u minerali, lecithin u vitamini), b'kostitwenza kif ġejja (% bl-użin);vitamini tal-ħalib: 41xaħam tal-ħalib: 21proteini tal-ħalib: 21malto-dextrin: 12 | 04049083 | Klassifikazzjoni hija determinata bir-Regolamenti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 0404, 04049083 | 3.Prodott fil-forma ta' blokka irregolari safranija/fil-griż frak b'riħa ta' ġobon, iffriżat, bil-karatteristiċi li ġejjin (% bl-użin)materjal xott: 60xaħam tal-ħalib: 28proteini: 27proteini tax-xorrox: 3,5vitamini tal-ħalib: 1,0rmid: 3,3sodium chloride: 0,7 | 04061020 | Klassifikazzjoni hija determinata bir-Regolamenti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 0404, 0406, 04061020 Minħabba iċ-ċokon ta' l-ammont tal-kontenut tal-proteina tal-lactose u xorrox il-prodott għandu jiġi meqjus bħala maħlul | 4.Preparazzjoni ta' ikel f'forma ta' ballun, li tista' tittiekel f'gidma waħda, miksija bil-gomma arabika, li jikkonsisti speċjalment minn ċikkulata tal-ħalib, zokkor, rum, kokkonut imqatta, pejst tal-kokotina, u butir tal-kokotina | 18069011 | Regolamenti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Miżjuda nota 2 ta' Kapitlu 18 u bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 1806, 180690 u 18069011 | 5.Suppliment ta' ikel f'kapsuli li fihom malto-dextrin (70 %), magnesium stearate (3 %) u ascorbic acid (0,5 %) b'fermenti ta' lactic miżjuda (Bifidobacterium breve u B. longum, Lactobacillus acidophilus u L. rhamnosus, bejn wieħed u ieħor biljun kull gramma | 21069098 | Regolamenti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106, 210690 u 21069098 | 6.Taħlita ta' rape-oil (98 %) u petrol (2 %) | 38249095 | Klassifikazzjoni hija determinata bir- Regolamenti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 3824, 382490 u 38249095 Iż-żieda ta' 2 % petrol jagħti l-karatteristiċi tal-fuel għall-prodott | 7.Taħlita ta' rape-oil (98 %) u taħlita ta' (2 %) li tikkonsisti f'diesel u żjut tqal oħrajn | 38249095 | Klassifikazzjoni hija determinata bir- Regolamenti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi tan-NM 3824, 382490 u 38249095 Iż-żieda ta' taħlita ta' diesel u żejt tqil ieħor jagħti il-karatteristiċi tal-fuel għall-prodott | --------------------------------------------------