Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1093

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1093/97 tas-16 ta’ Ġunju 1997 li jistabbilixxi livelli fissi ta’ marketing applikabbli għall-bettieħ u d-dulliegħ

    ĠU L 158, 17.6.1997, p. 21–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32004R1862

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1093/oj

    31997R1093



    Official Journal L 158 , 17/06/1997 P. 0021 - 0027


    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU. 1093/97

    tas-16 ta' Ġunju 1997

    li jistabbilixxi livelli fissi ta' marketing applikabbli għall-bettieħ u d-dulliegħ

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħxejjex ([1]), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Billi Regolament (KE) Nru. 2200/96, fl-Anness, isemmi l-prodotti li għalihom iridu jiġu adottati normi; billi, mill-prodotti msemmijin f'dak l-Anness, l-ebda normi Komunitarji ma ġew stipulati għall-bettieħ u d-dulliegħ; billi huwa għaldaqstant neċessarju li jiġu stabbiliti normi ta' bejgħ għal dawk il-prodotti; billi, għall dan l-iskop, f'ġieħ it-trasparenza fis-suq globali, irid jittieħed kont tan-normi rakkomandati għal dawk il-prodotti mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa;

    Billi l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri jrid ikollha l-effett li tbiegħed prodotti ta' kwalità mhux sodisfaċenti mis-suq, tidderiġi l-produzzjoni sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-konsumatur u li tiffaċilita negozju skond kondizzjonijiet kompettitivi u imparzjali, biex b'hekk jgħinu biex itejbu l-profitti tal-produzzjoni;

    Billi dawk in-normi japplikaw fl-istadji kollha tal-bejgħ; billi trasport għal distanzi twal, ħażna għal iktar minn ċertu perijodu ta' żmien u l-ammont ta' ġarr li għalihom ikunu sottoposti l-prodotti jistgħu jirriżultaw f'ċertu grad ta' deterjorament minħabba żviluppi bioloġiċi tal-prodott jew in-natura tiegħu li titħassar; billi għandu jittieħed kont ta' dan id-deterjorament fl-applikazzjoni tan-normi fl-istadji ta' marketing wara l-kunsinja;

    Billi l-miżuri msemmijin f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Frott Frisk u tal-Ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. In-normi ta' marketing li japplikaw għall-:

    - bettieħ li huma riferuti fil-Kodiċi CN 0807 19 00,

    - dulliegħ li huma riferuti fil-Kodiċi CN 0807 11 00,

    ser ikunu kif hemm fl-Anness I u II rispettivament.

    2. In-normi ser japplikaw għall kull stadju ta' marketing bil-kondizzjonijiet msemmijin fir-Regolament (KE) Nru. 2200/96.

    Madankollu, fl-istadji li jiġu wara l-kunsinja t-tolleranzi li ġejjin ikunu permessi:

    (a) telfa żgħira fil-freskezza u fin-nefħa;

    (b) għall-prodotti oħrajn barra tal-klassi Extra', deterjorament ħafif li jiġi mill-iżvilupp bioloġiku u t-tħassir.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul Brussel, fis-16 ta' Ġunju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS 1

    NORMI GĦALL-BETTIEĦ

    I. DEFINIZZJONI TA' PRODOTT

    Din in-norma tapplika għall-bettieħ ta' varjetajiet (cultivars) imkabbrin minn Cucumis meloL. li jridu jingħataw friski lill-konsumatur, bettieħ għall-ipproċessar industrjali hu eskluż.

    II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

    L-iskop tan-norma huwa biex jiġu defniti r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bettieħ, wara l-preparazzjoni u l-ippakjar.

    A. Rekwiżiti minimi

    Fil-klassijiet kollha, konformi mad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-bettieħ irid ikun:

    - intatt ([2]),

    - b'saħħtu; prodott imħassar jew deterjorat li jirrendih mhux addatt għall-konsum hu eskluż,

    - nadif, prattikament mingħajr sustanzi barranin,

    - jidher frisk,

    - prattikament mingħajr dud,

    - prattikament mingħajr ħsara kkaġunata minn dud,

    - magħqud,

    - mingħajr tixrib li mhuwiex normali u li jkun fuq barra,

    - mingħajr riħa li tkun fuq barra u/jew togħma.

    Il-bettieħ irid ikun żviluppa biżejjed u jrid juri sajran suffiċjenti([3]). L-iżvilupp u l-kondizzjonijiet tal-bettieħ iridu jkunu tali illi jgħinhom:

    - jifilħu għat-trasport u l-ġarr, u

    - li jaslu f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post ta' destinazzjoni.

