Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0437

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 1998 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward kisi intern u estern ta’ ħitan u soqfaTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 194, 10.7.1998, p. 39–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/437/oj

    31998D0437



    Official Journal L 194 , 10/07/1998 P. 0039 - 0046


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-30 ta’ Ġunju 1998

    dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward kisi intern u estern ta’ ħitan u soqfa

    (innotifikata taħt id-dokument numru Ċ (1998) 1611)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (98/437/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ta’ l-21 ta’ Diċembru1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi l-Kummissjoni hi mitluba tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodott, "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal xi prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà ta’ fabbrikant hija kundizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet marbuta mal-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni hu għalhekk meħtieġ;

    Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tiġi murija fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi iż-żewġ proċeduri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati sewwa l-metodi li bihom iż-żewg proċeduri għandhom ikunu mwettqa, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, la darba l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi elenkata fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti u familji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-responsabbilità unika tiegħu is-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott huwa konformi mal-karatteristiċi tekniċi relevanti.

    Artikolu 2

    Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li permezz tagħha, barra mis-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika mwettqa mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni jkun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott inniffsu.

    Artikolu 3

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għal standards armonizzati.

    Artikolu 4

    Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Panewijiet intiżi għall-użu bħala kisi intern jew estern, bħala elementi kompluti, għall-protezzjoni min-nar ta’ ħitan u soqfa.

    Soffitti (settijiet) intiżi għall-użu bħala kisi intern jew estern għall-protezzjoni min-nar ta’ soqfa.

    Panewijiet intiżi għall-użu bħala elementi webbiesa interni jew esterni f’ħitan u soqfa.

    Madum u panewijiet, ta’ materjal mqarqaċ, intiż għall-użu bħala kisi intern u estern f’ħitan jew soqfa soġġetti għall-kundizzjonijiet meħtieġa kontra d-disgrazzji minn oġġetti li jaqtgħu.

    Soffitti (settijiet) intiżi għall-użu bħala kisi intern jew estern f’soqfa soġġetti għall-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ użu b’sigurtà.

    Madum u panewijiet intiżi għall-użu f’soffitti interni jew esterni soġġetti għall-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ l-użu b’sigurtà.

    Profili iddisinjati u gwarniċi li jiddendlu intiżi biex jerfgħu il-kisi intern jew estern ta’ ħitan jew soqfa u soffitti soġġetti għall-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ użu b’sigurtà.

    Kisi għal-ħitan f’rollijiet u kisi għas-soqfa, ta’ materjal tal-klassijiet A [1], B [2], Ċ [3], A (mingħajr ittestjar), D, E u F, intiżi biex jintużaw bħala raffinar interni f’ħitan u f’soqfa soġġetti għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar.

    Xaħx u ċangaturi li jintlibsu, ta’ materjal tal-klassijiet A [4], B [5], Ċ [6], A (mingħajr l-ittestjar), D, E u F, intiżi biex jintużaw bħala raffinar esterni f’ħitan u f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Soffitti (settijiet), b’użu ta’ komponenti ta’ materjal tal-klassijiet A [7], B [8], Ċ [9], A (mingħajr l-ittestjar), D, E u F, intiżi biex jintużaw bħala kisi intern jew estern f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Madum, zoklaturi u panewijiet,ta’ materjal tal-klassijiet A [10], B [11], Ċ [12], A (mingħajr l-ittestjar), D, E u F, intiżi biex jintużaw bħala kisi intern u estern f’ħitan u f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Profili ddisinjati u gwarniċi jiddendlu ta’ materjal tal-klassijiet A [13], B [14], Ċ [15], A (mingħajr l-ittestjar), D, E u F, intiżi biex jintużaw bħala bażi tar-kisi intern jew estern ta’ ħitan u ta’ soqfa, jew ta’ soffitti, soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Soffitti (settijiet) intiżi għall-użu bħala kisi intern jew estern f’soqfa soġġetti għar-regolamenti dwar is-sustanzi perikolużi [16].

    Madum, xaħx, zoklaturi, ċangaturi li jintlibsu u panewijiet intiżi għall-użu bħala kisi intern jew estern f’ħitan jew f’soqfa, kif relevanti, soġġetti għar-regolamenti dwar is-sustanzi perikolużi [17].

    Soffitti (settijiet) intiżi għall-użu bħala kisi intern jew estern f’ħitan u f’soqfa soġġetti għal użi differenti imsemmija fil-mandat [18].

