EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0027

Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE

ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/27/oj

31997L0027



Official Journal L 233 , 25/08/1997 P. 0001 - 0031


Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta’ Lulju 1997

dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEJA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

(1) Billi l-armonizzazzjoni totali tal-ħtiġiet tekniċi għal vetturi bil-mutur hija meħtieġa sabiex jinkiseb il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, waqt li jkun assigurat livell għoli ta’ sigurtà għall-pubbliku;

(2) Billi l-ħtiġiet tekniċi li ċerti kategoriji ta’ vetturi għandhom jissodisfaw bi qbil mal-liġijiet nazzjonali għandhom x’jaqsmu ma’, inter alia, l-massa u d-dimensjonijiet tagħhom;

(3) Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw differenti minn Stat Membru għal ieħor; billi għalhekk hemm bżonn li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex jippermettu, b’mod partikolari, li tkun applikata l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

(4) Billi huwa mixtieq li jiġu armonizzati l-masses u d-dimensjonijiet massimi ta’ vetturi bil-mutur u li l-karrijiet tagħhom li jiġu rreġistrati fl-Istati Membri bi qbil mad-Direttiva 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi, għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw ġewwa l-Komunità, id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali [5]; billi d-Direttiva msemmija qabel tapplika biss għal traffiku fuq it-territorji tal-Istati Membri u mhux għal ħtiġiet tekniċi kif stabbilit fid-Direttiva 70/156/KEE;

(5) Billi d-Direttiva 96/53/KE tistabbilixxi ċerti dimensjonijiet massimi awtorizzati kemm għal traffiku nazzjonali u kemm għal traffiku internazzjonali fl-Istati Membri b’ċertu żmien għad-dħul fis-seħħ tagħhom; billi ċerti d-dimensjonijiet massimi awtorizzati oħrajn, kif ukoll masses massimi awtorizzati, jibqgħu appikabbli biss għat-traffiku internazzjonali;

(6) Billi, bħala konsegwenza, ma jidhirx li l-armonizzazzjoni tal-masses massimi awtorizzati ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom li għandhom jiġu rreġistrati fl-Istati Membri tkun tista’ ssir fi żmien qasir; billi min-naħa l-oħra issa jidher li l-armonizzazzjoni tad-dimensjonijiet massimi tagħhom tkun tista’ tintlaħaq, sakemm ikun possibbli, sabiex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-masses billi tipprovdi għall-possibilità ta’ proċedura uniformi sabiex ikunu stabbiliti l-masses massimi permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ vetturi f’kull Stat Membru, u sabiex ikun segwit it-titjib kostanti tas-sigurtà, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ karrijiet;

(7) Billi, bi qbil ma’ l-Artikolu 4(3) u (4) tad-Direttiva 96/53/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu ċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom ta’ vetturi tal-kategorija N b’dimensjonijiet li jeċċedu l-limiti stabbiliti f’dik id-Direttiva, jew għall-ġarr ta’ tagħbijiet li ma jistgħux ikunu maqsuma jew għall-għan ta’ ċerti ħidmiet tat-trasport nazzjonali li ma jaffetwawx b’mod sinnifikanti l-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport; billi, safejn huma kkonċernati vetturi tal-kategoriji M2 u M3, id-Direttiva 96/53/KE tapplika biss għat-traffiku internazzjonali; billi għalhekk permezz ta’ deroga hemm bżonn li jkunu permessi l-approvazzjonijiet għal vetturi ta’ dimensjonijiet li jeċċedu d-dimensjonijiet massimi awtorizzati b’din id-Direttiva u għal ċerti karatteristiċi oħra, flimkien mal-possibilità għall-Istati Membri li jirrifjutaw vetturi approvati permezz ta’ dawk id-disposizzjonijiet ta’ deroga;

(8) Billi din id-Direttiva hi waħda mid-Direttivi separati li għandu jkun hemm konformità magħhom sabiex tkun assigurata l-konformità ta’ vetturi mal-ħtiġiet tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentament, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x’jaqsmu ma’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

(9) Billi, b’mod partikolari, skond l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, kull Direttiva separata għandha jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti relevanti ta’ l-Anness I ta’ dik id-Direttiva kif ukoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI tagħha sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kkomputerizzata;

(10) Billi ġew inkorporati disposizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ vetturi mhux kompleti sabiex tkun iffaċilitata l-approvazzjoni tat-tieni fażi ta’ vetturi kompleti;

(11) Billi f’din id-Direttiva huma introdotti disposizzjonijiet speċjali sabiex jieħdu kont ta’ fusien li jistgħu jiġu miġbuda lura jew li jistgħu jiġu mgħobbija; billi huwa rikonoxxut li għandu jittieħed kont ukoll ta’ tali fusien fid-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [6] u fid-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE tat-8 ta’ Ġunju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir l-apparat ta’ l-isteering għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [7];

(12) Billi għandhom jiġu inkorporati ukoll disposizzjonijiet speċjali fid-Direttiva 71/320/KEE sabiex jittieħed kont aħjar tal-kondizzjonijiet tekniċi li taħthom vetturi tal-kategoriji M2, M3 u N jistgħu jirmunkaw karrijiet;

(13) Billi għandhom jiġu inkorporati wkoll id-disposizzjonijiet speċjali fid-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu [8] sabiex jittieħed kont tal-fatt li vetturi jistgħu jiġu rreġistrati b’masses differenti fl-Istati Membri,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur jew karru kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ u l-Anness II tal Direttiva 70/156/KEE, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M1.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura, jew jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura għal raġunijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-masses u d-dimensjonijiet tagħha jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I ta’ hawnhekk.

Artikolu 3

B’danakollu, Stat Membru jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura, jew jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura, jew iqis iċ-ċertifikat tal-konformità tagħha bħala mhux validu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew jawtorizza biss għall-ġarr ta’ tagħbijiet li ma jistgħux ikunu maqsuma jekk, wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni taħt din id-Direttiva, tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 7 tagħha u dik id-deroga tkun tikkonfliġġi mal-ħtiġiet nazzjonali fis-seħħ f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 4

Meta l-Istati Membri jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vetturi approvati taħt din id-Direttiva jew jippermettu r-reġistrazzjoni, d-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tali vetturi, huma jassenjawlhom masses massimi permissibbli nazzjonali ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz skond il-masses massimi awtorizzati nazzjonali relevanti tagħhom. Sabiex ikunu stabbilita dawn il-masses massimi permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz, l-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li japplika l-proċedura prevista fl-Anness IV, jekk il-manifattur jitlob l-applikazzjoni tagħha.

Artikolu 5

B’deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu fusien li jistgħu jiġu miġbuda lura jew li jistgħu jiġu mgħobbija għal ħtiġiet tekniċi nazzjonali. B’danakollu, l-ebda Stati Membru ma jista’ jirrifjuta li japplika il-ħtiġiet tekniċi stabbiliti fis-sezzjoni 3 ta’ l-Anness IV jekk il-manifattur jitlob l-applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 6

B’deroga mill-Artikolu 2 u s-sezzjoni 7.3.2.1 ta’ l-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’, jew jirrifjutaw jew jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xarabank jew coach li l-wisa’ tagħhom jeċċedi 2,50 m sal-31 ta’ Diċembru 1999, kif previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/53/KE.

Artikolu 7

B’deroga mill-Artikolu 2 u s-sezzjoni 7.3 ta’ l-Anness I, u mingħajr il-bżonn li l-ħtiġiet tas-sezzjoni 7.6 ta’ l-Anness I jiġu sodisfatti, l-Istati Membri jistgħu japprovaw vetturi b’dimensjonijiet li jeċċedu dawk stabbiliti f’dawk is-sezzjonijiet. Dettalji tad-deroga għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip fl-Anness III ta’ din id-Direttiva u għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3.

Artikolu 8

Id-Direttiva 70/156/KEE hi emendata kif ġej:

(a) L-Anness I hu ssuplimentat kif ġej:

1. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (j) għandha tkun issuplimentata kif ġej: "għal vetturi minbarra dawk tal-kategorija M1, id-Direttiva 97/27/KE, l-Anness I, is-sezzjoni 2.4.1".

2. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (k) għandha tkun issuplimentata kif ġej: "għal vetturi minbarra dawk tal-kategorija M1, id-Direttiva 97/27/KE, l-Anness I, is-sezzjoni 2.4.2".

3. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (l) għandha tkun issuplimentata kif ġej: "għal vetturi minbarra dawk tal-kategorija M1, id-Direttiva 97/27/KE, l-Anness I, is-sezzjoni 2.4.3".

(b) IL-Punt 48 ta’ l-Anness IV hu sostitwit bit-test li ġej:

| "Suġġett | Direttiva | ġU Nru | Applikabiltà |

M1 | M2 | M3 | N1 | N2 | N3 | O1 | O2 | O3 | O4 |

48 | Masses u dimensjonijiet (ħlief dawk il-vetturi b’riferenza għalihom fil-lista 44) | 97/27/ES | L 233, 25. 8. 1997 | | x | x | x | x | x | x | x | x | x" |

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-22 ta’ Lulju 1999 l-aktar tard. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkompanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi.………, fit-22 ta’ Lulju 1997.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-Robles

Għall-Kunsill

Il-President

J. Poos

[1] ĠU Nru C 230, ta’ l-4.9.1991, p. 46.

[2] ĠU Nru C 49, ta’ l-24.2.1992, p.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 1992 (ĠU Nru C 67, tas-16.3.1992, p.81), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 1996 (ĠU Nru C 41, ta’ l-10.2.1997, p.5), Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ April 1997 (ĠU Nru C 132, tat-28.4.1997) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1997.

