EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0011

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 11/98 tal-11 ta’ Diċembru 1997 li jemenda r-Regolament Nru 684/92 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bix-xarabank u l-kowċ

ĠU L 4, 8.1.1998, p. 1–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/12/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/11/oj

31998R0011



Official Journal L 004 , 08/01/1998 P. 0001 - 0009


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 11/98

tal-11 ta’ Diċembru 1997

li jemenda r-Regolament Nru 684/92 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bix-xarabank u l-kowċ

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 75(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi, b’konformità ma’ l-Artikolu 75(1)(a) tat-Trattat, l-istabbiliment ta’ politika komuni fit-trasport tinvolvi, inter alia, li jiġu stabbiliti regoli komuni applikabbli għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri fuq it-toroq;

(2) Billi regoli bħal dawn jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/92 tas-16 ta’ Marzu 1992 dwar ir-regoli komuni għall-ġarr internazzjonali ta’ passiġġieri bix-xarabank u l-kowċ [4];

(3) Billi l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 684/92 jistabilixxi li qabel l-1 ta’ Lulju 1995 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lejn il-Kunsill dwar l-applikar tar-Regolament u li l-Kunsill għandu jaddotta qabel l-1 ta’ Jannar 1997, fuq proposta tal-Kummissjoni, ir-regoli dwar is-simplifikazzjoni tal-proċeduri inklużi — fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport — l-abolizzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet;

(4) Billi d-definizzjoni tad-diversi servizzi internazzjonali bil-kowċ u x-xarabank għandhom jiġu ssimplifikati u mtejba; billi dawn jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi regolari, servizzi speċjali regolari u servizzi okkażjonali; billi, għaldaqskekk, il-kunċett ta’ servizz mekkuk jista’ jiġi abolit.

(5) Billi sistema ta’ aċċess għas-suq eżentata mill-awtorizzazzjoni għandha tiġi introdotta għas-servizzi kollha okkażjonali, is-servizzi regolari u speċjali u l-operazzjonijiet kollha ta’ trasport mhux bi qligħ;

(6) Billi s-sistema ta’ l-awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari għandha tinżamm, għalkemm ċerta flessibiltà għandha tiġi introdotta fir-rigward tal-kondizzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ din ix-xorta;

(7) Billi biex tiġi ppreservata l-kompetizzjoni intermodali, il-ferroviji għandhom wara ċertu perijodu ma jkollhomx iżjed prijorità fil-kuntest tat-twaqqif tas-servizz bil-kowċ u bix-xarabank.

(8) Billi, biex tiġi ffaċilitata l-ispezzjoni ta’ l-operazzjonijiet tat-trasport, il-ġarr internazzjonali tal-pasiġġieri fuq it-toroq li jkun għall-kiri jew għall-kumpens għandu jkun suġġett għal liċenzja Komunitarja stabbilita b’konformità ma’ mudell armonizzat u maħruġa permezz ta’ proċedura amministrattiva mgħaġġla u effiċjenti.

(9) Billi ċerti limitazzjoniiet ta’ żmien involut fil-proċedura tal-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjonijiet għandhom isiru aktar flessibbli.

(10) Billi l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-penali effettivi, proporzjonati u diswassivi;

(11) Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tkun megħjuna minn kumitat konsultattiv meta jkunu qed jiġu adottati l-miżuri li jimplimentaw ir-Regolament għar-rigward tad-dokumenti tat-trasport;

(12) Billi d-data ta’ l-għeluq għandha tiġi stabbilita kif inhu xieraq biex tiġi introdotta l-liċenzja Komunitarja;

(13) Billi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi monitorjata fuq il-bażi tar-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Kumisssjoni.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 684/92 qiegħed hawnhekk jiġi emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2:

- dan is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1.1: "In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.".

- il-paragrafu (d) tal-punt 1.2 għandu jitħassar,

- fil-punt 1.3 il-kliem "l-użu ta’ vetturi addizzjonali u intervalli iqsar" għandhom jitħassru.

- il-punt 2 għandu jitħassar;

- il-punt 3.1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3.1. Is-servizzi okkażjonali huma servizzi li ma jaqblux mad-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u li jkunu kkaratterizzati fuq kollox mill-fatt li dawn iġorru gruppi ta’ passiġġieri miġbura fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu.

L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lill-istess pubbliku bħal dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni skond il-proċedura stabbilita fit-Sezzjoni II.",

- il-punt 3.2 għandu jitħassar;

- fil-punt 3,4, it-tieni paragrafu, il-frażi "wara li jiġu kkonsultati l-Istati Membri" għandha tiġi sostitiwita bi "skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a".

