Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0936

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 tas-27 ta' Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2008; Imħassar b' 32008R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/936/oj

31997R0936



Official Journal L 137 , 28/05/1997 P. 0010 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97

tas-27 ta' Mejju 1997

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-Konċessjonijiet stabbiliti fl-iskeda CXL stabbilita b'effett tal-konklużjoni tan-negozjati dwar GATT XXIV.6 [1], u partikolarment l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi l-Komunità hadet l-inkarigu, skond il-Ftehim dwar l-agrikultura li ntlaħaq wara negozjar multilaterali magħruf bhala l-Uruguay Round, biex jinfetħu tariffi ta' kwoti għaċ-ċanga ta' kwalità għolja u laħam tal-buflu friżat, bi kwantità annwali stabbilita għal 58,100 tunnellata u 2,250 tunnellata rispettivament; billi dawk il-kwoti għandhom jinfetħu għal diversi drabi fis-sena u regoli dettaljati jridu jkunu adottati għall-applikazzjoni tagħhom għal perjodi ta' 12-il xahar b'seħħ mill-1 ta' Lulju;

Billi pajjizi terzi li jesportaw aċċettaw li joħorġu ċertifikati ta' awtentiċità li jiggarantixxu l-origini tal-prodotti; billi l-forma u t-tqassim taċ-ċertifikati u l-proċeduri kif jiġu użati jridu jkunu speċifikati; billi ċertifikati ta' awtentiċità jridu jinħarġu mill-awtoritajiet fil-pajjizi terzi li jagħtu l-garanziji meħtieġa biex jiġi accertat li l-arranġamenti konċernati jitħaddmu b'mod tajjeb;

Billi l-kwota msemmija trid tkun immaniġġjata billi jintużaw il-liċenzji ta' importazzjoni; billi għal dan l-iskop iridu jiġu stabbiliti regoli dwar kif għandhom jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tingħata dwar l-applikazzjonijiet u l-liċenzji, permess ta' deroga, jekk ikun meħtieġ, minn ċerti disposizzjonijiet tal-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jistabbilixxi regoli komuni u dettaljati għat-tħaddim tas-sistemi ta' liċenzji ta' importazzjoni u ċertifikati ta' advance-fixing għall-prodotti agrikoli [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2350/96 [3], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 dwar regoli ta' applikazzjoni għal-liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u jannulla r-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 266/97 [5];

Billi, biex ikun hemm manigġjar tajjeb ta' l-importazzjoni tal-laħam, għandu jkun hemm provvediment, fejn hu relevanti, biex jinħarġu liċenzji ta' importazzjoni soġġetti għall-verifika partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul fuq iċ-ċertifikati ta' awtentiċità.

Billi l-esperjenza uriet li l-importaturi mhux dejjem jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-liċenzji ta' importazzjoni għall-kwantità u l-origini taċ-ċanga importata bil-kwota msemmija; billi din l-informazzjoni hija importanti biex tiġi assessjata s-sitwazzjoni tas-suq; billi għalhekk għandha dejjem tiddaħħal xi forma ta' miżura biex jiġi assigurat li l-importaturi jwettqu dan l-obbligu tagħhom.

Billi jridu jsiru disposizzjonijiet għall-Istati Membri biex jagħtu t-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' din l-importazzjoni.

Billi l-mizuri li hemm maħsub għalihom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-kwoti ta' tariffi li ġejjin huma miftuħin minn issa fuq bazi multiannwali għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju ta' sena sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, minn issa 'l quddiem imsejħa "s-sena ta' importazzjoni":

- 58, 100 tunnellata ta' laħam frisk ta' kwalità għolja, imkessaħ jew iffrizat ta' annimali bovini koperti mill-kodiċi tan-NM 0201 u 0202 u għall-prodotti koperti mill-kodiċi tan-NM 02061095 u 02062991. Din il-kwota għandha n-numru tas-serje 09.4002,

- 2,250 tunnellata ta' laħam tal-buflu iffriżat bla għadam kopert mill-kodiċi tan-NM 02023090, muri bl-użin espressi bħala użin ta' laħam mingħajr għadam. Dan il-kwota ġġorr in-numru tas-serje 09.4001.

