Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0227

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 1998 li temenda d-Deċiżjoni 95/409/KE, 95/410/KE u 95/411/KE li tikkonċerna l-metodi li għandhom jintużaw għat-test mikrobijoloġiku li għandu jsir fuq il-laħam maħsub għall-Finlandja u l-Iżvezja

    ĠU L 87, 21.3.1998, p. 14–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/227/oj

    31998D0227



    Official Journal L 087 , 21/03/1998 P. 0014 - 0016


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-16 ta’ Marzu 1998

    li temenda d-Deċiżjoni 95/409/KE, 95/410/KE u 95/411/KE li tikkonċerna l-metodi li għandhom jintużaw għat-test mikrobijoloġiku li għandu jsir fuq il-laħam maħsub għall-Finlandja u l-Iżvezja

    (98/227/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u l-marketing ta’ laħam frisk [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3)(a),

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi ta’ saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ laħam tat-tjur frisk [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3)(a),

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis [3] u b’mod partikolari l-Artikolu 10b(1),

    Billi l-Kumitat Xjentifiku Veterinarju fir-rapport tiegħu tat-3 ta’ Ġunju 1996 ta opinjoni li tikkonċerna l-metodi ta’ l-ittestjar mikrobijoloġiċi li joffru garanziji ekwivalenti u billi kont għandu jingħata ta’ dan;

    Billi huwa għalhekk xieraq li jkunu emendati d-Deċiżjonijiet 95/409/KE [4], 95/410/KE [5] u 95/411/KE [6] li jistabbilixxu l-ittestjar mikrobijoloġiku permezz tal-kampjonar ta’ ċertu laħam maħsub għall-Finlandja u l-Iżvezja, sabiex tkun introdotta l-possibilità, l-ewwel, ta’ l-użu tal-metodu mikrobijoloġiku li joffri l-garanziji ekwivalenti proposti fl-opinjoni u, t-tieni, ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ metodi ġodda li joffru garanziji ekwivalenti;

    Billi għall-awtorizzazzjoni ta’ metodi ġodda li joffru garanziji ekwivalenti, huwa xieraq li tkun ipprovduta proċedura ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri analoga ma’ dawk stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 64/433/KEE jew fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 71/118/KEE jew fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 90/539/KEE,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Fl-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 95/409/KE, it-Taqsima Ċ għandha tkun sostitwita b’dan li ġej:

    "IT-TAQSIMA Ċ

    METODU MIKROBIJOLOĠIKU GĦALL-EŻAMI TAL-KAMPJUNI

    L-ittestjar mikrobijoloġiku tal-kampjuni għas-salmonella għandhom jitwettqu skond l-istandard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardiżazzjoni ISO 6579: 1993 jew edizzjonijiet riveduti, jew permezz tal-metodu deskritt mill-Kumitat Nordiku dwar l-Analiżi ta’ l-Ikel (NMKL metodu Nru 71, ir-raba’ edizzjoni, 1991) jew edizzjonijiet riveduti. Iżda, metodi li joffru garanziji ekwivalenti jistgħu jkunu awtorizzati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 64/433/KEE.

    Fejn ir-riżultati ta’ l-analiżi jkunu kontestati bejn l-Istati Membri, l-istandard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardiżazzjoni ISO 6579: 1993 jew edizzjonijiet riveduti għandhom jitqiesu bħala l-metodu ta’ referenza."

    L-Artikolu 2

    Fl-Anness A li jinsab mad-Deċiżjoni 95/410/KE, il-punt 3 għandu jiġi sostitwit bil-punt li ġej:

    "3. Metodu mikrobijoloġiku għall-eżami tal-kampjuni

    L-ittestjar mikrobijoloġiku tal-kampjun għas-salmonella għandu jitwettaq skond l-istandard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardiżazzjoni ISO 6579: 1993 jew edizzjonijiet riveduti, jew permezz tal-metodu deskritt mill-Kumitat Nordiku dwar l-Analiżi ta’ l-Ikel (NMKL metodu Nru 71, ir-raba’ edizzjoni, 1991) jew edizzjonijiet riveduti. Iżda, metodi li joffru garanziji ekwivalenti jistgħu jkunu awtorizzati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 90/539/KEE.

    Fejn ir-riżultati ta’ l-analiżi jkunu kkontestati bejn l-Istati Membri, l-istandard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardiżazzjoni ISO 6579: 1993 jew edizzjonijiet riveduti għandhom jitqiesu bħala l-metodu ta’ referenza."

    L-Artikolu 3

    Fl-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 95/411/KE it-Taqsima Ċ għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    "IT-TAQSIMA Ċ

    METODU MIKROBIJOLOĠIKU GĦALL-EŻAMI TAL-KAMPJUNI

    L-ittestjar mikrobijoloġiku tal-kampjuni għas-salmonella għandhom jitwettqu skond l-istandard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardiżazzjoni ISO 6579: 1993 jew edizzjonijiet riveduti, jew permezz tal-metodu deskritt mill-Kumitat Nordiku dwar l-Analiżi ta’ l-Ikel (NMKL metodu Nru 71, ir-raba’ edizzjoni, 1991) jew edizzjonijiet riveduti. Iżda, metodi li joffru garanziji ekwivalenti jistgħu jkunu awtorizzati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 71/118/KEE.

    Fejn ir-riżultati ta’ l-analiżi jkunu kontestati bejn l-Istati Membri, l-istandard ta’ l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Istandardiżazzjoni ISO 6579: 1993 jew edizzjonijiet riveduti għandhom jitqiesu bħala l-metodu ta’ referenza."

    L-Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Marzu 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Cunningham

    [1] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 95/23/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7).

    [2] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/23/KE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10).

    [3] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

    [4] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 21.

    [5] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 25.

    [6] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 29.

    --------------------------------------------------

    Top