[4] ĠU Nru L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/79/KE (ĠU Nru L 18, tal-21.1.1997, p. 7).

[5] ĠU Nru L 235, tas-17.9.1996, p. 59.

[6] ĠU Nru L 202, tas-6.9.1971, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/422/KEE (ĠU Nru L 233, tat-22.8.1991, p. 21).

[7] ĠU Nru L 133, tat-18.6.1970, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/62/KEE (ĠU Nru L 199, tat-18.7.1992, p. 33).

[8] ĠU Nru L 24, tat-30.1.1976, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/507/KEE (ĠU Nru L 155, tat-13.6.1978, p. 31).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

1. Din id-Direttiva tapplika għall-masses u d-dimensjonijiet ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3 u N u l-karrijiet tal-kategorija O, kif iddefiniti fl-Anness II (A) tad-Direttiva 70/156/KEE.

2. DEFINIZZJONIJIET:

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

2.1. "Vetturi bil-mutur" tfisser kwalunkwe vettura li taħdem b’magna kif definit fl-Anness II (A) tad-Direttiva 70/156/KEE.

2.1.1. Vetturi bil-mutur ta’ kategorija N:

2.1.1.1. "trakk" ifisser vettura bil-mutur tal-kategorija N1, N2, jew N3 li tkun iddisinnjata u mibnija esklussivament jew prinċiparjament sabiex iġorr il-merkanzija. Tista’ wkoll tirmonka karru;

2.1.1.2. "Vettura tal-irmonk" ("trattur") tfisser vettura bil-mutur tal-kategorija N1, N2, jew N3, li tkun iddisinnjata u mibnija esklussivament jew prinċiparjament sabiex tirmonka karrijiet;

2.1.1.2.1. "Vettura li tirmonka l-karrijiet" (’trattur tat-triq’) tfisser vettura tal-irmonk li tkun iddisinnjat u mibnija esklussivament jew prinċiparjament sabiex tirmonka karrijiet apparti milli semi-karrijiet. Tista’ tkun mgħammar bi pjattaforma għat-tagħbija,

2.1.1.2.2. "Vettura li tirmonka nofs-karru" (’trattur ta’ nofs-karru’) tfisser vettura li tirmonka li tkun iddisinnjata u mibnija esklussivament jew prinċiparjament sabiex tirmonka semi-karrijiet,

2.1.1.3. Vetturi kompleti jew ikkompletati tal-kategorija N apparti milli trakkijiet u vetturi li jirmonkaw huma meqjusa li jkunu vetturi bi skop speċjali.

2.1.2. Vetturi bil-mutur tal-kategorija M2 jew M3:

2.1.2.1. "Xarabank jew coach" tfisser vettura tal-kategorija M2 jew M3 iddisinnjata u mibnija għall-ġarr ta’ passiġġieri bilqegħda, jew passiġġieri bilqegħda u bil-wieqfa.

2.1.2.1.1. "Xarabank jew coach artikulata" tfisser xarabank jew coach li tkun magħmula minn żewġ taqsimiet riġidi jew aktar li jduru relattivament waħda ma’ l-oħra, il-kompartimenti tal-passiġġiera ta’ kull taqsima jikkomunikaw waħda ma’ l-oħra sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jimxu b’mod liberu bejniethom; it-taqsimiet riġidi jkunu magħquda b’mod permanenti b’tali mod li jistgħu jkunu sseparati biss b’ħidma li tinvolvi faċilitajiet li normalment ikunu jinstabu f’workshop.

2.1.2.1.2. "Xarabank jew coach b’żewġ sulari" tfisser xarabank jew coach fejn l-ispazji pprovvduti għall-passiġġieri jkunu rranġati, ta’ l-anqas f’parti waħda, jew fuq żewġ livelli sovrappożizzjonati, u ma jkunx hemm spazju ipprovvdut għall-passiġġieri bil-wieqfa fis-sular ta’ fuq.

2.1.2.1.3. "Klassi" ta’ xarabank jew coach tfisser:

2.1.2.1.3.1. Għal vetturi li jesgħu aktar minn 22 passiġġier flimkien max-xufier:

2.1.2.1.3.1.1. "Klassi I": vetturi mibnija b’partijiet għal passiġġieri bil-wieqfa, li jippermettu moviment frekwenti tal-passiġġieri,

2.1.2.1.3.1.2. "Klassi II": vetturi mibnija prinċipalment għall-ġarr ta’ passiġġieri bilqegħda, u jkunu ddisinnjati sabiex jippermettu l-ġarr ta’ passiġġieri bil-wieqfa fil-passaġġ u, jekk tkun ipprovvduta, f’parti li ma teċċedix l-ispazju pprovvdut għal żewġ sedili doppji,

2.1.2.1.3.1.3. "Klassi III": vetturi mibnija esklussivament għall-ġarr ta’ passiġġieri bilqegħda.

2.1.2.1.3.2. Għal vetturi li ma jesgħux aktar minn 22 passiġġier flimkien max-xufier:

2.1.2.1.3.2.1. "Klassi A": vetturi ddisinjati sabiex iġorru passiġġieri bil-wieqfa; vettura ta’ din il-klassi jkollha sedili u tista’ jkollha post għall-passiġġieri bil-wieqfa,

2.1.2.1.3.2.2. "Klassi B": vetturi ddisinjati sabiex iġorru passiġġieri bil-wieqfa; vettura ta’ din il-klassi jkollha sedili u tista’ jkollha post għal passiġġieri bil-wieqfa,

2.1.2.1.4. Vettura tista’ titqies li tkun tappartjeni għal aktar minn klassi waħda. F’każ tali għandha tkun konformi mal-ħtiġiet kollha li jikkorrespondu ma’ din id-Direttiva.

2.1.2.2. Vetturi tal-kategorija M2 jew M3 minbarra xarabank u coach jitqiesu li jkunu vetturi bi skop speċjali (e.g. ambulanzi).

2.2. Vetturi tal-kategorija O:

2.2.1. "Vettura rmunkata" ("Karru") tfisser vettura li ma tmexxix lilha nnifisha li tkun iddisinnjata u mibnija sabiex tkun irmunkat minn vettura bil-mutur.

2.2.2. "Nofs-karru" tfisser vettura rmunkata li tkun iddisinnjat sabiex tkun magħquda ma’ vettura li tirmonka nofs-karru jew ma’ fus dolly u li jimponi tagħbija vertikali sostanzjali fuq il-vettura li tirmonka jew fuq il-fuq tad-dolly.

2.2.3. "Karru bi drawbar" tfisser vettura rmunkata b’għallanqas żewġ fusien, li minnhom ta’ l-anqas wieħed ikun fus li jista’ jiġi mdawwar, u:

- mgħammar b’mezz ta’ rmonk li jista’ jimxi b’mod vertikali (fir-rigward tal-karru),

- li ma jittrasmetti l-ebda tagħbija vertikali statika sinnifikanti fuq il-vettura li jirmonka (anqas minn 100 daN).

Meta s-nofs-karru jiġi gganċjat ma’ fus dolly jitqies li jkun il-karru bi drawbar.

2.2.4. "Karru ta"fus ċentrali’ tfisser il-karru bi drawbar riġidu fejn il-fus(ien) ikun (ikunu) pożizzjonat(i) qrib iċ-ċentru tal-gravità tal-vettura (meta jkun mgħobbi b’mod uniformi) sabiex tagħbija vertikali statika żgħira biss, li ma tkunx teċċedi 10 % ta’ dik li tikkorrespondi għall-massa massima tal-karru jew tat-tagħbija ta’ 1000 daN (skond liema minnhom ikun l-iżgħar) tkun trasmessa għall-vettura li tirmonka.

2.3. "Grupp ta’ fusien" tfisser fusien li jkunu parti minn bogie, Grupp ta’ żewġ fusien jissejjaħ tandem u grupp ta’ tlett fusien bogie ta’ tlett fusien. B’konvenzjoni, fus waħdieni jiġi kkunsidrat bħala grupp ta’ fus wieħed.

2.4. "Id-dimensjonijiet tal-vettura" tfisser d-dimensjonijiet tal-vettura bbażati fuq il-kostruzzjoni tagħha, kif dikjarat mill-manifattur.

2.4.1. "Tul tal-vettura" huwa d-dimensjoni li tkun imkejla skond l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.1.

B’żieda mad-disposizzjonijiet ta’ dak l-istandard, meta jkun qiegħed jiġi mkejjel it-tul tal-vettura ma għandux jingħata każ tal-mezzi segwenti:

- mezzi ta’ wiper u washer,

- pjanċi tal-immarkar ta’ quddiem u ta’ wara,

- mezzi doganali li jissiġġillaw u l-protezzjoni tagħhom,

- mezzi sabiex iżommu t-tarpolin f’postu u l-protezzjoni tagħhom,

- tagħmir tad-dawl,

- mirja li minnhom tista’ tara fuq wara,

- mezzi li jgħinu biex tara l-ispazju ta’ wara,

- pajpijiet tad-dħul ta’ l-arja,

- waqfien fit-tul għall-karozzerija żmontabbli,

- turġien ta’ l-aċċess,

- il-protezzjonijiet tal-lastiku kontra l-ħbit,

- pjattaformi ta’ rfigħ, rampi ta’ l-aċċess u tagħmir simili f’kondizzjoni ta’ tħaddim, li ma jeċċedix 200 mm, sakemm il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura ma tkunx miżjuda,

- mezzi tal-igganċjar għal vetturi bil-mutur.

2.4.2. "Wisa’tal-vettura" hija l-qis li jkun imkejjel skond standard ISO 612-1978, terminu Nru 6.2.

