EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2326

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2326/97 tal-25 ta’ Novembru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella

ĠU L 323, 26.11.1997, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0433

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2326/oj

31997R2326



Official Journal L 323 , 26/11/1997 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2326/97

tal-25 ta’ Novembru 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella

Il-KUMMISSJONI TAL-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2222/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 13 (12) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3169/87 [4], jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’rifużjonijiet speċjali fuq iċ-ċanga u l-vitella;

Billi l-karkassi ħfief u r-rbiegħ warranija mhux separati tal-bhejjem ta’ l-ifrat maskili adulti jiġu ħafna drabi ppreżentati b’ċertu skart imwaħħal; billi dan ta’ l-aħħar ma jikkwalifikax għall-finijiet ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet; billi għandhom isiru disposizzjonijiet biex il-piż ta’ dawn il-karkassi u r-rbiegħ warranija jiġi korrett fejn il-fwied u/jew il-kliewi jkunu mqabbda;

Billi, għal raġuni ta’ ċarezza, għandu jiġi stabbilit li ċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness, li għandu jintwera meta l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni jkunu qed isiru, għandu jintbagħat permezz tal-mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet wara li jitlestew il-formalitajiet imsemmija;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE)Nru 798/80 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 471/87 [6], u (KEE) Nru 2730/79 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1180/87 [8], kienu ġew revokati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta’ Novembru 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2114/97 [10]; billi r-referenzi għal dawn ir-Regolamenti għandhom għalhekk jiġu aġġornati fir-Regolament in kwistjoni;

Billi, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tat-Taħditiet ta’ l-Urugwaj dwar l-Agrikoltura, il-Kummissjoni tinsab f’pożizzjoni li tikkontrolla l-kwantitajiet li fuqhom jingħataw rifużjonijiet speċjali, bl-użu ta’ liċenzi ta’ l-esportazzjoni; billi l-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KEE) Nru 32/82 jistgħu għalhekk jieqfu;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella, (4)

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamnet (KEE) Nru 32/82 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Dan il-paragrafu 3 qed jiżdied ma’ l-Artikolu 1:

"3. Meta l-karkassi jew ir-rbiegħ warranija li ma jkunux separati jiġu ppreżentati flimkien mal-fwied u/jew mal-kliewi, il-piż tal-karkassa għandu jitnaqqas bi:

- 5 kg għall-fwied u l-kliewi flimkien,

- 4,5 kg għall-fwied,

- 0,5 kg għall-kliewi";

2. l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 2(2) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"2. Din il-prova għandha tiġi pprovduta permezz ta’ ċertifikat, li l-eżemplari tiegħu qed jidher fl-Anness, maħruġ fuq talba tal-parti kkonċernata mill-aġenzija ta’ l-intervent jew minn kull awtorità oħra nnominata għal dak il-għan mill-Istat Membru fejn ikunu nqatlu l-annimali. Id-dokument għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana meta jsiru l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni u għandu jintbagħat permezz tal-mezzi amministrattivi lill-aġenziji responsabbli għall-ħlas tar-rifużjoni wara li jitlestew il-formalitajiet imsemmija. Dawk il-formalitajiet għandhom isiru fl-Istat Membru fejn l-annimali jkunu nqatlu.

Madanakollu, fejn il-prodotti jitqiegħdu taħt l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [11] iċ-ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu ta’ qabel għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana fil-ħin meta jkunu qed isiru l-formalitajiet doganali msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [**] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.. Minkejja dak ir-Regolament, l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(4)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 m’għandhomx jiġu awtorizzati fejn jgħodd dan is-subparagrafu.";

3. fit-tieni paragrafu ta “l-Artikolu 3, ”l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79 "qed jiġi sostitwit bl-Artikolu 34 tar- Regolament (KEE) Nru 3665/87";

4. L-Artikolu 4a qiegħed jitħassar;

5. L-Anness qed jinbidel b’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 25 ta’ Novembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 50.

[3] ĠU L 4, tat-8.1.1982, p. 11.

[4] ĠU L 301, ta’ l-24.10.1987, p. 21.

[5] ĠU L 87, ta’ l-1.4.1980, p. 42.

[6] ĠU L 48, tas-17.2.1987, p. 10.

[7] ĠU L 317, tat-12.12.1979, p. 1.

[8] ĠU L 113, tat-30.4.1987, p. 27.

[9] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

[10] ĠU L 295, tad-29.10.1997, p. 3.

[11] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top