    Kisi tal-ħitan f’rollijiet, kisi tas-soqfa, madum, xaħx, zukklaturi, ċangaturi li jintlibsu u panewijiet intiżi għall-użu bħala kisi intern jew estern f’ħitan jew f’soqfa għal użu ieħor imsemmi fil-mandat [19].

    Profili ddisinjati u gwarniċi li jiddendlu intiżi għall-użu bħala bażi tar-kisi intern jew estern ta’ ħitan jew ta’ soqfa, jew ta’ soffitti, għal-użu ieħor imsemmi fil-mandat [20].

    [1] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [2] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [3] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [4] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [5] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [6] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [7] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [8] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [9] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [10] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [11] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [12] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [13] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [14] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [15] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [16] B’mod partikolari, dawk is-sustanzi perikolużi definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE, kif emendata.

    [17] B’mod partikolari, dawk is-sustanzi perikolużi definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE, kif emendata.

    [18] Użu ieħor maħsub koperti bil-mandat huma: għall-kontroll tal-fwar, għall-kontroll tal-penetrazzjoni ta’ l-ilma, għall-kontroll akustiku u għall-kontroll termali.

    [19] Użu ieħor maħsub koperti bil-mandat huma: għall-kontroll tal-fwar, għall-kontroll tal-penetrazzjoni ta’ l-ilma, għall-kontroll akustiku u għall-kontroll termali.

    [20] Użu ieħor maħsub koperti bil-mandat huma: għall-kontroll tal-fwar, għall-kontroll tal-penetrazzjoni ta’ l-ilma, għall-kontroll akustiku u għall-kontroll termali.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Kisi għal-ħitan f’rollijiet u kisi għas-soqfa, madum, ta’ materjal tal-klassijiet A [1], B [2], Ċ [3], intiżi biex jintużaw bħala kisi intern f’ħitan jew f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Xaħx u ċangaturi li jintlibsu, ta’ materjal tal-klassijiet A [4], B [5], Ċ [6], intiżi biex jintużaw bħala raffinar esterni f’ħitan jew f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Soffitti (settijiet), b’użu ta’ komponenti ta’ materjal tal-klassijiet A [7], B [8], Ċ [9], intiżi biex jintużaw bħala kisi intern jew estern f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Madum, zoklaturi u panewijiet, ta’ materjal tal-klassijiet A [10], B [11], Ċ [12], intiżi biex jintużaw bħala kisi intern u estern f’ħitan jew f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    Profili ddisinjati u gwarniċi li jiddendlu ta’ materjal tal-klassijiet A [13], B [14], Ċ [15], intiżi biex jintużaw bħala bażi tar-kisi intern jew estern ta’ ħitan jew ta’ soqfa, jew ta’ soffitti, soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar.

    [1] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [2] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [3] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [4] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [5] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [6] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [7] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [8] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [9] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [10] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [11] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [12] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [13] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [14] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    [15] Materjal li reazzjoni tiegħu għan-nar hi suxxettibbli għal tibdil matul il-proċess tal-produzzjoni.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    Nota:

    għal prodotti li għandhom aktar minn użu intiż wieħed speċifikat fil-familji li ġejjin, ir-responsabbilitajiet għall-korp approvat, li toriġina mis-sistemi relevanti tal-attestazzjoni tal-konformità, huma kumulattivi.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA (1/5)

    1. Sistemi għall-attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkati hawn taħt, is-CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità ma’ l-istandard(s) armonizzat(i) relevanti:

    Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III (2) (ii), it-tieni possibiltà.

    Prodott(i) | Użu(i) ntiżi | Livell(i) jewklassi(jiet) (reżistenza għan-nar) | Sistema(i) ta’ attestazzjonital-konformità |

    Panewijiet | Bħala kisi intern jew estern, bħala elementi kompleti, użati għall-protezzjoni min-nar ta’ ħitan jew ta’ soqfa. | Kwalunkwe | 3 |

    Soffitti(settijiet) | Bħala kisi intern u estern użata bħala protezzjoni min-nar ta’ soqfa | Kwalunkwe | |

    2. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mis-CEN dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’tali mod li tkun tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkunx hemm bżonn li tkun stabbilita għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta’ l-anqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal din m’għandiex tkun mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA (2/5)

    1. Sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità ma’ l-istandard(s) armonizzat(i) relevanti:

    Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

    Prodott(i) | Użu(i) ntiżi | Livell(i) jew klassi(jiet) | Sistema(i) ta’ attestazzjoni tal-konformità |