- il-punt 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"4. L-operazzjonijiet ta’ trasport mhux bi qligħ

L-operazzjonijiet tat-trasport bi mhux bi qligħ huma dawk li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ minn persuna naturali jew legali, basta li:

- l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali,

- il-vetturi wżati jkunu l-proprjetà ta’ dik il-persuna naturali jew legali jew ikunu ġew akkwistati b’xiri fit-tul minnhom jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta’ kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna naturali jew legali jew mill-persuna naturali nfisha.".

(2) L-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 3(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— ikun awtorizzat fl-Istat fejn ikun stabbilit biex jidħol għall-ġarr permezz ta’ servizzi regolari inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank,".

(3) L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

"L-Artikolu 3a

Il-liċenzja Komunitarja

1. Biex iwettaq l-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank, kwalunkwe ġarrier li jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) għandu jkollu liċenzja Komunitarja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn dan ikun stabbilit li tkun konformi mal-mudell li jidher fl-Anness.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun stabbilit għandu joħroġ lid-detentur l-oriġinali tal-liċenzja Komunitarja, li għandha tinżamm mill-ġarrier, u l-għadd ta’ kopji awtentikati li jikkorrispondu man-numru tal-vetturi użati għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-liċenzja Komunitarja, jew f’pussess assolut, jew f’forma oħra, b’mod speċjali bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xiri bin-nifs, kuntratt ta’ kiri jew kuntratt ta’ leasing.

3. Il-liċenzja Komunitarja għandha tiġi stabbilita f’isem il-ġarrier u ma tistax tiġi trasferita. Kopja awtentika tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fuq il-vettura u għandha tiġi ppreżentata malli tintalab minn uffiċjal ta’ l-ispettorat awtorizzat.

4. Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ għal perijodu ta’ ħames snin li jistgħu jiġġeddu.

5. Il-liċenzja Komunitarja għandha tidħol minflok id-dokument maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment u tkun tiċċertifika li l-ġarrier għandu aċċess għas-suq tal-ġarr internazzjonali ta’ passiġġieri fuq it-toroq.

6. Meta tiġi mressqa applikazzjoni għal liċenzja, u ta’ lanqas kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment għandhom jivverifikaw jekk il-ġarrier ikunx konformi u jibqax ikun konformi mal-kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

7. Meta l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ma jiġux osservati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment għandhom jirrifutjaw li joħorġu jew iġeddu l-liċenzja Komunitarja permezz ta’ deċiżjoni b’raġunijiet.

8. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt ta’ l-applikant, jew tad-detentur, tal-liċenzja Komunitarja għall-appell kontra d-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment li jirrifjuta jew jirtira l-liċenzja.

9. L-Istat Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena dwar in-numru ta’ ġarrieri li jkollhom liċenzja Komunitarja sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u dwar in-numru tal-kopji awtentitikati li jkunu jikkorrispondu man-numru ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni f’dik id-data.

10. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-liċenzja Komunitarja għandha tkun valida wkoll għal operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali.".

(4) L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

L-aċċess għas-suq

1. Is-servizzi okkażjonali kif definiti fl-Artikolu 2(3.1) m’għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni.

2. Is-servizzi regolari speċjali definiti mill-Artikolu 2(1.2) m’għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u l-ġarrier.

3. Il-vjaġġi battala minn vetturi b’konessjoni ma’ l-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, bl-istess mod m’għandhomx bżonn ta’ l-awtorizzazzjoni.

4. Is-servizzi regolari kif definiti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1.1) u s-servizzi regolari speċjali mhux koperti minn kuntratt bejn l-organizzatur u l-ġarrier ikollhom bżonn awtorizzazzjoni skond l-Artikoli 5 sa 10.

5. L-arranġamenti għal operazzjonijiet ta’ trasport bi spejjeż proprji huma stabbiliti fl-Artikolu 13.".

(5) .It-titolu tat-Sezzjoni II għandu wkoll jiġi mibdul mit-titolu "IS-SERVIZZI REGOLARI SUĠĠETTI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI"

(6) Fl-Artikolu 5:

- fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

"Fil-każ ta’ impriżi assoċjati bl-iskop li jiġi operat servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ f’isem l-impriżi kollha.".

- fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

"2. Il-perijodu tal-validità ta’ awtorizzazzjoni m’għandux jiskorri l-ħames snin.",

- il-paragrafu 3(d) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

- "(d) il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet.",

- fil-paragrafu 4, il-frażi "wara li jiġu kkonsultati l-Istati Membri" għandha tiġi sostitwita bi "skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a".

- il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"5. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) biex joperaw servizzi regolari fit-territorji ta’ l-Istati Membri kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz.",

- dan il-paragrafu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

"6. L-operatur ta’ servizz regolari jista’ juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali.

F’dan il-każ, il-ġarrier għandu jassigura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:

- kopja ta’ l-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari,

- kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari u l-impriża li tkun tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew dokumnet ekwivalenti,

- kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja maħruġa lill-operatur tas-servizz regolari.".

(7) L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

- il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jiġu mressqa lejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinsab il-post tat-tluq, minn issa ’l quddiem imsejħa "l-awtorità awtorizzanti",.Il-post tat-tluq għandu jfisser "wieħed mit-terminali tas-servizz",.",

- fil-paragrafu 2, il-frażi "wara li jiġu kkonsultati l-Istati Membri" għandha tiġi ssostitwita bi "skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a".

- il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3. Il-persuni li japplikaw għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu kull informazzjoni oħra li jikkunsidraw li tista’ tkun relevanti jew li tkun ġiet mitluba mill-awtorità awtorizzanti, b’mod partikolari skeda tas-sewqan biex tagħmilha possibbli li tiġi monitorjata l-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ u kopja tal-liċenzja Komunitarja għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri fuq it-toroq għal kiri jew kumpens kif provdut fl-Artikolu 3a.".

(8) L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 7

Il-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni

1. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kolllha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet — kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu — kopja ta’ l-applikazzjoni, flimkien ma kopji ta’ xi dokumenti relevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li l-qbil tagħhom ikun ġie mitlub, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti dwar id-deċiżjoni tagħhom rigward l-applikazzjoni fi żmien xahrejn. Dan iż-żmien stipulat għandu jiġi kkalkulat mid-data tal-wasla tat-talba għal opinjoni kif tkun tidher fl-ittra li tirrikonoxxi li waslet. Jekk matul dan il-perijodu l-awtorità awtorizzanti ma tkunx irċeviet ebda tweġiba, l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkun taw il-kunsens tagħhom u l-awtorità awtorizzanti għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni.

L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li t-territorji tiegħu jiġu ttraversati mingħajr ma’ l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, jista’ javża lill-awtorità awtorizzanti dwar il-kummenti tiegħhu fiż-żmien stipulat kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

3. Suġġett għall-paragrafi 7 u 8, l-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni mill-ġarrier.

4. L-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ ħlief meta:

(a) l-applikant ikun inkapaċi li jipprovdi s-servizz li jkun is-suġġett ta’ l-applikazzjoni b’tagħmir li jkollu direttament għad-dispożizzjoni tiegħu;

(b) fl-imgħoddi l-applikant ma jkunx qagħad għal-leġislazzjoni nazzjonali u internazzjonali dwar it-trasport fuq it-toroq u b’mod partikolari għall-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu ma’l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri fuq it-toroq, jew ikun ikkomettta ksur serju tal-liġi fir-rigward tal-ħarsien fis-sewqan, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għal vetturi kif ukoll għal sewqan u perijodi ta’ mistrieħ tas-sewwieqa.

(c) fil-każ ta’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni, il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ma jkunux ġew osservati;

(d) tkun ingħatat prova li s-servizz f’dak il-każ ikun sa jikkomprometti direttament l-eżistenza tas-servizzi regolari diġa awtorizzati, minbarra fil-każi li fihom is-servizzi regolari f’dak il-każ ikunu twettqu minn ġarrier wieħed jew grupp ta’ ġarrieri biss;

(e) ikun jidher li l-operazzjoni tas-servizzi koperti mill-applikazzjoni tkun immirata biss lejn dawk li huma l-aktar ta’ qligħ fost is-servizzi eżistenti fuq ir-rotot ikkonċernati.

(f) l-Istat Membru jiddeċiedi fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljat li l-imsemmi servizz sa jaffettwa ħażin serjament il-vijabilità tas-servizzi ferrovjarji komparabbli fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati. Kwalunkwe deċiżjoni li toħroġ minn din id-dispożizzjoni, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, għandhom jiġu mgħarrfa lill-ġarrieri konċernati.