B’żieda mad-disposizzjonijiet ta’ dak l-istandard, waqt it-teħid tal-kejl tal-wisa’ tal-vettura m’għandux jingħata każ tal-mezzi segwenti:

- mezzi ta’ siġill doganali u l-protezzjoni tagħhom,

- mezzi sabiex iżommu t-tarpolin f’postu u l-protezzjoni tagħhom,

- mezzi ta’ tell-tale ta’ ħsara fit-tyres,

- partijiet flessibbli li jisporġu ‘l barra tas-sistema tat-trażżin tar-raxx (ara d-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE) [1],

- tagħmir tad-dawl,

- għal vetturi tal-kategorija M2 u M3, rampi ta’ l-aċċess f’kondizzjoni tat-tħaddim, pjattaformi ta’ rfigħ u tagħmir simili f’kondizzjoni ta’ tħaddim sakemm ma jeċċedux 10 mm mill-ġenb tal-vettura u l-irkejjen tar-rampi li jħarsu ‘l quddiem jew lura jkunu miġjuba għat-tond għal raġġ ta’ mhux anqas minn 5 mm; it-truf għandhom jinġiebu għat-tond għal raġġ ta’ mhux anqas minn 2,5 mm;

- mirja li minnhom tista’ tara fuq wara,

- indikaturi tal-pressjoni tat-tyres,

- turġien li jistgħu jinġibdu lura,

- il-parti li tisporġi l-barra tal-ġenb tat-tyre immedjatament fuq il-pożizzjoni ta’ kuntatt ma’ l-art.

2.4.3. "Għoli tal-vettura" hija dimensjoni li tkun imkejla skond l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.3.

B’żieda mad-disposizzjonijiet ta’ dak l-istandard, waqt it-teħid tal-kejl ta’ l-għoli tal-vettura m’għandux jingħata każ tal-mezzi segwenti:

- antenni,

- pantografi fil-pożizzjoni elevata tagħhom.

Għal vetturi b’mezzi ta’ rafa’ tal-fus, għandu jingħata każ ta’ l-effett ta’ dan il-mezz.

2.4.4. "Tul taż-żona tat-tagħbija" ta’ vettura minbarra trattur ta’ nofs-karru jew nofs-karru tfisser id-distanza mill-pożizzjoni ta’ barra ta’ quddiem nett taż-żona tat-tagħbija għall-pożizzjoni ta’ barra ta’ wara nett tal-vettura, mkejla orizzontalment fil-pjan lonġitudinali tal-vettura.

Id-distanza għandha titkejjel mingħajr ma jingħata każ ta’:

- iż-żona tat-tagħbija quddiem il-pożizzjoni ta’ wara nett tal-kabina,

- il-mezzi msemmija fi 2.4.1, jew

- unitajiet ta’ tkessieħ li jisporġu ‘l barra u aċċessorji oħra li jkunu jinsabu quddiem iż-żona tat-tagħbija.

2.5. "Massa tal-vettura fil-kondizzjoni ta’ sewqan" tfisser il-massa tal-vettura mhux mgħobbi bil-karozzerija, u b’mezzi tal-igganċjar fil-każ ta’ vettura li tirmonka, f’kondizzjoni ta’ sewqan, jew il-massa tax-chassis b’kabina jekk il-manifattur ma jimmuntax il-karozzerija u/jew il-mezz tal-igganċjar (inklużi likwidi ta’ tkessieħ, żjut, 90 % tal-karburanti, 100 % ta’ likwidi oħra minbarra l-ilmijiet użati, għodda, rota spare u x-xufier (75 kg), u, għal xarabank u coach, il-massa tal-membru ta’ l-ekwipaġġ (75 kg) jekk ikun hemm sedil ta’ l-ekwipaġġ fil-vettura).

2.6. "Massa tat-tagħbija massima teknikament permissibbli (M)" tfisser il-massa massima tal-vettura bbażata fuq il-kostruzzjoni u r-rendiment tiegħu, kif iddikjarat mill-manifattur.

Il-massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli jiġi wżat sabiex tkun stabbilita l-kategorija tal-vettura bi qbil mal-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE, minbarra għal karrijiet ta’ fus ċentrali u semi-karrijiet fejn il-massa li għandha tiġi wżata tkun il-massa li jikkorrespondi għall-forza tat-tagħbija eżerċitata fuq il-fusien meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa tat-tagħbija massima teknikament permissibbli.

B’definizzjoni, biss il-massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli tista’ tiġi attribwita għal konfigurazzjoni teknika mogħtija tat-tip ta’ vettura kif definit b’sett wieħed tal-valuri possibbli tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Din id-definizzjoni - valur wieħed biss - tapplika għall-ħtiġiet tekniċi relevanti tas-sezzjonijiet 2.7, 2.8, 2.10, 2.11 u 2.12 skond kif xieraq.

2.7. "Massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus (m)" tfisser il-massa li tikkorrespondi għall-forza ta’ tagħbija vertikali statika massima permissibbli eżerċitata mill-fus fuq il-wiċċ tat-triq, ibbażat fuq il-kostruzzjoni tal-vettura u tal-fus u kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura.

2.8. "Massa massima teknikament permissibbli fuq grupp ta"fusien (μ)’ tfisser il-massa li tikkorrespondi għall-forza ta’ tagħbija vertikali statika massima permissibbli eżerċitata mill-grupp ta’ fusien fuq il-wiċċ tat-triq, ibbażat kemm fuq il-kostruzzjoni tal-vettura u tal-fus u l-grupp ta’ fusien u kemm kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura.

2.9. "Il-massa li tista’ tkun irmunkat" tfisser jew il-massa tal-karru bi drawbar jew nofs-karru b’fus dolly igganċjat ma’ vettura bil-mutur, jew il-massa li tikkorrespondi għall-forza ta’ tagħbija eżerċitata fuq il-fusien ta’ karru b’fus ċentrali jew nofs-karru igganċjat ma’ vettura bil-mutur.

2.10. "Massa massima li tista’ tkun irmunkata teknikament permissibbli (TM)" tfisser il- massa massima li tista’ tkun irmunkata iddikjarata mill-manifattur.

2.11. "Massa massima teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar ta’ vettura bil-mutur" tfisser il-massa li tikkorrespondi għall-forza ta’ tagħbija vertikali statika massima permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar, ibbażata kemm fuq il-kostruzzjoni tal-vettura bil-mutur u/jew l-mezzi tal-igganċjar u kif iddikjarat mill-manifattur. Permezz tad-definizzjoni, din il-masa ma tinkludix il-massa tal-mezz tal-igganċjar għal vetturi tal-irmonk f’kondizzjoni ta’ sewqan, b’dana kollu tinkludi l-massa ta’ xi mezz tal-igganċjar li għandha tkun mgħammra fuq vetturi oħra.

2.12. "Massa massima teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar ta’ nofs-karru jew il-karru ta’ fus ċentrali" tfisser il-massa li tikkorrespondi għall-forza ta’ tagħbija vertikali statika massima permissibbli li għandha tkun ttrasferita mil-karru għall-vettura li tirmonka fil-pożizzjoni tal-igganċjar, kif iddikjarat mill-manifattur tal-karru.

2.13. "Massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni (MC)" tfisser il-valur massimu tas-somma tal-massa tal-vettura bil-mutur mgħobbija u tal-karru irmunkat mgħobbi, ibbażat fuq il-kostruzzjoni tal-vettura bil-mutur, u kif iddikjarat mill-manifattur.

2.14. "Mezz ta’ rafa’ tal-fus" tfisser il-mezz iffittjat b’mod permanenti fuq vettura sabiex inaqqas jew iżid it-tagħbija fuq il-fus(ien), skond il-kondizzjonijiet tat-tagħbija tal-vettura:

- jew billi r-roti jiġu merfugħin b’mod li jinqatgħu minn ma l-art/jiġu mniżżla ma’ l-art,

- jew mingħajr ma r-roti jiġu merfugħin b’mod li jinqatgħu minn ma l-art, (e.ż. fil-każ ta’ sistemi ta’ suspensjoni ta’ l-arja, jew sistemi oħrajn),

sabiex inaqqsu x-xedd fuq it-tyres meta l-vettura ma tkunx mgħobbija għal kollox, u/jew sabiex jagħmlu l-istartjar (tluq) fuq art tiżloq aktar faċli għal vetturi bil-mutur jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi, billi tkun miżjuda t-tagħbija fuq il-fus li jmexxi.

2.15. "Fus li jista’ jinġibed lura" tfisser fus li jista’ jiġi merfugħ/imniżżel mill-mezz ta’ rafa’ tal-fus bi qbil ma’ 2.1.4, l-ewwel inċiż.

2.16. "Fus li jista’ jiġi mgħobbi" tfisser fus li t-tagħbija fuqu tista’ tiġi varjata mingħajr ma jiġi merfugħ il-fus bl-użu tal-mezz ta’ rafa’ tal-fus bi qbil ma’ 2.1.4, it-tieni inċiż;

2.17. "Suspensjoni ta’ l-arja" tfisser sistema ta’ suspensjoni li fuqha 75 % ta’ l-effett tal-molol ikun ikkawżat bil-molla ta’ l-arja.

2.18. "Suspensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal suspensjoni ta’ l-arja" tfisser sistema ta’ suspensjoni għal fus ta’ vettura jew grupp ta’ fusien li tkun konformi mal-ħtiġiet ta’ 7.11.

2.19. "Tip ta’ vettura" tfisser vetturi li ma jkunux differenti f’tali aspetti essenzjali bħal ma huma:

- l-manifattur,

- il-kategorija ta’ vetturi kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE,

- l-aspetti essenzjali ta’ kostruzzjoni u disinn bħal ma huma:

- għal vettura tal-kategoriji M2 u M3:

- ix-chassis/karozzerija ta’ sostenn, sular wieħed/doppju, riġidu/artikulat (differenzi ovvji u fundamentali).

