Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1514

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1514/97 tat-30 ta' Lulju 1997 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 903/90, (KEE) Nru 2699/93, (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 1559/94, (KE) Nru 1474/95, (KE) Nru 1866/95, (KE) Nru 1251/96, (KE) Nru 2497/96 u (KE) Nru 509/97 fis-setturi tal-bajd, l-ovalbumina u l-laħam tat-tjur

    ĠU L 204, 31.7.1997, p. 16–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1384 U 32007R1385

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1514/oj

    31997R1514



    Official Journal L 204 , 31/07/1997 P. 0016 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1514/97

    tat-30 ta' Lulju 1997

    li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 903/90, (KEE) Nru 2699/93, (KE) Nru 1431/94, (KE) Nru 1559/94, (KE) Nru 1474/95, (KE) Nru 1866/95, (KE) Nru 1251/96, (KE) Nru 2497/96 u (KE) Nru 509/97 fis-setturi tal-bajd, l-ovalbumina u l-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 715/90 tal-5 ta' Marzu 1990 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati ACP jew fil-pajjiżi u t-territorji barranija (OCT) [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 619/96 [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 27 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2490/96 tal-20 ta' Diċembru 1996 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 3066/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonjiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffi Komunitarji għall-ċerti prodotti agrikoli u jaħseb għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u ta' transizzjoni, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Ewropa sabiex jittieħed akkont tal-Ftehim fuq l-Agrikoltura konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj [3],

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jaħseb għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffi tal-Komunità għaċ-ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-meslin, u l-granza, smida u fdalijiet oħra [4], kif emendat tar-Regolament (KE) Nru 2198/95 [5], u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 tas-7 ta' Ottubru 1996 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffi Komunitarji għall-ċerti prodotti agrikoli u jaħseb għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provvediment dwarhom fil-ftehim dwar il-kummerċ ħieles u l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ mal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, sabiex jittieħed akkont tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul in-Negozjati Kummerċjali Multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj [6], u b'mod partikulari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL imħejjija mat-tmiem tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 [7],

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ kwota tat-tariffi għal-laħam tad-dundjan li joriġina fi u jiġi mill-Iżrael kif hemm provvediment dwar dan fil-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael [8], u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-bajd [9], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1516/96 [10], u b'mod partikulari l-Artikolu 22 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tat-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur [11], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2916/95 [12], u b'mod partikulari l-Artikolu 22 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tat-29 ta' Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ għall-ovalbumina u l-lattalbumina [13], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2916/95 (2), u b'mod partikulari l-Artikoli 2(1), 4 (1) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 903/90 [14], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1206/97 [15], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ta' ċertu laħam tat-tjur li joriġina fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) jew fil-pajjiżi jew fit-territorji barranin (OCT) bil-ħsieb ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2699/93 [16], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2513/96 [17], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd ta' l-arranġamenti li hemm provvediment swarhom fil-Ftehim Proviżorji bejn il-Komunità u l-Polonja, l-Ungerija u dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 [18], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 997/97 [19], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ta' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 774/94;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1559/94 [20], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2513/96, jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd ta' l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim Proviżorji bejn il-Komunità, minn-naħa l-waħda, u l-Bulgarija u r-Rumanija, minn-naħa l-oħra;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1474/95 [21], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1242/97 [22], jiftaħ il-kwoti tat-tariffi fis-settur tal-bajd u għall-albumina tal-bajd;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1866/95 tas-26 ta' Lulju 1995 li jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim dwar il-kummerċ ħieles u l-affarijet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità, minn-naħa l-waħda, u l-Estonja u l-Latvja, minn-naħa l-oħra [23], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2166/96 [24], jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim imsemmi fis-settur tal-laħam tat-tjur; billi dak ir-Regolament għandu jkun emendat sabiex jittieħed kont tal-miżuri li jikkonċernaw il-prodotti magħmula mil-laħam tat-tjur u l-bajd stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1926/96;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 [25], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1211/97 [26], jiftaħ il-kwoti tat-tariffi fis-settur tal-laħam tat-tjur;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 [27] jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni u l-ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/97 [28] jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur il-Ftehim Proviżorju dwar il-kummerċ u l-miżuri li jakkumpanjawħ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, minn-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-iSlovenja, minn-naħa l-oħra;

    Billi, sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' frodi, il-kontrolli dwar il-konformità ta' l-applikanti mal-kriterji ta' l-eliġibilità għandhom jitwettqu fl-Istat Membru li fih l-importatur jkun stabbilit jew ikun stabbilixxa l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;

    Billi mhuwiex obligatorju li jiġu mpurtati mill-pajjiż indikat fil-każ taċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni mogħtija bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1431/94 għall-gruppi 3 u 5; billi għandu pero' jiġi ndikat fuq il-liċenzji għall-pajjiżi tal-gruppi 3 u 5 li l-imprtazzjonijiet minn pajjiżi tal-gruppi l-oħra mhumiex ammessi taħt dawn il-liċenzji;

    Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Artikolu 4(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 903/90, (KEE) Nru 2699/93, (KE) Nru 1559/94, (KE) Nru 1866/95, (KE) Nru 2497/96 u (KE) Nru huwa mibdul b'dan li ġej:

    "2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-applikant jkun stabbilit jew ikun stabbilixxa l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. L-Applikazzjonijiet għandhom ikunu ammissibli biss meta l-applikant jiddikjara bil-miktub li ma' jkunx ippreżenta u jobliga ruħu li ma' jippreżentax applikazzjonijiet oħra, fir-rigward ta' l-istess perjodu, rigward il-prodotti fl-istess grupp.