Mill-1 ta’ Jannar 2000, fil-każ li s-servizz internazzjonali eżistenti tax-xarabank ikun qiegħed serjament jaffettwa l-vijabilità ta’ servizz ferrovjarju komparabbli fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati, l-Istat Membru jista’, bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni biex jitħaddem is-serviz internazzjonali tax-xarabnk wara li jingħata sitt xhur żmien lill-ġarrier.

Il-fatt li ġarrier joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn ġarrieri oħra fuq it-toroq jew il-fatt li r-rotta f’dak il-każ tkun diġa mħaddma minn ġarrieri oħra tat-toroq ma tistax minnha nnifisha tikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni.

5. L-awtorità awtorizzanti u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kollha nvoluti fil-proċedura biex jintlaħaq il-qbil provdut fil-paragrafu 1 jistgħu jiċħdu l-appikazzjonijiet biss fuq il-bażi tar-raġunijiet kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.

6. Jekk il-proċedura biex jintlaħaq il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 ma tagħmilhiex possibli li l-awtorità awtorizzanti tiddeċiedi dwar applikazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lejn il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat ta’ ħames xhur ikkalkulat mid-data tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni mill-ġarrier.

7. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri konċernati, il-Kummissjoni għandha fi żmien għaxar ġimgħat tieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ fi żmien tletin jum min-notifika ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

8. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tibqa fis-seħħ sa dak iż-żmien meta jintlaħaq qbil bejn l-Istati Membri konċernati.

9. Wara li tkun intemmet il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, l-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritaitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 dwar id-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tibgħatilhom kopja ta’ xi awtorizzazzjoni; l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li jiġu traversati jistgħu jindikaw li huma ma jixtiqux li jiġu b’hekk informati".

(9) Fl-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu l-kliem "ta’ l-intervalli" għandu jidħol wara l-kelma "aġġustament".

(10) L-Artikolu 9(4) għandu jitħassar.

(11) It-titolu tat-Sezzjoni II għandu wkoll jiġi mibdul mit-titolu "IS-SERVIZZI OKKAŻJONALI U S-SERVIZZI L-OĦRA EŻENTI MILL-AWTORIZZAZZJONI".

(12) L-Artikolu 11 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 11

Il-formola tal-vjaġġ

1. Waqt li jseħħu, is-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(1) għandhom ikunu koperti minn formola tal-vjaġġ.

2. Trasportatur li jkun jopera s-servizzi okkażjonali għandu jimla formola tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.

3. Il-formola tal-vjaġġ għandu jkun hemm fiha ta’ l-anqas din l-informazzjoni:

(a) it-tip ta’ servizz;

(b) l-itinerarju prinċipali

(ċ) it-trasportatur(i) involut(i).

4. Il-kotba tal-formoli tal-vjaġġi għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri meta l-impriża tat-trasport tkun stabbilita jew minn korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.

5. Il-Kummissjoni għandha, b’konformità mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 16a, tistabilixxi l-mudell tal-formola tal-vjaġġ u l-mod kif din għandha tintuża.".

(13) Fl-Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, il-frażi "ta’ servizz mekkuk internazzjonali bl-akkomodazzjoni, jew" għandha titħassar.

(14) Fl-Artikolu 13:

- il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

- fil-paragrafu 3, il-frażi "wara li jiġu kkonsultati l-Istati Membri" għandha tiġi sostitwita bi "skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a".

(15) Fl-Artikolu 14:

- dan li ġej għandu jitħassar mill-parti introduttorja tal-paragrafu 1: "jew ta’ servizz mekkuk,"

- il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "— Il-prezz tat-trasport.".

(16) L-Artikolu 16 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 16

Il-pieni u l-għajnuna reċiproka

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-ġarrier ikun stabbilit għandhom jirtiraw il-liċenzja Komunitarja kif ipprovdut fl-Artikolu 3a meta d-detentur:

- m’għadux jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1),

- ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-data li kienet meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzja Komunitarja.

2. L-awtorità awtorizzanti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur m’għadux jikkonforma mal-kondizzjonijiet li fuqhom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta l-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-ġarrier ikun qiegħed hekk jesiġi. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat.

3. Fil-każ ta’ nuqqas serju jew ksur żgħir ripetut tar-regolamenti tas-sigurtà fis-sewqan, b’mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta’ servizz parallel u temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1.3), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment tal-ġarrier li jkun ikkommetta dan in-nuqqas jista’ fost affarijiet oħra jirtira l-liċenzja Komunitarja jew jirtira temporanjament u/jew parzjalment kopji awtentikati tal-liċenzja Komunitarja.

