Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2331

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2331/97 tal-25 ta’ Novembru 1997 dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għotja tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal

ĠU L 323, 26.11.1997, p. 19–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/10/2008; Imħassar b' 32008R0903

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2331/oj

31997R2331



Official Journal L 323 , 26/11/1997 P. 0019 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2331/97

tal-25 ta’ Novembru 1997

dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għotja tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikulari l-Artikoli 13 (12) u 22 tiegħu,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 dwar is-sorveljanza mwettqa fiż-żmien ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli fiż-żmien li jirċievu r-rifużjonijiet jew ammonti oħra [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 163/94 [4], u b’mod partikulari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta’ Novembru 1987 li jistipula regoli dettaljati komuni għas-sistema rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2114/97 [6], jipprovdi li l-ebda rifużjoni m’għandha tingħata fejn il-prodotti jew oġġetti ma jkunux ta’ kwalità tajba u ġusta għat-tqegħid fis-suq fil-forma li fiha jkunu esportati;

Billi dawn il-ħtigiet madankollu rriżultaw li ma kienux sufficjenti biex jiżguraw li kundizzjonijiet uniformi japplikaw meta jithallsu r-rifużjonijiet fuq uħud mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75;

Billi kundizzjonijiet addizzjonali relattati ma’ prodotti ta’ kwalità medja u li jawtorizzaw il-ħlas ta’ rifużjonijiet fuq prodotti ta’ kwalità inferjuri li jiġu rifjutati għandhom bħala konsegwenza jiġu stipulati fil-livell tal-Komunità;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għal kwalità addizzjonali fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt kodifiki NM 16010099 u 16024919, li ma jkunx fihom laħam tat-tjur u li għalihom il-kriterji tal-kwalità għandhom jitqegħdu quddiemnett sabiex jillimitaw kull rifużjoni mogħtija għal dawk il-prodotti fejn il-kwantitajiet stipulati bl-applikazzjonijiet għal-liċenza ta’ l-esportazzjoni jaqbżu jew jistgħu jaqbżu kwantitajiet tradizzjonali;

Billi huwa essenzjali li ssir dispożizzjoni għall-verifiki biex tigi żgurata konformità ma’ dan ir-Regolament; billi dawn il-verifiki għandhom jitmexxew skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2221/95 ta’ l-20 ta’ Settembru 1995 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ verifiki attwali mwettqa fiż-żmien ta’ l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjoni [7], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1167/97 [8], u għandu b’mod partikulari jinkludi eżami organolettiku u analiżi fiżiku u kimiku; billi l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni għandhom hekk ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub bil-għan li l-prodotti inkwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fihom;

Billi dispożizzjoni għandha ssir dwar ċerti analiżi mfissra b’mod ċar bl-iskop li tigi żgurata standardisation tal-verifiki fiżiċi u kimiċi;

Billi, b’żieda, kien hemm bidliet f’għadd ta’ prodotti li għalihom ingħatat rifużjoni u fir-riferenzi għad-diversi Regolamenti koncernati; billi, għal amministrazzjoni iktar sempliċi, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 171/78 tat-30 ta’ Jannar 1978 dwar kondizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal [9], kif l-ahhar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1526/92 [10], għandu hekk jitħassar;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità u b’mod partikolari r-Regolament (KEE) Nru 3665/87, rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għandhom jingħataw biss għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ hawn mehmus fejn:

(a) jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fih;

u

(b) il-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni ġġib il-kliem "oġġetti li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 2331/97".

2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prodotti manifatturati għall-konsum mill-bniedem u adattati għal dan minħabba l-materja prima użata, il-preparazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet iġjeniċi sodisfaċenti u l-ippakkjar tagħhom għandhom jitqiesu bħala ta’ kwalità kummerċjali soda u ġusta biex titqiegħed fis-suq skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

L-Artikolu 2

Meta jsiru l-verifiki msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2221/95, il-verifiki fuq il-prodotti koperti b’dan ir-Regolament għandhom jinvolvu:

(a) eżami organoleptiku;

u

(b) analiżi fiżika u kimika bil-metodi stipulati fl-Anness II hawn mehmus.

L-Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 171/78 huwa b’dan imħassar.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Novembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU L 42, tas-16.2.1990, p. 6.

[4] ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 2.

[5] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 25.

[6] ĠU L 295, tad-29.10.1997, p. 3.

[7] ĠU L 224, tal-21.9.1995, p. 13.

[8] ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 12.

[9] ĠU L 25, tal-31.1.1978, p. 21.