Sabiex tiġi attribwita l-kwota msemmija, 100 kilogrammi ta' laħam bil-għadam huma ekwivalenti għal 77 kilogrammi ta' laħam bla għadam.

2. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, "laħam iffriżat" ifisser laħam b'temperatura interna ta' -12 °C jew inqas meta jidħol f'territorju tad-dwana tal-Kommunità.

3. Id-dazju ad volarem fil-kwoti msemmijin f'Paragrafu 1 għandu jkun ta' 20 %.

Artikolu 2

Il-kwota tat-tariffa għaċ-ċanga friska, imkessħa jew iffriżata li hemm provvediment għaliha fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 1(1) għandha tiġi allokata kif gej:

(a) 28,000 tunnellata ta' laħam mingħajr għadam kopert mill-kodiċi tal-NM

020130

u

02061095

u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

"Biċċiet taċ-ċanga speċjali jew ta' kwalità tajba ta' annimali li huma pasture-grazed li għandhom bejn 22 u 24 xahar b'inċiżuri permanent u li ma jkunux jiżnu aktar minn 460 kilogrammi waqt il-qatla, magħrufin bhala "ċanga tal-kaxxa speċjali";, liema biċċiet jistgħu jkollhom l-ittri "sc"; (biċċiet speċjali)";

(b) 7,000 tunnellata ta' l-użin tal-prodott għal-laħam kopert mill-kodiċi tan-NM

02012090

,

020130

,

02022090

,

020230

,

02061095

u

020629

91 u li jissodisfaw id-definizzjoni li ġejja:

"Biċċiet magħżulin ta' ċanga friski, imkessħin jew iffriżati li ġejjin minn annimali bovini li m'għandhomx aktar minn erba' snien inċiżuri permanenti, b'użin totali ta' mhux aktar minn 327 kilogrammi (720 libra), b‘dehra kompatta b'laħam b'kulur ċar u li ma jkanġix, u b'saff ta' xaħam mhux eċċessiv. Il-laħam għandu jkun ċertifikat bħala "ċanga ta' kwalità għolja KE";";

(ċ) 6,300 tunnellata ta' laħam mingħajr għadam kopert mill-kodiċi tan-NM

020130

,

02023090

,

02061095

u

02062991

u li jissodisfaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

"Biċċiet taċ-ċanga speċjali jew ta' kwalità tajba ta' annimali li huma pasture-grazed u li ma jkunux jiżnu aktar minn 460 kilogrammi waqt il-qatla, magħrufa bhala "ċanga tal-kaxxa speċjali"; liema biċċiet jistgħu jkollhom l-ittri "sc"; (biċċiet speċjali)";

(d) 5,000 tunellata ta' laħam bla għadam kopert mill-kodiċi NM

020130

,

02023090

,

02061095

u

02062991

u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

"Biċċiet taċ-ċanga ġejjin minn steers (novilhos) jew heifers (novilhas) ta' età ta' bejn l-20 u l-24 xahar, li huma esklussivament pasture-grazed, li tilfu l-inċiżuri ċentrali temporanji imma li m'għandhomx aktar minn erba' snien inċiżuri permanenti, li huma ta' maturità tajba u li jissodisfaw ir-rekwiżiti marbuta mal-klassifikazzjoni tal-karkass taċ-ċanga:

laħam mill-klassijiet B jew R ta' karkassi minn tondi sa dritta u bi klassi ta' saffi ta' xaħam 2 jew 3; il-partijiet, li għandhom l-ittri "sc"; (partijiet speċjali) jew tikketta "sc"; (partijiet speċjali) bħala sinjal tal-kwalità għolja jridu jitqiegħdu f'kaxxi tal-kartun immarkati "ċanga ta' kwalità għolja";";

