Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 31997R1049

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1049/97 tad-9 ta' Ġunju 1997 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3069/95 li jistabbilixxi skema ta' oservatur tal-Komunità Ewropea applikabbli għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Atlantiku tal-Punent (NAFO)

ĠU L 154, 12.6.1997, s. 2–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 04 Volum 003 P. 184 - 184

⏵Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Právní stav dokumentu Již není platné, Datum konce platnosti: 24/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1386

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1049/oj

31997R1049



Official Journal L 154 , 12/06/1997 P. 0002 - 0002


Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1049/97

tad-9 ta' Ġunju 1997

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3069/95 li jistabbilixxi skema ta' oservatur tal-Komunità Ewropea applikabbli għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Atlantiku tal-Punent (NAFO)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KE) Nru 3069/95 [3] adotta disposizzjonijiet għall-assenjament u d-dmirijet ta' l-osservaturi kif ukoll għall-obbligi tal-kaptano ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jwettqu jew sejrin jibdew iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Punent (NAFO);

Billi l-Kummissjoni tas-Sajd NAFO adottat rakkomandazzjoni fit-13 ta' Settembru 1996 biex temenda l-iskaema ta' l-osservatur;

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu XI tal-Konvenzjoni NAFO, ir-rakkomandazzjoni saret torbot fuq il-Komunità sa mit-13 ta' Novembru 1996;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 3069/95, sabiex jobbliga lill-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità u l-osservatura nominati għall-iskema li jikkonformaw mar-rakkomandazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 3069/95 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 2 (e):

"b'mod partikolari, l-osservaturi għandhom jiġbru t-tagħrif dwar l-iskartar u ż-żamma ta' ħut taħt id-daqs stabbilit wara, fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, l-iskema ta' kampjonar li ġejja:

(i) għal kull qabda, l-estimi tal-qabda totali skond l-ispeċji f'termini ta' piż u b'żieda estimi ta' l-iskartar skond l-ispeċji f'termini ta'piż għandhom jiġu rekordjati;

(ii) kull għaxar qabda għandha tkun kampjonata fid-dettal skond l-ispeċji, u jiġi provdut b'żieda għall-piżijiet tal-kampjun imkejjel ukoll numri fit-tul li jirrappresentaw il-parti tal-qabda li għandha titniżżel l-art u l-parti tal-qabda li tiġi skartata;

(iii) kull meta tinbidel iż-żona tas-sajd b'distanza ta' aktar minn 5 nm iċ-ċiklu deskritt fil-(i) u t-(ii) jerġgħa jibda.'"

2. L-aħħar sentenza tal-punt 3 (i) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:"Il-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lill-osservatur li jkollu aċċess għad-dokumenti tal-bastiment (logbook, pjan tal-kapaċità, produzzjoni tal-logbook jew pjan tal-ħżin) u għal partijiet differenti tal-bastiment, inkluż kif meħtieġ, għall-qabda miżmuma u għall-qabda li hija maħsuba li tiġi skartata, sabiex jiġi faċilitat it-twettieq tad-dmirijiet ta' l-osservatur."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Zalm

[1] ĠU C 25, tal-25.1.1997, p. 12.

[2] ĠU C 167, tat-2.6.1997.

[3] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 5.

--------------------------------------------------

Nahoru