[10] ĠU L 160, tat-13.6.1992, p. 12.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta' rifużjonijiet ta' esportazzjoni fuq ċerti prodotti ta' laħam tal-majjal

Kodici NM | Deskrizzjoni | Kodici tal-prodott | Kondizzjonijiet |

160100 | Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti: | | |

| - Oħrajn: | | |

16010091 | - - Zalzett niexef jew biex jiddellek, mhux insajjar | 160100919100 | (a)kontenut ta' proteina skond il-piż: minimi 12 % tal-piż nett |

(b)ebda żieda ta' ilma estranju |

(ċ)proteini laħam ħlief għall-proteini ta' l-annimali huma projbiti |

16010099 | - - Oħrajn | | |

| - - - F'kontenituri li jkun fihom ukoll likwidu li jippriserva, li ma jkunx fihom laħam tat-tjur jew fdal | 160100999110 | (a)kontenut ta' proteina ta' l-annimali skond il-piż: minimu 10 % tal-piż nett |

| (b)proporzjon kollaġen/proteini: massimu 0,30 |

| (ċ)kontenut ta' ilma estraneu skond il-piż: massimu 25 % tal-piż nett |

| - - - F'kontenituri li jkun fihom ukoll likwidu li jippriserva | 160100999100 | (a)kontenut ta' proteina ta' l-annimali skond il-piż: minimu 8 % tal-piż nett |

| (b)proporzjon kollaġen/proteini: massimu 0,45 |

| (ċ)kontenut ta' ilma estranju skond il-piż: massimu 33 % tal-piż nett |

| - - - Oħrajn, li ma jkunx fihom laħam tat-tjur jew fdal | 160100999110 | (a)kontenut ta' proteina ta' l-annimali skond il-piż: minimu 10 % tal-piż nett |

| (b)proporzjon kollaġen/proteini: massimu 0,30 |

| (ċ)kontenut ta' ilma estranju skond il-piż: massimu 10 % tal-piż nett |

| - - - Oħrajn | 160100999100 | (a)kontenut ta' proteina ta' l-annimali skond il-piż: minimu 8 % tal-piż nett |

| (b)proporzjon kollaġen/proteini: massimu 0,45 |

| (ċ)kontenut ta' ilma estraneu skond il-piż: massimu 23 % tal-piż nett |

1602 | Laħam ieħor preparat jew priservat, fdal tal-laħam jew demm: | | |

| - Tal-majjal: | | |

ex160241 | - - Perżut jew qatgħat tiegħu: | | |

ex16024110 | - - - Ta' majjal domestiku: | | |

| - - - - Li jkun fih 80 % jew aktar skond il-piż ta' laħam jew grass | 160241109210 | Proporzjon ta' ilma/proteina fil-laħam: massimu 4,3 |

ex160242 | - - Spalla u qatgħat minnha: | | |

16024210 | - - - Ta' majjal domestiku: | | |

| - - - - Li jkun fih 80 % jew aktar skond il-piż ta' laħam jew grass | 160242109210 | Proporzjon ta' ilma/proteina fil-laħam: massimu 4,5 |

ex16024919 | - - - - - Oħrajn: | | |

| - - - - - - Li ma jkunx fihom laħam tat-tjur jew fdal | 160249199120 | (a)kontenut ta' proteina ta' l-annimali skond il-piż: minimu 12 % tal-piż nett |

| (b)proporzjon kollaġen/proteini: massimu 0,30 |

| - - - - - - Oħrajn | 160249199190 | (a)kontenut ta' proteina ta' l-annimali skond il-piż: minimu 8 % tal-piż nett |

| (b)proporzjon kollaġen/proteini: massimu 0,45 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Metodi ta’ analiżi [1]

1. Stabbiliment ta’ kontenut ta’ proteina

Il-kontenut ta’ proteina jittieħed li jfisser il-kontenut ta’ nitroġenu multiplikat bil-fattur 6,25. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi stabbilit skond il-metodu ISO 937-1978.

2. Stabbiliment tal-kontenut ta’ l-ilma fi prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 1601 u 1602 tan-nomenklatura magħquda.

Il-kontenut ta’ l-ilma għandu jkun stabbilit skond il-metodu ISO 1442-1973.

3. Kalkolazzjoni ta’ kontenut ta’ ilma estranju

Il-kontenut ta’ ilma estranju jingħata bil-formola: a-4b, li biha:

a = kontenut ta’ l-ilma,

b = kontenut ta’ proteina.

4. Stabbiliment ta’ kontenut ta’ kollaġen

Il-kontenut ta’ kollaġen jittieħed li jfisser il-kontenut ta’ hydroxyproline moltiplikat bil-fattur 8. Il-kontenut ta’ hydroxyproline għandu jiġi stabbilit skond il-metodu ISO 3496-1978.

[1] Il-metodi ta’ analiżi msemmija f’dan l-Anness huma dawk li japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kull emenda sussegwenti għal dawk il-metodi. Huma ppubblikati mis-Segretarjat ta’ l-ISO, 1 Rue de Varembé, Ġinevra, l-Isvizzera.

--------------------------------------------------

Top