Dawn il-penali għandhom jiġu determinati skond is-serjetà tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u skond l-għadd ta’ kopji awtentikati li jkollu fir-rigward tan-negozju internazzjonali tiegħu.

4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-ġarrier milli jopera fit-territorju tagħhom servizz internazzjonali tal-passiġġieri skond dan ir-Regolament jekk huwa ripetutament jikkommetti nuqqasijiet serji tar-regolamenti li jiggwidaw is-sigurtà fuq it-toroq, b’mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u s-sewqan u l-ħin tal-mistrieħ tas-sewwieqa. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat.

5. L-Istati Membri għandhom meta mitluba jipprovdu lil xulxin b’xi informazzjoni relevanti fil-pussess tagħhom rigward:

- il-ksur ta’ dan ir-Regolament u dak ta’ xi regoli Komunitarji oħra applikabbli għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank li jsir fit-territorju tagħhom minn ġarrier ta’ Stat Membru ieħor, u l-penali imposti.

- il-penali imposti fuq il-ġarrieri tagħhom għar-rigward tan-nuqqasijiet kommessi fit-territotorju ta’ Stat Membru ieħor.".

(17) L-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

"L-Artikolu 16a

Meta l-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu tiġi segwita, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat konsultattiv stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 tal-11 ta’ Diċembru 1997, li jistabilixxi l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-ġarrieri mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri fuq it-toroq ġewwa l-Istat Membru (*) u jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. [5]

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fiż-żmien stipulat li l-president jista’ jistabilixxi skond l-urġenza tal-materja, jekk ikun meħtieġ billi jittieħed vot.

L-opinjoni għandha titniżżel fil-minuti; b’żieda ma’ dan kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt biex il-pożizzjoni tiegħu titniżżel fil-minuti,

Il-Kummissjoni għandha tqis bl-akbar reqqa l-opinijonijiet li jkun esprima l-kumitat. Din għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-manjiera ta’ kif qiegħda tqis l-opinjoinijiet tiegħu.".

(18) It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 19 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri b’mod partikolari rigward il-mezzi li bih isiru l-verifiki u s-sitema tal-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri relevanti lill-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha r-Regolament jidħol fis-seħħ u jinnotifikaw il-bidliet sussegwenti malajr kemm jista’ jkun. Dawn għandhom jassiguraw li l-miżuri kollha ta’ din ix-xorta jiġu applikati bla diskrimazzjoni fejn jidħlu n-nazzjonalità jew il-post ta’ l-istabbiliment tal-ġarrier."

(19) L-Anness għandu jiġi mibdul b’dak li hemm fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Qabel il-11 ta’ Diċembru, l-Istati Membri għandhom, wara li jikkonsultaw il-Kummissjoni, jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1999, il-Kummissjoni għandha tirraporta lejn il-Parlament Ewropew u lil-Kunsill ir-riżultati dwar kif qed jiġi applikat dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika mill-11 ta’ Diċembru 1998, minbarra l-Artikolu 1(3), li għandu japplika mill-11 ta’ Ġunju 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Delvaux-stehres

[1] ĠU C 203, tat-13.7.1995, p. 11 u ĠU C 107, tal-5.4.1997, p. 3.

[2] ĠU C 66, tat-3.3.1997, p. 3.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Novembru 1996 (ĠU C 380, tas-16.12 1996, p. 40), Il-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 1997 (ĠU C 164, tat-30.5.1997, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Lulju 1997 (ĠU C 286, tat-22.9.1997, p. 85).

[4] ĠU L 74, ta’ l-20.3.1992, p. 1.

[5] ĠU L 4, tat-8. 1. 1998, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Din il-liċenzja qed tinħareġ b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/92 tas-16 ta’, Marzu 1992 skond ir-regoli komuni għall-ġarr internazzjonali ta’, passiġġieri bix-xarabank u l-kowċ, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 11/98.

2. Din il-liċenzja qed tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment tal-ġarrier għall-kiri jew kumpens li:

- "ikun awtorizzat fl-Istat fejn ikun stabbilit biex jidħol għall-ġarr permezz ta’ servizzi regolari inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank,".

- jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti b’konformità mar-regoli Komunitarji dwar id-dħul għall-okkupazzjoni ta’ operatur tal-ġarr tal-passiġġieri fuq it-toroq f’operazjonijiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali,

- jikkonforma mal-ħtiġiet legali dwar il-ħarsien fuq it-toroq safejn għandhom x’jaqsmu n-normi għas-sewwieqa u l-vetturi.