- suspensjoni fuq il-fus li jmexxi: pnewmatika jew ekwivalenti/mhux ta’ l-arja u mhux ekwivalenti,

- numru ta’ fusien,

- għal vetturi tal-kategorija N:

- chassis/qiegħ (differenzi ovvji u fundamentali),

- suspensjoni fuq il-fus li jmexxi: arja jew ekwivalenti/mhux ta’ l-arja u mhux ekwivalenti,

- numru ta’ fusien,

- għal vetturi tal-kategorija O:

- chassis/karozzerija ta’ sostenn (differenzi ovvji u fundamentali), il-karru/nofs-karru/il-karru ta’ fus ċentrali bi drawbar,

- sistema tal-brake: mhux imwaqqfa/inerzja/kontinwa,

- numru ta’ fusien.

Għall-iskop ta’ din is-sezzjoni, l-aspetti tal-kostruzzjoni u tad-disinn, bħal b’mod partikolari d-distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara, disinn tal-fus, suspensjoni, steering, tyres u l-modifiki li jikkorrespondu tal-mezz ta’ korrezzjoni tal-brake għall-fusien, jew iż-żjieda jew it-tnaqqis ta’ valvoli tat-tnaqqis f’dak li għandu x’jaqsam mal-konfigurazzjonijiet ta’ trattur ta’ nofs-karru u tat-trakk, u tagħmir li jkollu x’jaqsam max-chassis (e.ż. magna, tankijiet tal-karburanti, trażmissjoni, eċċ.) ma jitqisux essenzjali.

3. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE bi qbil ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mal-massa u d-dimensjonijiet tagħha għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura.

3.2. Għandha tkun akkompanjata b’dokument ta’ informazzjoni, li mudell tiegħu huwa mogħti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

3.3. Vettura jew vetturi li jkunu konformi mal-karatteristiċi deskritti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva u magħżul jew magħżula għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku li jkun qiegħed jieħu ħsieb it-testijiet ta’ l-approvazzjoni jew tal-kontrolli bħala rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat, għandha tkun ippreżentata għand dak is-servizz tekniku.

4. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

4.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu ssodisfatti, tingħata approvazzjoni tat-tip tal-KE bi qbil mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.2. Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hu mogħti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

4.3. Avviż ta’ l-approvazzjoni jew ta’ l-estenzjoni jew ta’ l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura bi qbil ma’ din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata lill-Istati Membri bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.4. Numru ta’ l-approvazzjoni bi qbil ma’ l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE hu mogħti għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru għal tip ieħor ta’ vettura.

5. EMENDI GĦAL APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta’ emendi għal approvazzjonijiet mogħtija bi qbil ma’ din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE huma applikabbli.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

7. ĦTIĠIET

7.1. Kejl tal-massa tal-vettura fil-kondizzjoni ta’ sewqan u tad-distribuzzjoni tagħha bejn il-fusien

Il-massa tal-vettura fil-kondizzjoni ta’ sewqan u tad-distribuzzjoni tagħha fuq il-fusien hija mkejjla fuq il-vetturi ppreżentati bi qbil ma’ 3.3, mqiegħda f’pożizzjoni wieqfa bir-roti tagħha issettjati dritt il-quddiem.

Jekk il-massa imkejla tkunu differenti b’mhux aktar minn 3 % mill-massa mogħtija mill-manifattur għall-konfigurazzjonijiet tekniċi li jikkorrespondu fi hdan it-tip, jew b’mhux aktar minn 5 % jekk il-vettura jkun tal-kategoriji N1, O1, O2, jew M2 ma jeċċedix 3,5 t, il-massa fil-kondizzjoni ta’ sewqan u d-distribuzzjoni tagħhom bejn il-fusien kif iddikjarat mill-manifattur jintużaw għall-iskopijiet tal-ħtiġiet t’hawn taħt. Inkella għandhom jintużaw il-massa imkejla u s-servizz tekniku jista’ mbagħad, jekk ikun hemm bżonn, jieħu kejl addizzjonali fuq vetturi minbarra fuq dawk ippreżentati bi qbil ma’ 3.3.

7.2. Kejl tad-dimensjonijiet

Kejl tat-tul, tal-wisa’ u ta’ l-għoli totali jsir bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ 2.4 fuq il-vettura (vetturi) fil-kondizzjoni ta’ sewqan ippreżentata(i) bi qbil ma’ 3.3.

Jekk id-dimensjonijiet imkejla jkunu differenti minn dawk iddikjarati mill-manifattur għall-konfigurazzjonijiet tekniċi li jikkorrespondu fi ħdan it-tip, id-dimensjonijiet imkejla jintużaw għall-iskop tal-ħtiġiet t’hawn taħt u s-servizz tekniku jista’ mbagħad, jekk ikun hemm bżonn, jieħu kejl addizzjonali fuq vetturi minbarra fuq dawk ippreżentati bi qbil ma’ 3.3.

7.3. Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati għal vetturi

7.3.1. Tul massimu

7.3.1.1. Vettura bil-mutur: kif hemm fis-sezzjoni 1.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE.

7.3.1.2. Karru (apparti milli nofs-karru): kif hemm fis-sezzjoni 1.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE.

7.3.1.3. Xarabank jew coach artikolati: kif hemm fis-sezzjoni 1.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE.

7.3.1.4. Nofs-karru:

Id-distanza riferita fi 7.3.1.4.1 hija mkejla mingħajr ma jingħata każ tal-mezzi msemmija fi 2.4.1, u d-distanza riferita fi 7.3.1.4.2 għandha tkun imkejla mingħajr ebda eżenzjonijiet.

7.3.1.4.1. Id-distanza bejn il-fus tal-pern ewlieni tal-ħames rota u wara tan-nofs-karru ma għandhiex teċċedi l-limitu stabbilit fis-sezzjoni 1.6 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE, imkejjel orizzontalment fil-pjan lonġitudinali tal-vettura.

7.3.1.4.2. Id-distanza massima bejn il-fus tal-pern ewlieni tal-ħames rota u kwalunkwe pożizzjoni fuq wara nett fuq quddiem tan-nofs-karru ma għandhiex teċċedi 2,04m kif hemm fis-sezzjoni 4.4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE, imkejjel orizzontalment.

7.3.2. Wisa’ massimu

7.3.2.1. Kwalunkwe vettura: kif hemm fis-sezzjoni 1.2 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE.

7.3.2.2. Soprastruttuti fissi jew mobbli tal-vetturi tal-kategoriji N u O iddisinnjati b’mod speċjali għall-ġarr ta’ merkanzija b’temperatura kkontrollata, li l-ħxuna tal-ħitan tal-ġnub tagħhom jeċċedu, bl-insulazzjoni inkluża, 45 mm: kif hemm fis- sezzjoni 1.2 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE.

7.3.3. Għoli massimu

7.3.3.1. Kwalunkwe vettura: kif hemm fis-sezzjoni 1.3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE.

7.4. Kalkolazzjonijiet tad-distribuzzjoni tal-massa

7.4.1. Proċedura tal-kalkolazzjoni

7.4.1.1. Għall-iskop tal-kalkolazzjonijiet tad-distribuzzjoni tal-massa stabbilita aktar il-quddiem, il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku li jkun qiegħed jieħu ħsieb it-testijiet bl-informazzjoni (f’forma tabulari jew fi kwalunkwe forma oħra adattata) meħtieġa sabiex - għal kull konfigurazzjoni teknika fi ħdan it-tip ta’ vettura kif definit b’kull sett ta’ valuri possibbli tal-punti kollha fl-Anness II ta’ din id-Direttiva - il-massa massima korrespondenti ta’ tagħbija teknikament permissibbli tal-vettura, il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fusien u grupp ta’ fusien, il-massa massima tal-irmonk teknikament permissibbli, u l-massa massima tat-tagħbija teknikament permissibbli ta’ l-għaqda.

7.4.1.2. Għandhom isiru kalkolazzjonijiet xierqa sabiex ikun assigurat li jkunu ssodisfatti l-ħtiġiet segwenti għal kull konfigurazzjoni teknika fi ħdan it-tip. Għal dan l-iskop, il-kalkolazzjonijiet jistgħu jkunu llimitati għall-agħar każijiet.

7.4.1.3. Fil-ħtiġiet segwenti, in-notazzjonijiet M, mi, μj, TM, u MC rispettivament isemmu l-parametri segwenti, li għalihom il-ħtiġiet ta’ 7.4 għandhom ikunu sodisfatti:

M = il-massa massima ta’ tagħbija teknikament permissibbli tal-vettura,

mi = il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus imsemmi 'i', meta 'i' tvarja minn 1 sa n-numru totali ta’ fusien tal-vettura,

μj = il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus waħdieni jew grupp ta’ fusien imsemmija 'j', meta 'j' tvarja minn 1 sa n-numru totali ta’ fusien waħdiena u gruppi ta’ fusien,

TM = il-massa ta’ rmonk massimu teknikament permissibbli, u

MC = il-massa massima ta’ tagħbija teknikament permissibbli ta’ l-għaqda.

7.4.1.4. Fil-każ ta’ fus waħdieni, imsemmi 'i' bħala fus u 'j' bħala grupp ta’ fusien, b’definizzjoni mi=μj.

7.4.1.5. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’fusien li jistgħu jiġu mgħobbija, għandhom isiru l-kalkolazzjonijiet segwenti bis-suspensjoni tal-fusien mgħobbija fil-konfigurazzjoni tat-sewqan normali. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’fusien li jistgħu jinġibdu lura, isiru l-kalkolazzjonijiet segwenti bil-fusien imbaxxin.