    Meta l-istess applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda li għandha x'taqsam mal-prodotti fl-istess grupp, l-applikazzjoniet kollha minn dik il-persuna m'għandhomx ikunu ammissibli.'"

    Artikolu 2

    Regolament (KE) Nru 1431/94 huwa emendat kif ġej:

    1. fl-Artikolu 3, il-punti li segwenti (f) u (g) huma miżjuda:

    "(f) Is-Sezzjoni 24 tal-liċenzji għall-grupp 3 għandhom juru waħda minn dawn li ġejjin:

    M'għandhomx jiġu wżati għall-prodotti li joriġinaw fil-Brażil u t-Tajlandja

    Reglamento (CE) no 1514/97

    Forordning (EF) nr. 1514/97

    Verordnung (EG) Nr. 1514/97

    Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1514/97

    Regulation (EC) No 1514/97

    Règlement (CE) no 1514/97

    Regolamento (CE) n. 1514/97

    Verordening (EG) nr. 1514/97

    Regulamento (CE) n.o 1514/97

    Asetus (EY) N:o 1514/97

    Förordning (EG) nr 1514/97.

    (g) Is-Sezzjoni 24 tal-liċenzji għall-grupp 5 għandhom juru waħda minn dawn li ġejjin:

    M'għandhomx jiġu wżati għall-prodotti li joriġinaw fil-Brażil

    Reglamento (CE) no 1514/97

    Forordning (EF) nr. 1514/97

    Verordnung (EG) Nr. 1514/97

    Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1514/97

    Regulation (EC) No 1514/97

    Règlement (CE) no 1514/97

    Regolamento (CE) n. 1514/97

    Verordening (EG) nr. 1514/97

    Regulamento (CE) n.o 1514/97

    Asetus (EY) N:o 1514/97

    Förordning (EG) nr 1514/97."

    2. l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-applikant jkun stabbilit jew ikun stabbilixxa l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. L-Applikazzjonijiet għandhom ikunu ammissibli biss meta l-applikant jiddikjara bil-miktub li ma' jkunx issottometta u jobliga ruħu li ma' jissottomettix applikazzjonijiet oħra, fir-rigward ta' l-istess perjodu, rigward il-prodotti fl-istess grupp.

    Meta l-istess applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda li għandha x'taqsam mal-prodotti fl-istess grupp, l-applikazzjoniet kollha minn dik il-persuna m'għandhomx ikunu ammissibli."

    Artikolu 3

    L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolamenti (KE) Nru 1474/95 u (KE) Nru 1251 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-applikant jkun stabbilit jew ikun stabbilixxa l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. L-Applikazzjonijiet għandhom ikunu ammissibli biss meta l-applikant jiddikjara bil-miktub li ma' jkunx issottometta u jobliga ruħu li ma' jissottomettix applikazzjonijiet oħra, fir-rigward ta' l-istess perjodu, rigward il-prodotti fl-istess grupp.

    Meta l-istess applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda li għandha x'taqsam mal-prodotti fl-istess grupp, l-applikazzjoniet kollha minn dik il-persuna m'għandhomx ikunu ammissibli."

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Lulju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 84, tat-30.3.1990, p. 85.

    [2] ĠU L 89, ta' l-10.4.1996, p. 1.

    [3] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 13.

    [4] ĠU L 91, tat-8.4.1994, p. 1.

    [5] ĠU L 221, tad-19.9.1995, p. 3.

    [6] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 1.

    [7] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

    [8] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 7.

    [9] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49.

    [10] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 99.

    [11] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

    [12] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49.

    [13] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 104.

    [14] ĠU L 93, ta' l-10.4.1990, p. 20.

    [15] ĠU L 170, tat-28.6.1997, p. 32.

    [16] ĠU L 245, ta' l-1.10.1993, p. 88.

    [17] ĠU L 345, tal-31.12.1996, p. 30.

    [18] ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9.

    [19] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 11.

    [20] ĠU L 166, ta' l-1.7.1994, p. 62.

    [21] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 19.

    [22] ĠU L 173, ta' l-1.7.1997, p. 77.

    [23] ĠU L 179, tad-29.7.1995, p. 26.

    [24] ĠU L 290, tat-13.11.1996, p. 6.

    [25] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 136.

    [26] ĠU L 80, tal-21.3.1997, p. 3.

    [27] ĠU L 170, tas-27.6.1997, p. 40.

    [28] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 48.

    --------------------------------------------------

    Top