(e) 300 tunnellata ta' laħam kopert mill-kodici NM

02012090

,

020130

,

02022090

,

020230

,

02061095

u

02062991

u li jissodisfaw id-definizzjoni li gejja:

"Biċċiet magħżula mkessħin jew iffrizati premium li ġejjin esklussivament minn annimali bovini li huma pasture-grazed li m'għandhomx aktar minn erba' snien inċiżuri permanenti, b'piż totali ta' mhux aktar minn 325 kilogrammi, b'apparenza kompatta, b'laħam ta' kulur ċar li ma jkanġix u b'ammont adekwat izda mhux eċċesiv ta' xaham. Il-biċċiet kollha għandhom jkunu pakkjati mingħajr arja u jkunu magħrufa bħala "ċanga ta' kwalità għolja";";

(f) 11,500 tunnellata ta' laħam kopert mill-kodiċi NM 0201, 0202,

02061095

u

02062991

u li jissodisfaw id-definizzjoni li ġejja:

"Il-karkassi jew biċċiet ta' annimali bovini li ma jkollhomx aktar minn 30 xahar mitmugħin tul perjodu ta' mitt jum jew aktar dieta bilanċjata b'kontenut ta' enerġija għolja b'mhux anqas minn 70 % ta' qamħ b'valur ta' 20 libbra ta' ikel kuljum. Canga meqjusa bhala "għażla" jew "ta' l-iprem kwalità" skond livelli ta' l-USDA (Id-Dipartiment ta' l-Agrikolutura ta' l-Istati Uniti) li jissodisfaw awtomatikament id-definizzjoni ta' hawn fuq. Laħam klassifikat A 2, A 3 jew A 4 skond il-livelli tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura Kanadiż jissodisfa awtomatikament id-definizzjoni ta' hawn fuq."

Artikolu 3

1. L-importazzjoni tal-kwantitajiet imniżżla f'Artikolu 2 (f) għandha tkun soġġetta għall-ispezzjoni u bil-permess li jkollhom ċirkulazzjoni ħielsa, ta':

- liċenzja ta' importazzjoni maħruga skond l-Artikoli 4 u 5, u

- ċertifikat ta' awtentiċità maħruġ skond l-Artikolu 6.

2. Liċenzji ta' importazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 jinħarġu kull xahar. Il-kwantità disponibbli kull xahar ta' kull sena ta' importazzjoni għandha tikkorrispondi għal wieħed minn kull tnax tal-kwantità totali stipulata fl-Artikolu 2(f), miżjuda ma' kull kwantità żejda li jkun baqa' mix-xhur kif imsemmija fl-Artikolu 5(3).

Artikolu 4

Biex jiksbu liċenzja ta' importazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 3:

(a) Dawk li japplikaw għal-liċenzja jridu jkunu persuni bi status legali u li, f'dak iz-zmien li jkunu qed jitfgħu l-applikazzjoni, jkunu ilhom ghal mhux anqas minn 12-il xahar jkunu msiehba f'negozju taċ-ċanga u l-vitella bejn l-Istati Membri jew ma' pajjizi terzi u li jkunu reġistrati f'xi Stat Membru għal raġunijiet tal-VAT;

(b) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji mitfugħin jistgħu jkopru kwantità totali ekwivalenti għal mhux aktar mill-kwantità disponibbli għax-xahar li fih tkun intefgħet dik l-applikazzjoni;

(ċ) Sezzjoni 8 ta' l-applikazzjoni għal-liċenzji u l-liċenzji jridu jindikaw il-pajjiz li oriġinaw minnu; il-liċenzji għandhom iġorru magħhom l-obbligu li ssir importazzjoni mill-pajjiż imsemmi;

(d) Sezzjoni 20 ta' l-applikazzjonijiet ghal-liċenzji u l-liċenzji għandha jkollha waħda minn dawn:

- Carne de vacuno de alta calidad [Reglamento (CE) no 936/97]