3. Il-liċenzja tippermetti l-ġarr internazzjonali tal-passiġġiieri bil-kowċ u x-xarabank għall-kiri jew kumpens fuq ir-rotot kollha għal vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità.

- meta l-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jkunu qegħdin f’żewġ Stati Membri diversi, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew iżjed jew minn pajjiżi terzi.

- minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċi versa, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi,

- bejn pajjiżi terzi bi traversata minn territorju ta’ Stat Membru wieħed jew iżjed in transitu,

u vjaġġi battala b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet ta’ trasport skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 684/92.

Fil-każ ta’ operazzjoni tat-trasport minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċi versa, ir-Regolament (KEE) Nru 684/92, huwa applikabbli, għall-vjaġġ li jsir fit-territorju ta’ l-Istat Membru mnejn isir l-irkib u l-inżul, la darba l-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz f’dak il-każ jkun ġie mwettaq.

4. Din il-liċenzja hija personali u mhux trasferibbli.

5. Il-liċenzja tista’, tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Menmbru li ħariġha partikolarment meta l-ġarrier:

- ma jkunx għadu jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1),

- ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-dettalji li kienu meħtieġa għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja.

- ikun kiser b’mod serju jew kiser b’mod żgħir irripetut ir-regolamenti tas-sigurta fis-sewqan, b’ mod partikolari rigward ir-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta’ servizz parallel u temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1.3), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment tal-ġarrier li jkun ikkommetta dan il-ksur jista’, fost affarijiet oħra jirtira l-liċenzja Komunitarja jew jirtira temporanjament u/jew parzjalment kopji awtentikati tal-liċenzja Komunitarja.

Dawn il-penali għandhom jiġu deċiżi skond is-serjetà tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u skond l-għadd ta’ kopji awtentikati li jkollu rigward in-negozju internazzjonali tiegħu.

6. Il-kopja oriġinali tal-liċenzja għandha tinżamm mill-ġarrier. Il-kopja awtentikata tal-liċenzja għandha tinżamm fuq il-vettura li biha tkun titwettaq operazzjoni ta’ ġarr internazzjonali.

7. Din il-liċenzja għandha tiġi murija malli tintalab minn uffiċjali ta’ l-ispettorat.

8. Id-detentur għandu, fit-territorju ta’ kull Stat Membru, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku.

9. "Servizzi regolari" tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’waqfiet predeterminati. Is-servizzi regolari għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd, bil-kondizzjoni, fejn ikun xieraq, għal reservazzjoni obbligatorja.

"In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.".

Is-servizzi regolari jeħtieġu l-awtorizzazzjoni.

"Servizzi regolari speċjali" tfisser servizzi regolari li jipprovdu għall-ġarr ta’ kategoriji speċifiċi ta’ passiġġieri, bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra, f’intervalli speċifiċi, matul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’waqfiet predeterminati.

Is-servizzi regolari speċjali jinkludu:

(a) il-ġarr ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol;

(b) il-ġarr lejn u minn istituzzjonijiet edukattivi għal tfal ta’ l-iskola u studenti;

(ċ) il-ġarr ta’ suldati u l-familji tagħhom bejn id-dar tagħhom u ż-żona tal-kwartieri tagħhom.

Il-fatt li servizz speċjali jista’, jkun varjat skond il-ħtiġiet ta’, dawk li jużawh ma jaffettwax il-klassifika tiegħu bħala sservizz regolari.

Is-servizzi regolari speċjali m’għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u l-ġarrier.

L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħal servizzi regolari eżistenti, jeħtieġu l-awtorizzazzjoni.

"Servizzi okkażjonali" tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li dawn jġorru gruppi kostitwiti bl-inizjattiva ta’ klijent jew ta’ ġarrier innifsu. L-organizzazjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lill-istess pubbliku bħal ta’ l-aħħar għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni skond il-proċedura stabbilita fit-Sezzjoni II tar-Regolament (KEE) Nru 684/92. Dawn is-servizzi m’għandhomx jieqfu milli jibqgħu jitqiesu bħala servizzi okkażjonali sempliċement minħabba li jiġu pprovduti f’ċerti intervalli.

Is-servizzi okkażjonali ma jeħtiġux awtorizzazzjoni.

"

--------------------------------------------------

Top