Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0686

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 686/97 ta' l-14 ta'April 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd

    ĠU L 102, 19.4.1997, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/686/oj

    31997R0686



    Official Journal L 102 , 19/04/1997 P. 0001 - 0003


    Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 686/97

    ta' l-14 ta'April 1997

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 miġjub fih,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Filwaqt li lis-skorti tal-ħut ġew sfruttati żżejjed matul dawn l-aħħar snin, u għaldaqstant hemm bżonn ta' ħidmiet sinjifikanti ta' sorveljanza u ta' kontroll tal-attivitajiet tas-sajd sabiex tiġi rmedjata din is-sitwazzjoni;

    Filwaqt li hemm il-bżonn ta' miżuri effettivi taħt il-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż, u li jtejbu d-disponibilità u l-eżattezza tal-informazzjoni, bħall-introduzzjoni ta' sistemi ta' sorveljanza ta' bastimenti bis-satellita;

    Filwaqt li, skond l-Artikolu 3 ta' Regolament (KEE) Nru 2847/93 [3], il-Kunsill jista' jiddeċiedi li tiġi stabbilita sistema ta' kontroll kontinwu ta' lokazzjoni għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità;

    Filwaqt li l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' proġetti pilota li għandhon jiġu mwettqa mill-Istati Membri skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 897/94 tat-22 ta'April 1994 li jiddetta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 f'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti pilota dwar kontrolli kontinwi ta' lokazzjoni ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità [4], uriet li bosta sistemi ta' kontrolli ta' bastimenti bis-satellita jistgħu jintużaw sabiex jistabbilixxu l-lokazzjoni tal-bastimenti tas-sajd;

    Billi l-kontroll kontinwu bis-satellita ta' ċertu kategoriji ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandu jġib ‘il quddiem l-ħidma amministrattiva, is-sorveljanza ta' inħawi sensittivi, il-kontrolli doppji tal-ġurnali t'abbord, u l-kontrolli tal-iżbarkar;

    Billi s-sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita għandha tapplika għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-ibħra ta' pajjiżi terzi biss fil-każ fejn il-pajjiż jew pajjiżi terzi in kwistjoni aċċettaw l-obligazzjoni li japplikaw sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita għall-bastimenti tagħhom li jaħdmu fl-ibħra tal-Komunità;

    Billi huwa xieraq li jaċċettaw l-obbligu li japplikaw sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita għal ċerti bastimenti tal-Komunità li jaħdmu esklussivament f'sajd mal-kosta u sajd ta' vjaġġi qosra;

    Billi s-sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita għandha tassigura li komunikazzjonijiet minn bastimenti tal-Komunità jaslu għand l-Istat tal-bandiera tal-bastiment u mill-kosta tal-Istat Membru fl-istess ħin;

    Billi huwa xieraq li jkun hemm il-ħsieb li jitwaqqfu sistemi alternattivi għas-sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita; filwaqt li Stat Membru li jitlob għal din il-possibiltà għandu jagħti prova li s-sistema alternattiva hi effettiva daqs is-sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3 tar- Regolament (KEE) Nru 2847/93 hu minn issa mibdul bit-test segwenti:

    "Artikolu 3

    1. Kull Stat Membru għandu jistabilixxi sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita, minn issa ‘l quddiem issir referenza għaliha bħala "VMS", sabiex jikkontrolla l-lokazzjoni tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità.

    Il-VMS għandha tapplika mhux aktar tard mit-30 ta'Ġunju 1998 għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità li huma akbar minn 20 metru bejn il-perpendikulari jew 24 metru tul b'kollox għal kwalunkwe waħda mill-kategorji segwenti:

    - bastimenti li jaħdmu fl-ibħra ewlenin, minbarra fil-baħar Mediterran,

    - bastimenti li jaħdmu fl-ibħra ta' pajjiżi terzi, sakemm ikunu saru klawsoli fil-Ftehim mal-pajjiż terz jew pajjiżi terzi relevanti għall-applikazzjoni ta' VMS għall-bastimenti ta' tali pajjiż jew pajjiżi li jaħdmu fl-ibħra tal-Komunità,

    - bastimenti li jaqbdu l-ħut li jibdluhom fi smida u żejt.

    2. Il-VMS għandha tapplika mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000 għall-bastimenti kollha tas-sajd tal-Komunità li huma akbar minn 20 metru bejn il-perpendikulari jew 24 metru tul b'kollox kull fejn joperaw. Madankollu, il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-ibħra ta' pajjiż jew pajjiżi terzi jkunu suġġetti għall-applikazzjoni ta' VMS biss fejn tali pajjiż jew pajjiżi terzi jkunu aċċettaw l-obbligazzjoni li japplikaw VMS għall-bastimenti tagħhom li jaħdmu fl-ibħra tal-Komunità.