- Oksekød af høj kvalitet (forordning (EF) nr. 936/97)

- Qualitätsrindfleisch (Verordnung (EG) Nr. 936/97)

- Βόειο κρέας εκλεκτής ποιότητας [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 936/97]

- High-quality beef/veal (Regulation (EC) No 936/97)

- Viande bovine de haute qualité [règlement (CE) no 936/97]

- Carni bovine di alta qualità [regolamento (CE) n. 936/97]

- Rundvlees van hoge kwaliteit (Verordening (EG) nr. 936/97)

- Carne de bovino de alta qualidade [Regulamento (CE) n.o 936/97]

- Korkealaatuista naudanlihaa (asetus (EY) N:o 936/97)

- Nötkött av hög kvalitet (förordning (EG) nr 936/97).

Artikolu 5

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmijin fl-Artikolu 4 jistgħu jintefgħu biss fi żmien l-ewwel ħamest ijiem ta' kull xahar ta' kull sena ta' importazzjoni għand l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-applikant huwa reġistrat għal skopijiet ta' VAT. Jekk applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda, ebda waħda mill-applikazzjonijet tiegħu ma tiġi kunsidrata.

2. Fit-tieni jum ta' xogħol minn wara d-data tal-gheluq ta' l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kemm hi l-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet. Din l-informazzjoni għandha tkun tinkludi l-lista ta' applikanti u l-pajjizi minfejn ġejjin. In-Notifiki kollha, li jinkludu n-nil returns, għandhom jintbagħtu qabel l-erbgħa ta' wara nofsinhar tad-data indikata.

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi xi proporzjon ta' kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għandhom jingħataw. Jekk l-ammonti koperti bl-applikazzjonijiet ta' liċenzji huma akbar mill-ammonti disponibbli, l-Kummissjoni se jonqsulha l-ammonti li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet b'persentaġġ fiss. Jekk l-ammont totali kopert bl-applikazzjonijiet ta' liċenzji huwa inqas mill-ammont disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont li jkun fadal li għandu jizdied ma' l-ammont disponibbli għax-xahar ta' wara ta' kull sena ta' importazzjoni.

4. Bla ħsara għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex taċċetta applikazzjonijiet, il-liċenzji għandhom jinħarġu fil-11-il jum ta' kull xahar.

Artikolu 6

1. Tinħareġ kopja originali taċ-ċertifikat ta' awtentiċità flimkien ma' mhux anqas minn kopja waħda skond il-mudell ta' l-Anness I.

Il-formoli għandhom ikunu ta' qies 210 × 297 mm u l-karta għandha tiżen mhux anqas minn 40 g/m2.

2. Il-formoli għandhom ikunu mitbugħa u miktuba f'waħda mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità; jistgħu wkoll jiġu mitbugħa u miktuba f'waħda mill-ilsna uffiċjali tal-pajjiż esportatur. Id-definizzjoni fl-Artikolu 2 applikabbli għal-laħam li ġej mill-pajjiz ta' esportazzjoni għandha tkun inkluża fuq il-parti ta' wara tal-formola.

3. I ċ-ċertifikati ta' awtentiċità għandhom ikollhom numru tas-serje individwali allokat mill-awtoritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 7. Il-kopji se jkollhom l-istess numru ta' serje bħall-oriġinali.

4. L-oriġinali u l-kopji tagħhom jistgħu jkunu tajpjati jew miktuba bl-idejn. Fil-każ li jkunu miktuba bl-idejn il-kliem għandu jinkiteb b'ittri kapitali u għandha tintuża inka sewda.

5. Ċertifikati ta' awtentiċità jkunu validi biss jekk ikunu mimlijin sewwa u firmati b'mod konformi ma' l-istruzzjonijiet fl-Annessi I u II mill-awtorità li toħroghom, inkluża fil-lista ta' l-Anness II.

6. Ċertifikat ta' awtentiċità jkun meqjus iffirmat jekk ikun jinkludi d-data u l-post tal-ħruġ kif ukoll il-firma tal-persuna/i awtorizzati li jiffirmawh.