7.4.1.6. Għal gruppi ta’ fusien, il-manifattur għandu jindika l-liġijiet tad-distribuzzjoni bejn il-fusien tal-massa totali applikata għal fuq il-grupp (per eżempju billi jiġu mogħtija l-formoli ta’ distribuzzjoni jew tiġi prodotta grafika ta’ distribuzzjoni).

7.4.1.7. Fil-każ ta’ semi-karrijiet u karrijiet ta’ fus ċentrali, u għall-iskop tal-kalkolazzjonijiet segwenti, il-pożizzjoni tal-igganċjar titqies bħala fus imsemmi 'O', u l-massa li korrespondenti mo u μo definiti, b’konvenzjoni, bħala massa massima teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-gganċjar tal-karru.

7.4.2. Ħtiġiet għal vetturi tal-kategoriji N u O, minbarra karovani bil-karru

7.4.2.1. Is-somma tal-massa mi m’għandhiex tkun anqas mill-massa M.

7.4.2.2. Għal kull grupp ta’ fusien imsemmija 'j', is-somma tal-massa mi fuq il-fusien tagħha m’għandhiex tkun anqas mill-massa μj. Barra minn hekk, kull waħda mill-massa mi m’għandhiex tkun anqas mill-parti ta’ μj li tapplika fuq il-fus 'i' kif stabbilit bil-liġijiet tad-distribuzzjoni tal-massa għall-grupp ta’ fusien.

7.4.2.3. Is-somma tal-massa μj m’għandhiex tkun anqas mill-massa M.

7.4.2.4. Il-massa fil-kondizzjoni ta’ sewqan, miżjuda bil-massa li korrespondenti għal 75 kg immultiplikata bin-numru ta’ passiġġieri, miżjuda bil-massa massima teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar, m’għandhiex teċċedi l-massa M.

7.4.2.5. Meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa M tagħha skond kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet relevanti deskritti fi 7.4.2.5.1 sa 7.4.2.5.3, il-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq il-fus 'i' m’għandhiex teċċedi l-massa mi fuq dak il-fus, u l-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq il-fus waħdieni jew grupp ta’ fusien 'j' m’għandhiex teċċedi l-massa μj. Barra minn dan, il-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq il-fus li jmexxi jew is-somma tal-massa korrespondenti għat-tagħbijat fuq il-fusien li jmexxu għandha tkun ta’ l-anqas 25 % ta’ M.

7.4.2.5.1. Vetturi u vetturi bil-mutur irmunkati minbarra vetturi li jirmunkaw:

7.4.2.5.1.1. Distribuzzjoni uniformi tal-massa fil-każ ta’ vetturi kompleti jew ikkompletati bl-eċċezzjoni ta’ dawk riferiti fi 7.4.2.5.1.2: il-vettura fil-kondizzjoni ta’ sewqan b’massa ta’ 75 kg mpoġġija fuq kull sedil tal-passiġġieri tkun mgħobbi sal-massa M tagħha, it-tagħbija kummerċjali tinqasam b’mod uniformi fuq iż-żona ddisinnjata għall-ġarr tal-merkanzija.

7.4.2.5.1.2. Id-distribuzzjoni estrema tal-massa (tagħbija mhux uniformi) fil-każ ta’ vetturi jew mhux kompleti jew intiżi għal skop speċjali li jinvolvi biss il-ġarr ta’ tagħbijiet imqassma b’mod mhux uniformi: il-manifattur għandu jiddikjara l-pożizzjonijiet estremi permissibbli possibbli taċ-ċentru tal-gravita tat-tagħbija kommerċjali u/jew il-karozzerija u/jew l-tagħmir, jew l-aċċessorji interni (per eżempju: minn 0,50 m sa 1,30 m quddiem l-ewwel fus ta’ wara). Il-verifika għandha ssir b’tali mod li jkunu koperti l-pożizzjonijiet possibbli kollha ta’ dan iċ-ċentru tal-gravità, il-vettura fil-kondizzjoni ta’ sewqan b’massa ta’ 75 kg pożizzjonati fuq kull sedil tal-passiġġieri għandu jkun mgħobbi sal-massa M tiegħu.

7.4.2.5.2. Karru li jirmonka vetturi (tratturi tat-triq) u trakkijiet intiżi wkoll sabiex jirmunkaw il-karru ta’ fus ċentrali.

7.4.2.5.2.1. L-istess kalkolazzjonijiet kif hemm fi 7.4.2.5.1.1 fil-każ ta’ vetturi kompleti jew kompletati minbarra vetturi bi skop speċjali, jew 7.4.2.5.1.2 fil-każ ta’ vetturi mhux kompleti jew bi skop speċjali, jitwettqu f’dawk ix-xenarji kollha segwenti possibbli li jkunu relevanti:

(a) mingħajr l-ebda tagħbija fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar (minbarra, għal tratturi tat-triq, korrespondenti għall-massa tal-mezz tal-igganċjar jekk ikun mmuntati mill-manifattur, li jkunu inklużi fil-massa fil-kondizzjoni ta’ sewqan bi qbil ma’ 2.5);

(b) tagħbija korrespondenti għall-massa massima tal-mezz tal-igganċjar iddikkjarata mill-manifattur, jekk ma jwaħħalx il-mezz tal-igganċjar, li jkun qiegħed jiġi applikat fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar (u mnaqqas mit-tagħbija kummerċjali);

(ċ) it-tagħbija li korrespondenti għall-massa massima teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-gganċjar li tkun applikata fuq il-pożizzjoni tal-gganċjar (u mnaqqsa mit-tagħbija kummerċjali).

7.4.2.5.3. Vetturi nofs-karru li jirmunkaw (tratturi nofs-karru).

7.4.2.5.3.1. Fil-każ ta’ vettura kompleta jew kompletata: il-manifattur għandu jiddikjara l-pożizzjonijiet estremi tal-fus tal-ħames rota. Il-verifika għandha ssir b’tali mod li jkunu koperti il-pożizzjonijiet possibbli kollha tal-fus tal-ħames rota, il-vettura fil-kondizzjoni ta’ sewqan normali b’massa ta’ 75 kg pożizzjonata fuq kull sedil tal-passiġġieri li jkun mgħobbi sal-massa M tiegħu (bit-tagħbija kummerċjali applikata fuq il-fus tal-ħames rota).

7.4.2.5.3.2. Fil-każ ta’ vettura mhux kompleta: l-istess verifiki bħal ta’ 7.4.2.5.3.1 għandhom isiru fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet estremi permissibbli tal-fus tal-ħames rota kif iddikjarat mill-manifattur.

7.4.2.6. Meta vettura tal-kategorija N tkun mgħobbi sal-massa M tagħha u l-fus tagħha ta’ wara (imsemmi 'n' bħala fus) jew grupp ta’ fusien ta’ wara (imsemmija 'q' bħala grupp ta’ fusien) jkun mgħobbi sal-massa mn jew μq tiegħu, il-massa li tinġarr mill-fus jew fusien ta’ l-isteering m ’għandux ikun anqas minn 20 % ta’ M.

7.4.2.7. MC m’għandies teċċedi M + TM.

7.4.3. Ħtiġijiet għal xarabankijiet u coachijiet

7.4.3.1. Il-ħtiġiet ta’ 7.4.2.1 sa 7.4.2.3, u ta’ 7.4.2.7, japplikaw.

7.4.3.2. Il-massa tal-vettura fil-kondizzjoni ta’ sewqan, miżjuda bil-massa Q definita fil-lista 7.4.3.3.1 immultiplikata bin-numru totali ta’ passiġġieri, miżjud bil-massa massimu teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar, miżjuda bil-massa B u BX definiti fi 7.4.3.3.1 m’għandhiex teċċedi l-massa M.

7.4.3.3. Meta l-vettura mhux kompleta tkun mgħobbija sal-massa M tagħha skond is-sitwazzjoni deskritta fi 7.4.2.5.1.2 jew meta l-vettura kompleta jew ikkompletata fil-kondizzjoni ta’ sewqan tkun mgħobbija kif deskritt fi 7.4.3.3.1 il-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq kull fus m’għandhiex teċċedi l-massa mi fuq kull fus, u l-massa korrespondentii għat-tagħbija fuq kull fus waħdieni jew grupp ta’ fusien ma għandhiex teċċedi il-massa μj fuq dak il-grupp ta’ fusien. Barra minn hekk, il-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq il-fus li jmexxi jew is-somma tal-massa korrespondenti għat-tagħbijat fuq il-fusien li jmexxu għandha tkun ta’ l-anqas 25 % ta’ M.

7.4.3.3.1. Il-vetturi fil-kondizzjoni ta’ sewqan jkunu mgħobbija b’massa Q fuq kull sedil tal-passiġġier, bin-numru SP, korrespondenti għan-numru ta’ passiġġieri bil-wieqfa, ta’ massa Q mqassma b’mod uniformi fuq il-wiċċ disponibbli għal passiġġieri bil-wieqfa S1, massa egwali għal B (kg) imqassam b’mod uniformi fil-kompartimenti tal-bagalji u, meta applikabbli, massa egwali għal BX (kg) mqassma b’mod uniformi fuq il-wiċċ taż-żona tas-saqaf mgħammar għall-ġarr ta’ bagalji, meta:

S1 hija ż-żona għal passiġġieri bil-wieqfa, kif iddefinifikat fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ġejja li tikkonċerna d-disposizzjonijiet speċjali għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3. Sa kemm isseħħ l-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva, S1 ikun stabbilit kif definit fir-Regolamenti Nru 36 (doc. E/EKE/TRANS/505/Rev. 1, Żid 35) u Nru 52 (doc. E/EKE/TRANS/505/Rev. 1, Żid 51).