    B. Klassifikazzjoni

    Il-Bettieħ huwa kklassifikati fiż-żewġ klassijiet hawn taħt imsemmija:

    (i) Klassi I

    Bettieħ f'din il-klassi jridu jkunu ta' kwalità tajba. Iridu jkunu karatteristiċi tal-varjetà jew tip kummerċjali.

    Id-difetti ħfief li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, iż-żamma ta' kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakketti:

    - difett ħafif fil-forma,

    - difett ħafif fil-kulur (kulur pallidu tal-qoxra fil-post fejn il-frotta kienet tmiss ma' l-art meta kienet qed tikber ma jitqiesx bħala difett),

    - tebgħat ħfief fil-qoxra kkawżati minn ħakk jew ġarr,

    - xquq ħfief li jkunu ġew imfejqa madwar iz-zokk tal-werqa ta' inqas minn 2 ċm fit-tul u li ma jmissux il-polpa.

    It-tul taz-zokk tal-werqa, fil-każ ta' frott tal-varjetajiet li ma jisseparawx fil-ħin tas-sajran, ma jistax jaqbeż iż-2 ċm għall-varjetajiet ta' tip ta' bettieħ Charentais, Ogen u Galia u l-5 ċm għal bettieħ ieħor, imma jridu f'kull każ ikunu preżenti u ntatti.

    (ii) II Klassi

    Din il-klassi tinkorpora bettieħ li ma jikkwalifikax għal taħt Klassi I imma li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmijin hawn fuq.

    Id-difetti li ġejjin ser jitħallew sakemm il-bettieħ iżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom rigward kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni

    - difetti fil-forma,

    - difetti fil-kulur (kulur pallidu tal-qoxra fil-post fejn il-frotta kienet tmiss ma' l-art meta kienet qed tikber ma jitqiesx bħala difett),

    - tbenġil ħafif,

    - xquq ħfief jew girfiet fondi li ma jaffettwawx il-polpa tal-frotta u huma xotti,

    - tebgħat fil-qoxra kkawżati minn ħakk jew ġarr.

    III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

    Id-daqs jiġi stabbilit bl-użin ta' prodott wieħed jew bid-djametru tal-parti tan-nofs.

    Id-daqsijiet minimi huma kif ġejjin:

    Tagħti daqs bl-użin:

    - tipi ta' bettieħ Charenais, Ogen u Galia 250 g.

    - bettieħ ieħor 300 g.

    Daqs skond id-dijametru:

    - tipi ta' bettieħ Charentais, Ogen u Galia 7,5 cm,

    - bettieħ iehor 8 cm.

    Meta d-daqs jingħata skond l-użin, l-ikbar bettieħa f'kull pakkett ma tistax tiżen iktar minn 50 % mill-iżgħar waħda.

    Meta d-daqs jingħata skond id-dijametru, id-dijametru ta' l-ikbar bettieħa ma tistax iktar minn 20 % mid-dijametru ta' l-iżgħar waħda.

    Id-daqs irid jingħata bil-fors għaż-żewġ klassijiet.

    IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

    Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs ser jitħallew f'kull pakkett għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi ndikata.

    A. Tolleranzi tal-kwalità

    (i) Klassi I

    10 % bin-numru jew bl-użin tal-bettieħ li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, imma li jilħqu dawk ta' Klassi II jew, eċċezzjonalment, li huma fit-tolleranzi ta' dik il-klassi.

    (ii) Klassi II

    10 % bin-numru jew bl-użin ta' bettieħ li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi, u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni tal-prodott li hu affettwat minn tħassir jew xi tip ta' deterjorament ieħor li jirrendih mhux tajjeb għall-konsum.

    B. Tolleranzi ta' daqs

    Għall-klassijiet kollha: 10 % bin-numru jew bl-użin tal-bettieħ li ma jissodisfawx id-daqs li jiġi eżatt taħt jew fuq dak indikat fuq il-pakett.

    V. DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-PREŻENTAZZJONI

    A. Uniformità

    Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun l-istess u jrid jikkonsisti f'bettieħ ta' l-istess oriġini biss, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs, u li huma stmati li laħqu l-istess grad ta' żvilupp u sajran u jistgħu jiġu stmati li huma ta' l-istess kulur.

    Il-parti li tidher tal-kontenut trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

    B. L-ippakkjar

    Bettieħ irid ikun ippakjat b'tali mod li jiġi protett il-prodott sewwa.

    Il-materjal li jintuża fin-naħa ta' ġewwa tal-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta' kwalità sabiex jiġi evitat ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodott. Jista' jsir użu ta' materjal, partikolarment ta' karti jew timbri li jkollhom speċifikazzjonijiet, sakemm l-istampar jew l-ittikkettjar isiru b'inka jew kolla li mhijiex tossika.

    Il-pakketti ma jistgħux ikollhom affarijiet barranin.

    VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

    Kull pakkett irid ikollu l-partikolarijiet li ġejjin b'ittri miġburin fuq l-istess naħa, li jistgħu jinqraw u mmarkati b'mod li ma jitħassrux, u li jistgħu jidhru minn barra:

    A. Identifikazzjoni

    Min ippakkja u/jew min għamel id-dispaċċ: l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi li nħarġet uffiċjalment jew li hi uffiċjalment aċċettata. Madankollu, f'każ fejn marka tal-kodiċi tintuża, ir-riferenza ta' min jippakkja' u/jew min jagħmel id-dispaċċ' (jew kliem fil-qosor ekwivalenti) iridu jintwerew viċin il-marka tal-kodiċi.

    B. Natura tal-prodott

    - Bettieħ' jekk il-kontenut ma jidhirx minn barra,

    - l-isem tal-varjetà jew it-tip kummerċjali (per eżempju Charentais).

    C. Oriġini tal-prodott

    - pajjiż ta' oriġini u, jekk iridu, l-isem tal-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

    D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

    - klassi,

    - daqs mogħti f'użin minimu jew massimu jew dijametru minimu jew massimu,

    - numru ta' prodotti (fakultattiva).

    E. Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

    ANNESS II

    NORMI GĦAD-DULLIEGĦ

    I. DEFINIZZJONI TA' PRODOTT

    Din in-norma tapplika għal dulliegħ ta' varjetajiet (cultivars) imkabbrin minn Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai iridu jingħataw friski lill-konsumatur, dulliegħ għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.

    II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

    L-iskop tan-norma huwa li jiġu defniti r-rekwiżiti tal-kwalità tad-dulliegħ, wara l-preparazzjoni u l-ippakjar.

    A. Rekwiżiti minimi

    Fil-klassijiet kollha, konformi mad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, id-dulliegħ irid ikun:

    - intatt,

    - b'saħħtu; prodott imħassar jew iddeterjorat li jirrendih mhux addatt għall-konsum hu eskluż,

    - nadif, prattikament mingħajr sustanzi barranin,

    - prattikament mingħajr dud,

    - prattikament mingħajr ħsara kkaġunata minn dud,

    - sod, u msajjar biżejjed; il-kulur u t-togħma ta' ġewwa jridu jkunu konformi ma' stat ta' sajran suffiċjenti,

    - mhux maqsum,

    - mingħajr tixrib li mhuwiex normali u li jkun fuq barra,

    - mingħajr riħa li tkun fuq barra u/jew togħma.

    L-iżvilupp u l-kondizzjonijiet tad-dulliegħ iridu jkunu tali illi jgħinhom:

    - jifilħu għat-trasport u l-ġarr, u

    - li jaslu f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post ta' destinazzjoni.

    B. Klassifikazzjoni

    Id-dulliegħ huma klassifikati fiż-żewġ klassijiet hawn taħt imsemmija:

    (i) Klassi I

    Dulliegħ f'din il-klassi jridu jkunu ta' kwalità tajba.

    Iridu jkunu:

    - iffurmati sewwa, bil-karatteristiċi tal-varjetà,

    - mingħajr xquq u tbenġil; xquq superfiċjali u ħfief ma jitiqiesux bħala difetti.

    Difett ħafif fil-kulur jitħalla għall-parti l-iktar ċara tad-dulliegħa li kienet tmiss ma' l-art meta kienet qiegħda tikber.

    Iz-zokk tad-dulliegħa ma jistax ikollu daqs ta' aktar minn 5 ċm.

    (ii) Klassi II

    Din il-klassi tinkorpora fiha dulliegħ li ma jikkwalifikax għall-Klassi I imma li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmijin hawn fuq.

    Id-difetti li ġejjin jistgħu jibqgħu sakemm id-dulliegħ iżommu l-karratteristiċi essenzjali tagħhom rigward kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni

    - difett ħafif fil-forma,

    - difett ħafif fil-kulur tal-qoxra,

    - tbenġil ħafif jew difetti superfiċjali li jirriżultaw partikolarment mill-impatt mekkaniku jew minn ħsara minn parassiti jew minn mard.

    III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

    Id-daqs jiġi stabbilit bl-użin ta' kull prodott. L-użin minimu hu ta' 1,5 kilogramma.

    Meta d-dulliegħ ikunu ppreżentati f'pakketti, id-differenza fl-użin bejn l-eħfef u l-itqal waħda fl-istess pakkett ma tistax taqbeż 2 kg, jew 3,5 kg jekk l-eħfef waħda taqbeż is-6 kg.

    Din l-uniformità relattiva ta' użin mhijiex obbligatorja għad-dulliegħ ippreżentat bħala massa.

    IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

    Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs jistgħu jitħallew f'kull pakkett, jew għal kull kunsinja ta' prodotti ppreżentati bħala massa, għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

    A. Tolleranzi tal-kwalità

    (i) Klassi I

    10 % bin-numru jew bl-użin tad-dulliegħ li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, imma li jilħqu dawk ta' Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi ta' dik il-klassi.

    (ii) Klassi II

    10 % bin-numru jew bl-użin ta' dulliegħ li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi, u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni tal-prodott li hu affettwat minn tħassir jew xi tip ta' deterjorament ieħor li jirrendih mhux tajjeb għall-konsum.

    B. Tolleranzi ta' daqs

    Għall-klassijiet kollha: 10 % bin-numru jew bl-użin tad-dulliegħ li ma jikkonformawx mad-daqs indikat, imma mhux iktar minn 1 kg iktar jew inqas mid-daqs imsemmi.

    It-tolleranza ma tapplikax għall-frott li jiżen inqas minn kilogramma.

    V. DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-PREŻENTAZZJONI

    A. Uniformità

    Il-kontenut ta' kull pakkett, jew lott ta' prodotti li jkunu bil-massa, iridu jkunu uniformi u jkollhom biss dulliegħ ta' l-istess oriġini, varjetà u kwalità.

    Il-parti li tidher tal-kontenut, jew lott ta' prodotti, ppreżentata bħala massa, trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

    Barra minn hekk, fi Klassi I, il-forma u l-kulur tal-qoxra tad-dulliegħa jridu jkunu l-istess.

    B. L-ippakkjar

    Id-dulliegħ iridu jkunu ppakjati b'tali mod li jiġi protett il-prodott sewwa.

    Il-materjal li jintuża fin-naħa ta' ġewwa tal-pakkett, irid ikun ġdid, nadif u ta' kwalità sabiex tiġi evitata ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodott. Jista' jsir użu ta' materjal partikolarment karti jew timbri li jkollhom speċifikazzjonijiet ta' negozju, sakemm l-istampar jew l-ittikkettjar isiru b'inka jew kolla li mhijiex tossika.

    Pakketti, jew lott ta' prodotti bil-massa, iridu jkunu ħielsa minn affarijiet barranin.

    Dulliegħ ittrasportat bħala massa jrid ikun separat mill-art u mill-ħitan ta' l-inġenji tal-ġarr b'materjal prottettiv addattat, li jrid ikun ġdid u nadif u li ma jkunx jista' jagħti togħma jew riħa lill-frotta li mhijiex normali.

    C. Preżentazzjoni

    Id-dulliegħ jista' jiġi ppreżentat:

    - f'pakketti,

    - bħala massa.

    VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

    Kull pakkett irid ikollu l-partikolarijiet li ġejjin miktuba b'ittri miġburin fuq l-istess naħa, li jistgħu jinqraw u li ma jitħassrux, u li jistgħu jidhru minn barra:

    Għal dawk id-dulliegħ ittrasportati bil-massa (ġarr dirett fl-inġenji tat-trasport) dawn il-partikolarijiet iridu jidhru fuq dokument li jkun mal-prodotti, u mwaħħal f'pożizzjoni li tidher fl-inġenji tat-trasport.

    Għal dan it-tip ta' preżentazzjoni l-indikazzjoni tad-daqs, l-użin nett jew in-numru tal-prodotti mhumiex obbligatorji.

    A. Identifikazzjoni

    Min ippakkja u/jew min għamel id-dispaċċ: l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi li nħarġet uffiċjalment jew li hi uffiċjalment aċċettata. Madankollu, f'każ fejn marka tal-kodiċi tintuża, ir-riferenza min jippakkja' u/jew min jagħmel id-dispaċċ' (jew kliem fil-qosor ekwivalenti) iridu jintwerew qrib il-marka tal-kodiċi.

    B. Natura tal-prodott

    - Dulliegħ' jekk il-kontenut ma jidhirx minn barra.

    C. Oriġini tal-prodott

    - pajjiż ta' oriġini u, jekk iridu, l-isem tal-post tad-distrett jew nazzjonali, reġjonali jew lokali fejn ġew imkabbrin.

    D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

    - klassi,

    - daqs (jekk ikunu ġew imwiżnin) mogħti bl-użin minimu u massimu,

    - użin nett u numru ta' prodotti.

    E. Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [2] Madankollu, marka żgħira li tkun fieqet li tkun ġiet ikkawżata bil-kejl awtomatiku refrattometriku ta' l-indiċi ma jitqiesx bħala difett.

    [3] L-indiċi refrattometriku tal-polpa jrid ikun ta' l-inqas 8 % ikkalkulat fil-punt tan-nofs tal-qoxra friska fil-parti tan-nofs.

    Top