Il-bolla ta' fuq iċ-ċertifikat tista' tinbidel ma' siġill stampat kemm fuq l-oriġinal kif ukoll fuq kopji oħra tiegħu.

Artikolu 7

1. L-awtoritajiet li joħorġuhom imniżżla fil-lista ta' Anness II iridu:

(a) jkunu rikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż esportatur.;

(b) jaċċettaw li jivverifikaw iċ-ċertifikati ta' awtentiċità;

(ċ) jaċċettaw li kull nhar ta' Erbgħa jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni li permezz tagħha jkun jista' jiġi verifikat il-kontenut taċ-ċertifikati.

2. Il-lista tista' tigi riveduta mill-Kummissjoni meta l-awtorità li tkun toħroġ iċ-ċertifikat ma tibqax tkun rikonoxxuta; meta ma twettaqx xi waħda mill-obbligi tagħha u meta tkun nominata awtorità ġdida.

Artikolu 8

1. L-importazzjoni ta' l-ammonti stabbiliti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 2(a) u (e) għandu jittieħed bla ħsara għall-preżentazzjoni, fuq ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, ta' liċenzji ta' importazzjoni li ħarġu skond l-Artikolu 4(c) u (d) u paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2. (a) Iċ-ċertifikat ta' awtentiċità oriġinali maħruġ skond l-Artikolu 6 u 7 u kopja tiegħu għandu jingħata lill-awtorità kompetenti flimkien ma' l-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja ta' importazzjoni marbuta maċ-ċertifikat ta' awtentiċità. Iċ-certifikat ta' awtentiċità għandu jinżamm mill-awtorita imsemmija fuq.

(b) Iċ-ċertifikati ta' awtentiċità jistgħu jintużaw biex jinħarġu aktar minn liċenzja ta' importazzjoni waħda għal ammonti li ma jaqbżux dawk indikati fuq iċ-ċertifikat. Fejn aktar minn liċenzja waħda tinħareġ b'ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat ta' awtentiċita li juri l-kwantità attribwita.

(ċ) L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu liċenzji ta' importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fuq iċ-ċertifikat ta' awtentiċità tikkorrispondi ma' dik li tkun irċeviet kull ġimgħa mill-Kummissjoni fuq dak is-suġġett. Il-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara dan.

3. Minkejja l-paragrafu 2 (c), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'kazi eċċezzjonali u għal raġunijiet validi, joħorġu liċenzji ta' importazzjoni fuq il-bazi taċ-ċertifikati relevanti qabel ma tkun waslet l-informazzjoni mingħand il-Kummissjoni. F'dawn il-kazi, l-ħlas għal-liċenzji ta' importazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) għandu jkun 50 ECU għal kull 100 kg ta' użin nett. Wara li jkunu rċevew l-informazzjoni relattata maċ-ċertifikat, l-Istati Membri għandhom ibiddlu dan il-ħlas ma' dak imsemmija fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 9

Iċ-ċertifikati ta' awtentiċità u l-liċenzji ta' importazzjoni jibqgħu validi għal tlett xhur mid-data li fiha jinħarġu. It-terminu tal-validità tagħhom, izda, jagħlaq mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' wara d-data ta' ħruġ.

Artikolu 10

1. Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 u (KE) Nru 1445/95 għandhom japplikaw bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-dazju ta' importazzjoni sħiħ provdut fit-Tariffa Komuni tad-Dwana(CCT) għandu jittieħed fuq ammonti akbar minn dawk imsemmija fuq il-liċenzji ta' importazzjoni.

3. It-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m'għandux japplika.

4. Minkejja l-Artikolu 33(3)(b) (ii) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, iż-żmien massimu sabiex jiġu sottomessi l-provi ta' importazzjoni li magħha jkun hemm marbut ħlas ta' 15 % biss għandu jkun ta erba' xhur

Artikolu 11

1. Sa mhux aktar tard minn tliet gimgħat wara l-importazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, l-importaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-liċenzji ta' importazzjoni bil-kwantita u l-oriġini tal-prodotti impurtati. L-awtorità kompetenti għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni fil-bidu ta' kull xhar.

2. Sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara kull nofs-sena ta' importazzjoni l-awtorità kompetenti imsemmija għandha tavża lill-Kummissjoni bil-kwantità ta' prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 li l-liċenzji ta' importazzjoni tagħhom maħruġin skond dan ir-Regolament intuzaw fiz-żmien tal-perjodu ta' sitt xhur imsemmi, maqsuma skond il-pajjiż ta' oriġini.

Artikolu 12

1. Meta japplikaw għal-liċenzji ta' importazzjoni, l-importaturi għandhom iħallsu 12-il ECU kull 100 kilogramma, irrispettivament minn l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, u ħlas ta' ECU kull 100 kilogramm biex jassiguraw li l-importatur igħaddi lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament.

2. Il-ħlas għall-informazzjoni għandu jingħata lura jekk l-informazzjoni tkun għaddiet ghand l-awtorità kompetenti saż-żmien stipulat li hemm riferenza għalih f'Artiklu 11 (1) għall-ammont kopert mill-informazzjoni. Altrimenti l-ħlas m'għandux jingħata lura.

Id-deċiżjoni biex jingħata lura l-ħlas għandha tittieħed fl-istess żmien meta tittieħed id-deċiżjoni biex jintbagħat lura l-ħlas għal-liċenzja.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussel, fis-27 ta' Mejju ta' l-1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

[2] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[3] ĠU L 320, tal-11.12.1996, p. 4.

[4] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

[5] ĠU L 45, tal-15.2.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

LISTA TA' AWTORITAJIET F'PAJJIZI TA' ESPORTAZZJONI LI JISTGĦU JOHORĠU ĊERTIFIKATI TA' AWTENTIĊITÀ

- SECRETARÍA DE AGRICULTURA, GANADERÍA Y PESCA:

għal-laħam li ġej mill-Arġentina u li huwa skond id-definizzjoni fl-Artikolu 2(a).

- IL-KORPORAZZJONI AWSTRALJANA GHAL-LAĦAM U L-LIVESTOCK.

għal-laħam li ġej mill-Awstralja:

(a) li jissodisfa d-definizzjoni fl-Artikolu 2(b);

(b) li jissodisfa d-definizzjoni fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 1(1).

- INSTITUTO NACIONAL DE CARNES (INAC):

għal-laħam li ġej mill-Urugwaj u li jissodisfa id-definizzjoni fl-Artikolu 2(c).

- DEPARTAMENTO NACIONAL DE INSPECÇÃO DE PRODUTOS DE ORIGEM ANIMAL (DIOPA):

għal-laħam li ġej mill-Brażil u li jissodisfa id-definizzjoni fl-Artikolu 2(d).

- IL-BORD TAL-PRODUTTURI TAL-LAĦAM TAN-NEW ZEALAND:

għal-laħam li ġej min-New Zealand, li jissodisfa d-definizzjoni fl-Artikolu 2(e).

- SERVIZZ TA' L-ISPEZZJONI U SIGURTA TA' L-IKEL (FSIS) TAD-DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA TA' L-ISTATI UNITI (USDA):

għal-laħam li ġej mill-Istati Uniti ta' l-Amerika u li jissodisfa id-definizzjoni fl-Artikolu 2(f).

- IL-QASAM TA' PRODUZZJONI TA' IKEL U SPEZZJONI - AGRIKULTURA MILL-KANADA, DIRECTION GÉNÉRALE "PRODUCTION ET INSPECTION DES ALIMENTS" - AGRIKULTURA MILL-KANADA:

għal-laħam li ġej mill-Kanada, u li jissodisfa id-definizzjoni fl-Artikolu 2(f).

--------------------------------------------------

Top