SP, iddikjarat mill-manifattur, m’għandux jeċċedi l-valur S1/Ssp, meta Ssp hu l-ispazju konvenzjonali pprovdut għal passiġġier wieħed bil-wieqfa kif speċifikat fit-tabella taħt.

B (kg), iddikkjarat mill-manifattur, għandu jkollu valur numeriku ta’ mhux anqas minn 100 x V (V hu l-volum totali tal-kompartamenti tal-bagalji, fi m³).

BX, iddikjarat mill-manifattur, għandu jeżerta tagħbija speċifika ta’ mhux anqas minn 75 kg/m² fuq il-wiċċ taż-żona kollha tas-saqaf mgħammar għall-ġarr tal-bagalji.

Q u Ssp għandhom il-valuri stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Klassi tal-Vettura | Q (kg) massa għal passiġġier wieħed | Ssp (m2/passiġier) l-ispazju konvenzjonali pprovdut għal passiġġier wieħed bil-wieqfa |

Klassi I u A | 68 | 0,125 |

Klassi II | 71 | 0,15 |

Klassi III u B | 71 | L-ebda passiġġier bil-wieqfa |

Kundizzjonijiet ta’ tagħbija | Klassijiet I u A | Klassi II | Klassijiet III u B |

Iebes | Artikulat | Iebes | Artikulat | Iebes | Artikulat |

Mhux mgħobbi | 20 | 20 | 25 | 20 | 25 | 20 |

Mgħobbi | 25 | 20 | 25 | 20 | 25 | 20 |

7.4.4. Ħtiġijiet għal vetturi tal-kategorija M2 jew M3 minbarra xarabank u coach, u għal karovani bil-karru.

Il-ħtiġiet ta’ 7.4.2.1 sa 7.4.2.4, u ta’ 7.4.2.7 japplikaw. Barra minn hekk, meta l-vettura mhux kompleta tkun mgħobbija sal-massa M tagħha skond is-sitwazzjoni deskritta fi 7.4.2.5.1.2, jew meta l-vettura kompleta jew ikkompletata f’kondizzjoni ta’ sewqan tkun mgħobbija sal-massa M tagħha kif deskritt fl-Appendiċi ta’ l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE [4], il-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq kull fus ma għandhiex teċċedi l-massa mi fuq dan il-fus, u l-massa korrespondenti tat-tagħbija fuq kull fus waħdieni jew fuq il-grupp ta’ fusien m’għandhiex teċċedi l-massa μj fuq dan il-grupp ta’ fusien. Barra minn hekk, il-massa korrespondenti tat-tagħbija fuq il-fus li jmexxi jew is-somma tal-massa korrespondenti għat-tagħbijat fuq il-fusien li jmexxu għandha tkun ta’ l-anqas 25 % ta’ M.

7.5. Kundizzjonijiet li għandhom ikunu vverifikati għall-klassifikazzjoni ta’ vettura bħala vetturaoff-road(l-Anness II, is-sezzjoni 4 tad-Direttiva 70/156/KEE)

7.5.1. Is-servizz tekniku għandu jivverifika jekk il-vettura kompleta jew ikkompletata, jew is-nofs-karru li jirmonka vettura (trattur nofs-karru) mingħajr il-ħames rota m’għandux ikun meqjus bħala vettura off-road skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE,

7.5.2. Għal vetturi oħrajn mhux kompleti, din il-verifika ssir biss fuq it-talba tal-manifattur.

7.6. Manuvrabilità

7.6.1. Kwalunkwe vettura bil-mutur u kwalunkwe nofs-karru għandhom ikunu jistgħu jimmanuvraw fuq kull naħa għal traġettorja ċirkulari sħiħa ta’ 360° ġewwa żona ddefinita b’żewġ ċrieki konċentriċi, iċ-ċirku ta’ barra jkollu raġġ ta’ 12,50 m u ċ-ċirku ta’ ġewwa jkollu raġġ ta’ 5,30 m, mingħajr l-ebda sporġenza 'l barra miċ-ċirkomferenzi taċ-ċrieki tal-punti ta’ barra nett tal-vettura (bl-eċċezzjoni tal-partijiet li joħorġu 'l barra stabbiliti għall-wisa’ tal-vettura fi 2.4.2).

Għal vetturi bil-mutur u semi-karrijiet b’mezz ta’ rafa’ tal-fus (ara 2.14) din il-ħtieġa tapplika wkoll bil-fus(ien) fil-pożizzjoni merfugħa (fit-tifsira ta’ 2.14).

Il-ħtiġiet imsemmija hawn fuq għandhom ikunu vverifikati kif ġej:

7.6.1.1. Vetturi bil-mutur

Il-pożizzjoni ta’ barra nett ta’ quddiem tal-vettura bil-mutur għandha tkun iggwidata matul il-profil taċ-ċirku ta’ barra (ara l-figura A).

7.6.1.2. Semi -karrijiet

Nofs-karru jitqies li jkun konformi mal-ħtiġiet ta’ 7.6.1 jekk id-distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara tiegħu ma tkunx akbar minn

-

5,30+L/22

meta L hija l-wisa’ tan-nofs-karru, id-distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara tiegħu tiġi mkejla għall-iskop ta’ din is-sezzjoni bħala d-distanza tal-fus tal-pern ewlieni tal-ħames rota tan-nofs-karru sal-linja ċentrali tal-fusien tal-bogie li ma jkunx ma l-steering; fusien, jekk wieħed jew aktar tal-bogie li ma jkunx ma l-steering ikollu mezz ta’ rafa’ tal-fus (ara 2.14), allura titqies id-distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara tiegħu b’fus(ien) imniżżla/merfugħa, skond liema minnhom tkun l-itwal. F’każ ta’ dubju, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tista’ titlob li jsir test kif deskritt fi 7.6.1.

7.6.2. Ħtiġiet addizzjonali għall-vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 u N

Meta l-vettura tkun wieqfa u jkollha r-roti mwaħħla mal-isteering iħarsu b’tali mod li jekk il-vettura timxi, il-punt ta’ quddiem tagħha l-aktar 'il barra jagħmel ċirku ta’ raġġ ta’ 12,50 m, għandu jkun stabbilit pjan vertikali tanġenzjali għall-ġenb tal-vettura li jħares 'il barra miċ-ċirku billi tkun immarkata linja fuq l-art. Fil-każ ta’ vettura artikolata tal-kategorija M2 jew M3, iż-żewġ porzjonijiet riġidi għandhom jiġu allinejati mal-pjan.

Meta l-vettura timxi 'l quddiem fuq kemm naħa u kemm l-oħra ssegwi ċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 12,50 m, l-ebda parti minnu ma tista’ toħroġ mill-pjan vertikali b’aktar minn 0,80 m (ara l-figura B) fil-każ ta’ vettura riġida jew b’aktar minn 1,20 m (ara l-figura Ċ) fil-każ ta’ vettura artikulata tal-kategorija M2 jew M3.

Għal vetturi b’mezz ta’ rafa’ tal-fus, din il-ħtieġa tapplika wkoll bil-fus(ien) fil-pożizzjoni merfuha (fit-tifsira ta’ 2.14).

Għal vettura tal-kategorija N b’fusien li jistgħu jkunu miġbuda lura fil-pożizzjoni merfugħa, jew fusien li jistgħu jiġu mgħobbija fil-kondizzjoni mhux mgħobbija, il-figura ta’ 0,80 m tiġi mibdula bi 1,00 m.

7.6.3. Il-ħtiġiet ta’ 7.6.1 u ta’ 7.6.2 jistgħu jiġu vverifikati wkoll, fuq it-talba tal-manifattur, b’kalkolazzjoni ekwivalenti jew turija ġejometrika xierqa.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Figura AFigura BFigura Ċ

7.6.4. Fil-każ ta’ vetturi mhux kompleti, il-manifattur għandu jiddikjara d-dimensjonijiet massimi li jistgħu jkunu permissibli li għalihom il-vettura għandu tiġi kkontrollat kontra l-ħtiġiet ta’ 7.6.1 u ta’ 7.6.2.

7.7. Ħtiġiet addizzjonali għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2 u M3

Il-massa massima li tista’ tkun irmunkat teknikament permissibbli m’għandhiex teċċedi 3500 kg.

7.8. Massa massimu li jista’ jiġi rmunkat teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni ta’ gganċjar ta’ vetturi bil-mutur u struzzjonijiet ta’ muntaġġ għal ganċamenti

7.8.1. Il-massa massima li tista’ tkun irmunkata teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar tal-vettura bil-mutur iddisinnjata sabiex tirmonka il-karru b’fus ċentrali u b’massa massima li tista’ jiġi rmunkata teknikament permissibbli li ma jeċċedix 3,5 tunnellati għandu jkun ta’ l-anqas daqs 10 % tal-massa massima tagħha li tista’ tkun irmunkata teknikament permissibbli jew 1000 kg, skond liema minnhom tkun l-anqas, miżjuda, għal vetturi bil-mutur, minbarra vetturi li jirmunkaw, il-massa tal-mezz tal-igganċjar jekk ikun immuntat mill-manifattur, jew il-massa massima permissibli tal-mezz li jiġġanċja jekk ma jkunx immuntat mill-manifattur.