    3. Minkejja l-klawsoli ta' paragrafi 1 u 2 fuq, l-VMS m'għandiex tapplika għal bastimenti:

    (a) li joperaw esklussivament fi 12-il mil nawtiku mill-linja bażi tal-Istat Membru tal-bandiera; jew

    (b) li qatt ma għamlu aktar minn 24 siegħa fil-baħar mill-ħin tat-tluq sa meta jirritornaw lura fil-port.

    4. Meta Stat Membru jimponi VMS fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li ma jaqawx fl-iskop ta' paragrafi 1 sa 3, dawk il-bastimenti jkunu eliġibbli għall-istess għajnuna finanzjarja li tapplika għall-bastimenti li japplikaw VMS taħt paragrafi 1 u 2.

    5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jiġi nstallat b'mod effettiv apparat ta' mmarkar bis-satellita fuq bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom li għalihom għandha tapplika VMS. L-apparat ta' mmarkar bis-satellita jippermetti bastiment tas-sajd li jikkomunika permezz ta' satellita mal-Istat tal-bandiera u mal-Istat Membru kostali kkonċernat fl-istess ħin, il-posizzjoni ġeografika tiegħu u fejn hemm bżonn ir-rapporti ta' ħidma li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 19b. Fil-każ ta' forza maġġuri għandha tiġi kkomunikata informazzjoni relevanti permezz tar-radju fuq stazzjon tar-radju approvat taħt regoli tal-Komunità għar-riċeviment ta' din l-informazzjoni jew bil-mezzi speċifikati fl-Artikolu 19ċ.

    6. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom tapplika VMS għandhom jassiguraw li l-apparati ta' mmarkar bis-satellita jaħdmu tajjeb f'kull ħin u li l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 5 qed tiġi trasmessa. It-trasmissjoni għandha ssir bil-frekwenza ta' kuljum meħtieġa sabiex jiġi assigurat li l-Istat Membru tal-bandiera u/jew l-Istat Membru kostali jkun jista' jikkontrolla l-bastimenti b'mod effettiv.

    7. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu u jħaddmu ċentri ta' kontrolli tas-sajd, minn issa ‘l quddiem issir referenza għalihom bħala "FMS", li għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet u l-kapaċita' tas-sajd. Il-FMS għandhom jibdew jaħdmu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1998.

    Il-FMS ta' Stat Membru partikulari għandhom jikkontrollaw l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, mingħajr ma jagħtu każ tal-ibħra li jkunu joperaw fihom jew il-port li jkunu qegħdin fih, kif ukoll ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri oħra u ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li għalihom tapplika VMS fl-ibħra taħt is-sovranita' jew il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari.

    8. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal-FMS u għandu jieħu l-miżuri adattati sabiex ikun żgurat li l-FMS tiegħu għandu r-riżorsi xierqa għall-persunal u huwa ekwippaġġat b' hardware u software tal-komputer li jippermetti pproċessar tad-data u trasmissjoni tad-data elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri ta' back-up u rkupru fil-każ ta' falliment tas-sistema.

    L-Isati Membri jistgħu iħaddmu FMS flimkien.

    9. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex ikun żgurat li d-data li jirċievu l-bastimenti tas-sajd tiegħu li għalih tapplika VMS tkun rreġistrata b'mod li tkun tista' tinqara mill-kompjuter għal perjodu ta' tliet snin.

    L-Istat Membru kostali għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex ikun żgurat li d-data li jirċievu l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz li għalihom tapplika VMS tkun rreġistrata b'mod ili tkun tista' tinqara mill-kompjuter għal perjodu ta' tliet snin.

    Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal dawn il-files tal-kompjuter fuq bażi ta' talba speċifika. Il-klawsoli ta' l-Artikolu 37 għandhom japplikaw.

    10. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura dettata fl-Artikolu 36.

    B'mod partikolari, fuq bażi ta' applikazzjoni ta' Stat Membru u bi qbil mal-klawsoli ta' l-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista tiddeċiedi li tiġi applikata sistema alternattiva għal-VMS, waqt li jiġi kkunsidrat it-tip ta' sistema ta' kontroll propost, it-tip ta' bastiment jew bastimenti tas-sajd, il-post jew postijiet fejn isir is-sajd, l-ispeċi mmirati u t-tul tal-vjaġġi tas-sajd. Is-sistema alternattiva għandha tkun effettiva daqs VMS u tapplika fuq bażi mhux diskriminatorja.'"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 ta' April 1997.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Van Aartsen

    [1] ĠU C 209, tal-20.7.1996, p. 7.

    [2] ĠU C 20, tal-20.1.1997.

    [3] ĠU L 261, tal-20.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2489/96 (ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 12).

    [4] ĠU L 104, tat-23.4.1994, p. 18. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 376/96 (ĠU L 51, ta' l-1.3.1996, p. 31).

    --------------------------------------------------

    Top