    Panewijiet | Bħala elementi webbiesa interni jew esterni fil-ħitan jew fis-soqfa | — | 3 |

    MadumPanewijiet(ta’materjal mqarqaċ) | Bħala kisi intern u estern f’ħitan jew f’soqfa soġġetti għall-ħtiġiet kontra disgrazzji minn oġġetti li jaqtgħu |

    Soffitti(settijiet) | Bħala kisi intern u estern fis-soqfa soġġetti għall-ħtiġiet ta’ sigurtà fl-użu. |

    MadumPanewijiet | F’soffitti interni jew esterni soġġetti għall-ħtiġiet ta’ sigurtà fl-użu. |

    Profili ddisinjati ugwarniċi mdendla | Bħala bażi tal-kisi intern jew estern ta’ ħitan jew ta’ soqfa u ta’ soffitti soġġetti għall-ħtiġiet ta’ sigurtà fl-użu. |

    2. Il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mis-CEN dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma tkux teħtieġ li tiġi ddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta’ l-anqas Stat Membru wieħed m’għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal din m’għandiex tkun mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA (3/5)

    1. Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkati hawn taħt, CEN/CENelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità ma’ l-istandard(s) armonizzat(i) relevanti:

    Sistema 1 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(i), mingħajr audit-testing tal-kampjuni.

    Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

    Sistema 4 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(iii), it-tielet possibiltà.

    Prodott(i) | Użu intiż | Livell(i) jew klassi(ijiet) (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) ta’ attestazzjoni tal-konformità |

    Kisi f’rollijietInforor | Bħala raffinatura interna f’ħitan jew f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar | A, B u Ċ | 1 |

    XaħxĊangaturi għat-tlibbis | Bħala raffinatura esterna f’ħitan jew soqfa soġġetti għar-reazzjoni għar-regolamenti tan-nar |

    Soffitti(settijiet) | Bħala kisi intern u estern f’soqfa soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar | A, B u Ċ | 3 |

    MadumZokklaturiPanewijiet | Bħala kisi intern u estern f’ħitan jew f’soqfa soġġetti tar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar |

    Profili ddisinjatiGwarniċi li jiddendlu | Bħala bażi tar-kisi intern jew estern għall-ħitan jew għas-soqfa, jew għas-soffitti, soġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni għan-nar. | A(mingħajr ittestjar), D, E, u F | 4 |

    2. Il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu applikati mis-CEN dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkollhiex bżonn jiġi stabbilit għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta’ l-anqas Stat Membru wieħed m’għandu ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal din m’għandiex tkun mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA (4/5)

    1. Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkati hawn taħt, is-CEN/CENelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità ma’ l-istandard(s) armonizzat(i) relevanti:

    Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

    Prodott(i) | Użu intiż | Livell(i) jew klassi(jiet) | Sistema(i) ta’ attestazzjoni tal-konformità |

    Soffitti(settijiet) | Bħala raffinar interni jew esterni fil-ħitan jew fis-soqfa soġġetti għar-regolamenti dwar sustanzi perikolużi | — | 3 |

    MadumXaħxZuklaturiĊangaturi għal kisiPanewijiet | Bħala kisi intern jew estern f’ħitan jew soqfa, kif rilevnti, soġġetti għar-regolamenti dwar is-sustanzi perikolużi |

    2. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mis-CEN dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkollhiex bżonn tiġi stabbilit għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta’ l-anqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal din m’għandiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA (5/5)

    1. Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż elenkati hawn taħt, is-CEN/CENelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità ma’ l-istandard(s) armonizzat(i) relevanti:

    Sistema 4 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

    Prodott(i) | Użu intiż | Livell(i) jew Klassi(jiet) | Sistema(i) ta’ attestazzjoni tal-konformità |

    Soffitti(settijiet) | Bħala kisi intern u estern f’soqfa għal-użu ieħor imsemmi fil-mandat | — | 4 |

    Kisi għall-ħitan f’rollijietKisi għas-soqfaMadumXaħxZoklaturiĊangaturi tal-kisiPanewijiet | Bħala kisi intern u estern f’ħitan jew soqfa għal użu ieħor imsemmi fil-mandat |

    Profili ddisinjatiGwarniċi mdendla | Bħala bażi tal-kisi intern jew estern tal-ħitan jew tas-soqfa, jew tas-soffitti, għal użu ieħor imsemmi fil-mandat |

    2. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mis-CEN dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’tali mod li tkun tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkollhiex bżonn li tiġi stabbilita għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta’ l-inqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal din m’għandiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top