7.8.2. Il-massa massima li tista’ tkun irmunkat teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar ta’ vettura bil-mutur iddisinnjata sabiex tirmonka il-karru b’fus ċentrali u b’massa massima li jista’ jkun irmunkat teknikament permissibbli li ma jeċċedix 3,5 tunnellata għandu jkun ta’ l-anqas daqs 4 % tal-massa massima li tista’ tkun mgħobbija teknikament permissibbli tiegħu, jew 25 kg, skond liema minnhom ikun l-anqas, miżjud, għal vetturi bil-mutur minbarra vetturi li jirmunkaw, bil-massa tal-mezz tal-igganċjar jekk ikun immuntat mill-manifattur, jew bil-massa massima permissibbli tal-mezz li jiġġanċja jekk ma jkunx immuntat mill-manifattur.

7.8.3. Fil-każ ta’ vettura bil-mutur b’massa massima li tista’ tkun mgħobbija teknikament permissibbli li ma jeċċedix 3,5 tunnellati, il-manifattur għandu jispeċifika fil-manwal tas-sid il-kondizzjonijiet għall-immuntar tal-mezz tal-igganċjar mal-vettura bil-mutur.

Meta jkun hemm dan il-każ il-kondizzjonijiet t’hawn fuq għandhom jinkludu l-massa massima teknikament permissibbli fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar tal-vettura bil-mutur, il-massa massima permissibbli tal-mezz tal-igganċjar, fuq il-pożizzjoni tal-igganċjar tal-vettura bil-mutur, il-massa massima permissibbli tal-mezz tal-igganċjar,

7.9. Abilita li tistartja fit-tela’

Vetturi bil-mutur li jirmunkaw il-karru u mgħobbija sal-massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli tagħhom ta’ dik l-għaqda, għandhom ikunu kapaċi jistartjaw ħames darbiet fi żmien ħames minuti fuq tela’ li xxaqleb ta’ l-anqas 12 %.

7.10. Proporzjon ta’ saħħa tal-magna/massa massima

Vetturi bil-magna għandhom jipprovdu output ta’ saħħa tal-magna ta’ mill-anqas 5 kW/t tal-massa tat-tagħbija massima teknikament permissibbli ta’ l-għaqda. Is-saħħa tal-magna hi mkejla skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE [5].

7.11. Kondizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ekwivalenza bejn ċerti sistemi ta’ suspensjoni mhux ta’ l-arja u ta’ suspensjoni ta’ l-arja għal fus(ien) tas-sewqan tal-vettura

7.11.1. Fuq talba tal-manifattur, is-servizz tekniku għandu jivverifika l-ekwivalenza tas-suspensjoni mhux ta’ l-arja għal suspensjoni ta’ l-arja għal fus(ien) tas-sewqan.

Sabiex tkun rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal suspensjoni ta’ l-arja, suspensjoni mhux ta’ l-arja għandha tkun konformi mal-ħtiġiet li ġejjin:

7.11.1.1. Matul ossillazzjoni vertikali ta’ frekwenza baxxa għaddiena bla xkiel tal-massa fuq molla fuq fus ta’ sewqan jew grupp ta’ fusien, il-frekwenza mkelja u d-damping bis-suspensjoni iġġorr it-tagħbija massima tagħha għandha tkun fil-limiti ddefiniti fi 7.11.1.2 sa 7.11.1.5.

7.11.1.2. Kull fus għandu jkun mgħammar b’dampers idrawliċi. Fuq gruppi ta’ fusien, id-dampers għandhom ikunu mqiegħda sabiex jimminimizzaw l-ossillazzjoni tal-gruppi ta’ fusien.

7.11.1.3. Il-proporzjon medju ta’ damping Dm għandu jkun akbar minn 20 % ta’ damping kritiku għas-suspensjoni fil-kondizzjoni normali tiegħu b’dampers idrawliċi f’posthom u operattivi.

7.11.1.4. Il-proporzjon ta’ damping Dm tas-suspensjoni bid-dampers idrawliċi kollha mneħħija jew inkapaċitati għandu jkun ta’ mhux aktar minn 50 % ta’ Dm.

7.11.1.5. Il-frekwenza tal-massa fuq molla 'l fuq mill-fus li jmexxi jew grupp ta’ fusien f’ossillazzjoni vertikali għaddiena bla xkiel m’għandhiex tkun aktar minn 2,0 Hz.

7.11.1.6. Il-frekwenza u damping tas-suspensjoni hija ddefinita fi 7.11.2. Il-proċeduri tat-test sabiex jitkejlu l-frekwenza u damping huma stabbiliti fi 7.11.3.

7.11.2. Definizzjoni ta’ frekwenza u damping

F’din id-definizzjoni tkun ikkunsidrat il-massa fuq molla M (kg) 'l fuq minn fus ta’ sewqan jew grupp ta’ fusien. Il-fus jew grupp ta’ fusien jkollu ebusija vertikali totali bejn il-wiċċ tat-triq u l-massa b’molla ta’ K newton/metru (N/m) u ko-effiċjent ta’ damping totali ta’ Ċ newton sekonda għal kull metru (N.s/m). L-ispostament vertikali tal-massa fuq molla jkun Z. L-ekwazzjoni tal-moviment għall-ossillazzjoni bla xkiel tal-massa fuq molla jkun:

M

d

Z

+ C

+ KZ = O

Il-frekwenza tal-ossillazzjoni tal-massa fuq molla F (Hz) tkun:

F =

K

M

C

4M

2

Id-damping ikun kritiku meta C = Co,

meta

Co = 2

2KM

Il-proporzjon ta’ damping bħala frazzjoni ta’ kritiku ikun C/Co.

Matul l-ossillazzjoni għaddiena bla xkiel tal-massa fuq molla il-moviment vertikali tal-massa isegwi passaġġ sinusidjali mtaffi (il-figura 2). Il-frekwenza tista’ tkun ikkalkolata billi jittieħed il-ħin għal kemm ikunu jistgħu jiġu osservati ċikli ta’ l-ossillazzjoni. Id-damping jista’ jkun ikkalkolat billi jitkejjel l-għoli ta’ qċaċet suċċessivi ta’ l-ossillazzjoni fl-istess direzzjoni. Jekk l-akbar estenzjonijiet ta’ l-ewwel u tieni ċikli ta’ l-ossillazzjoni jkunu A1 u A2, allura l-proporzjon ta’ damping D jkun

D =

=

ln

A1A2

'ln’ ikun il-logaritmu naturali tal-proporzjon ta’ l-estenzjoni.

7.11.3. Proċedura tat-test

Sabiex jiġi stabbilit permezz ta’ test il-proporzjon ta’ damping Dm, il-proporzjon ta’ damping Drb’dampers idrawliċi mneħħija, u l-frekwenza F tas-suspensjoni, il-vettura mgħobbija tkun jew:

(a) misjuqa b’veloċità baxxa (5 km/h ± 1 km/h) fuq tarġa ta’ 80 mm bil-profil muri fil-figura 1. L-ossillazzjoni għaddiena li għandha tkun analizzata għal frekwenza u d-damping isseħħ wara li r-roti tal-fus li jmexxi jkunu skorrew it-tarġa; jew

(b) ikunu ġew miġbuda bix-chassis tiegħu sabiex it-tagħbija tal-fus tas-sewqan tkun darba u nofs il-valur massimu statiku. Il-vettura miżmum tkun mitluq f’daqqa u l-ossillazzjoni sussegwenti tiġi analizzata; jew

(ċ) merfugħa mix-chassis tagħha sabiex il-massa fuq molla tintrefa’ bi 80 mm 'l fuq mill-fus li jmexxi. Il-vettura miżmuma tkun mitluqa f’daqqa u l-ossillazzjoni sussegwenti tkun analizzata; jew

(d) tkun soġġetta għal proċeduri oħra sakemm tkun ingħatat prova mill-manifattur, għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, li jkunu ekwivalenti.

Il-vettura għandha jkollha transducer ta’ spostament vertikali immuntat fuqha bejn il-fus li jmexxi u x-chassis, direttament 'il fuq mill-fus li jmexxi. Mit-traċċa, l-interval ta’ ħin bejn l-ewwel u t-tieni quċċata ta’l-kompressjoni jista’ jkun imkejjel sabiex jinkiseb id-damping. Għall-gruppi ta’ fusien doppji li jmexxu, għandhom ikunu mgħammta bi transducers ta’ spostament vertikali bejn kull fus tas-sewqan u x-chassis direttament fuqu.

It-tyres għandhom ikunu minfuħha sal-pressjoni adattata rakkomandata mill-manifattur għall-massa tat-test tal-vettura.

It-test sabiex tkun ivverifikata l-ekwivalenza tas-suspensjonijiet isir fil-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus jew grupp ta’ fusien, u l-ekwivalenza titqies li tkun tkopri il-massa l-baxxa kollha.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Figura 1Pass għal testijiet tas-suspensjoniFigura 2Rispons għaddieni mtaffi

[1] ĠU Nru L 103, tat-23.4.1991, p. 5.

[4] ĠU Nru L 129, ta’ l-14.5.1992, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/48/KE (ĠU Nru L 233, tat-30.1.1995, p. 73).

