EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0517

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 1998 dwar Regolament tekniku komuni għal stazzjonijiet terrestri li jinġarru, għal ġbir ta' aħbarijiet bis-satellita (SNG TES) li joperaw fil-firxa ta' frekwenzi 11-12/13-14 GHz (notifikata taħt dokument numru K (1998) 1609)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 232, 19.8.1998, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/517/oj

31998D0517



Official Journal L 232 , 19/08/1998 P. 0012 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Ġunju 1998

dwar Regolament tekniku komuni għal stazzjonijiet terrestri li jinġarru, għal ġbir ta' aħbarijiet bis-satellita (SNG TES) li joperaw fil-firxa ta' frekwenzi 11-12/13-14 GHz

(notifikata taħt dokument numru K (1998) 1609)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(98/517/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1],

Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li għalih huwa meħtieġ Regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu;

Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati li jikkorrispondu, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni;

Billi r-regolament tekniku komuni adottat minn din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta' l- ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni tapplika għal tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li jaqa’ fil-qasam ta' applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat li għalih jirreferi l-Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi Regolament komuni tekniku li jkopri stazzjonijiet terrestri li jinġarru, għal ġbir ta' aħbarijiet bis-satellita (SNG TES) li joperaw fil-firxa ta' frekwenzi 11-12/13-14 GHz.

Artikolu 2

1. Ir-Regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandards armonizzati imħejjija mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-referenza għall-istandards hija mniżżla fl-Anness.

2. Tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-Regolament tekniku komuni li għalih jirreferi l-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 98/13/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [2] u 89/336/KEE [3].

Artikolu 3

Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE, fir-rigward ta' tagħmir kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jużaw jew jiżguraw li jkun użat l-istandard armonizzat li għaliha jirreferi l-Anness wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmulha fi Brussel, is-17 ta' Ġunju, 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[3] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Referenza għall-istandard armonizzat applikabbli

L-i standard armonizzat li għalih jirreferi l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa:

Stazzjonijiet terrestri u sistemi tas-satellita (SES);

stazzjonijiet terrestri li jinġarru, għal ġbir ta' aħbarijiet bis-satellita (SNG TES) li joperaw fil-firxa ta' frekwenzi 11-12/13-14 GHz.

ETSI

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni

Segretarjat ta' ETSI

TBR 30 — Diċembru 1997

(eskluża d-daħla)

Tagħrif addizzjonali:

L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1].

L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq kien prodott skond mandat maħruġ bi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mill-:

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels |

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel disponibbli standards ta' ETSI, li lista tagħhom tinsab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be.

[1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

--------------------------------------------------

Top