[5] ĠU Nru L 375, tal-31.12.1980, p. 46. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/491/KEE (ĠU Nru L 238, tal-15.8.1989, p. 43).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

DOKUMENT TA’ L-INFORMAZZJONI Nru.…

skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE li tirrigwardja l-approvazzjoni tat-tip ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom fir-rigward tal-masses u d-dimensjonijiet tagħhom

(Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/…/KE)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

MUDELL

format massimu: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

(vettura)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Dan l-Anness fih il-proċedura uniformi riferita fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva sabiex ikunu stabbiliti "tal-massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz" f’kull Stat Membru u l-ħtiġiet tekniċi uniformi għal fusien li jistgħu jiġu mgħobbija u li jistgħu jiġu miġbuda lura riferiti fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva:

1. Definizzjonijiet

Il-kunċetti segwenti huma applikabbli fl-istruttura ta’ l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, sakemm tkun emendata sabiex tinkorpora massa armonizzata massima awtorizzata. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:

1.0. "Tagħbija li ma tistax tkun maqsuma" tfisser tagħbija li ma tistax, għall-iskopijiet ta’ ġarr bit-triq, tkun maqsuma f’żewġ tagħbiet jew aktar mingħajr infieq żejjed jew riskju ta’ ħsara u li, minħabba l-massa jew id-dimensjonijiet tagħha, ma tkunx tista’ tinġarr minn vettura li l-massa u d-dimensjonijiet tagħha tkun konformi mal-massa u d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fis-seħħ fi Stat Membru.

1.1. "Massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz" tfisser il-massa massima tal-vettura mgħobbija li għaliha il-vettura nnifisha tista’ jkun irreġistrata jew imħaddma fi Stat Membru fuq talba tal-manifattur tal-vettura.

1.1.1. Għal kwalunkwe konfigurazzjoni teknika tat-tip ta’ vettura, kif definit b’sett wieħed tal-valuri possibbli tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni fl-Anness II ta’ din id-Direttiva, jista’ jingħata sett ta’ massa massima mgħobbija permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz intiża mill-manifattur tal-vettura fil-ħin ta’ l-approvazzjoni taħt din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati minn qabel skond il-ħtiġiet tas-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni.

1.1.2. Kull waħda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għandha, għall-pajjiż rispettiv, tistabbilixxi ’il-massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz’ tfisser il-massa massima tal-vettura mgħobbija skond il-prinċipji segwenti:

- b’definizzjoni, massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz wieħed biss jista’ jkun attribwit għall-konfigurazzjoni teknika waħda mogħtija tat-tip ta’ vettura kif definit b’sett wieħed tal-valuri massimi tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni fl-Anness II ta’ din id-Direttiva,

- il-massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz tkun stabbilita bħala l-akbar massa anqas jew daqs il-massa ta’ tagħbija massima permissibbli teknikament u għall-massa massima awtorizzat tal-vettura relevanti fis-seħħ f’dak l-Istat Membru (jew il-massa anqas fuq talba tal-manifattur bi qbil ma’ l-awtoritajiet tal-Istat Membru), u li jikkonforma mal-ħtiġiet stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

Dan ma jeskludix il-possibilità għall-Istati Membri li jippermettu massa akbar jew għall-iskop ta’ ġarr ta’ tagħbijat li ma jistgħux ikunu maqsuma jew għall-iskopijiet ta’ ċerti ħidmiet ta’ trasport nazzjonali li ma jaffettwawx b’mod sinifikanti kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport, fil-limiti tal-massa tat-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura.

1.1.3. Għall-applikazzjoni tad-Direttivi separati elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 70/156/KEE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-vettura tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi li jkunu applikabbli għall-kategorija korrespondenti, skond l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE, għall-valur attwali tal-massa tat-tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz tal-vettura, u, għal karrijiet ta’ fus ċentrali u semi-karrijiet, għall-valur attwali tal-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq il-fusien meta l-vettura tkun mgħobbija sal-massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz.

1.1.4. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ma jkunx jiddependi fuq it-tyres immuntati.

1.2. "Massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-fus fi Stat Membru" tfisser il-massa ta’ tagħbija massima fuq il-fus mistqarr minn dawk l-awtoritajiet tal-Istat Membru u li fihom il-vettura nnifisha għandha tkun irreġistrata jew imħaddma f’dak l-Istat Membru fuq talba tal-manifattur tal-vettura.

1.2.1. Għal kwalunkwe konfigurazzjoni teknika tat-tip ta’ vettura, kif definit b’sett wieħed tal-valuri possibbli tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva, jista’ jingħata sett ta’ massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-fusien mill-manifattur tal-vettura fiż-żmien ta’ l-approvazzjoni taħt din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati minn qabel skond il-ħtiġiet tas-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni.

1.2.2. Kull waħda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għandha, għall-pajjiż rispettiv, tistabbilixxi massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-fus skond il-prinċipji segwenti:

- b’definizzjoni, massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz wieħed biss jista’ jkun attribwit fuq kull fus għal konfigurazzjoni teknika waħda mogħtija tat-tip ta’ vettura kif definit b’sett wieħed tal-valuri massimi tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva,

- il-massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-fus tkun stabbilita bħala l-akbar massa anqas jew daqs il-massa massima permissibbli teknikament fuq il-fus u għall-massa massima awtorizzata tal-vettura relevanti fuq il-fus fis-seħħ f’dak l-Istat Membru (jew massa anqas fuq talba tal-manifattur bi qbil ma’ l-awtoritajiet tal-Istat Membru) u li jkun konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

Dan ma jeskludix il-possibilità għall-Istati Membri li jippermettu massa akbar jew għall-għan ta’ ġarr ta’ tagħbijiet li ma jistgħux ikunu maqsuma jew għall-iskopijiet ta’ ċerti ħidmiet tat-trasport nazzjonali li ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport, fil-limiti tal-massa massima teknikament permissibbli tal-vettura fuq il-fus.

1.2.3. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ma jkunx jiddependi fuq it-tyres immuntati.

1.3. "Massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-grupp ta’ fusien fi Stat Membru" tfisser il-massa ta’ tagħbija massima fuq il-grupp ta’ fusien mogħtija minn dawk l-awtoritajiet tal-Istat Membru u li fihom il-vettura nnifisha għandha tkun irreġistrata jew imħaddma f’dak l-Istat Membru fuq talba tal-manifattur tal-vettura.

1.3.1. Għal kwalunkwe konfigurazzjoni teknika tat-tip ta’ vettura, kif definit b’sett wieħed tal-valuri possibbli tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva, sett ta’ massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-grupp ta’ fusien jistgħu jingħataw mill-manifattur tal-vettura fiż-żmien ta’ l-approvazzjoni taħt din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati minn qabel mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni skond il-ħtiġiet tas-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

1.3.2. Kull waħda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għandha, għall-pajjiż rispettiv, tistabbilixxi massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-fus skond il-prinċipji segwenti:

- b’definizzjoni, massa massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz wieħed biss jista’ jkun attribwit fuq kull grupp ta’ fusien għal konfigurazzjoni teknika waħda mogħtija tat-tip ta’ vettura kif definit b’sett wieħed tal-valuri massimi tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II għal din id-Direttiva,

- il-massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-grupp ta’ fusien tkun stabbilita bħala l-akbar massa anqas jew daqs il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-grupp ta’ fusien u għall-massa massima awtorizzata tal-vettura relevanti fuq il-grupp ta’ fusien fis-seħħ f’dak l-Istat Membru (jew massa anqas fuq talba tal-manifattur bi qbil ma’ l-awtoritajiet tal-Istat Membru) u li jkunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

Dan ma jeskludix il-possibilità għall-Istati Membri li jippermettu massa akbar jew għall-għan ta’ ġarr ta’ tagħbijiet li ma jistgħux ikunu maqsuma jew għall-iskopijiet ta’ ċerti ħidmiet tat-trasport nazzjonali li ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport, fil-limiti tal-massa massima teknikament permissibbli tal-vettura fuq il-grupp ta’ fusien.

1.3.3. Stati Membri jistgħu jitolbu li l-massa massimu permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-grupp ta’ fusien ma jkunx jiddependi fuq it-tyres iffittjati.

1.4. "Massa massima permissibbli li tista’ jkun irmunkata ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz fi Stat Membru" ta’ vettura bil-mutur tfisser il-massa massima li għandha tkun irmunkata mill-vettura bil-mutur, mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru, u li fih il-vettura bil-mutur tista’ tkun irreġistrat jew imħaddma fl-Istat Membru fuq talba tal-manifattur tal-vettura.

1.4.1. Għal kwalunkwe konfigurazzjoni teknika tat-tip ta’ vettura, kif definit b’sett wieħed tal-valuri possibbli tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva, sett ta’ massa massima permissibbli li tista tkun irmunkati ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz jistgħu jingħataw mill-manifattur tal-vettura fil-ħin ta’ l-approvazzjoni taħt din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati minn qabel mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni skond il-ħtiġiet tas-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

1.4.2. Kull waħda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għandha, għall-pajjiż rispettiv, tistabbilixxi massa massima permissibbli li tista’ tkun irmunkata ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ vettura partikolari skond il-prinċipji segwenti:

- b’definizzjoni, massa massima permissibbli li tista’ jkun irmunkata ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz wieħed biss jista’ jkun attribwit għal konfigurazzjoni teknika waħda mogħtija tat-tip ta’ vettura kif definit b’sett wieħed tal-valuri massimi tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva,

- il-massa massima permissibbli li tista’ tkun irmunkat ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ikun stabbiliti bħala l-akbar massa anqas jew daqs il-massa massima teknikament permissibbli li tista’ tkun irmunkata u għall-massa massima awtorizzata relevanti fis-seħħ f’dak l-Istat Membru (jew massa anqas fuq talba tal-manifattur bi qbil ma’ l-awtoritajiet tal-Istat Membru) u li jkun konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

Dan ma jeskludix il-possibilità għall-Istati Membri li jippermettu massa akbar jew għall-għan ta’ ġarr ta’ tagħbijat li ma jistgħux ikunu maqsuma jew għall-iskopijiet ta’ ċerti ħidmiet tat-trasport nazzjonali li ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport, fil-limiti tal-massa massimu teknikament permissibbli tal-vettura li tista’ tkun irmunkata.

1.5. "Massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ l-għaqdiet fi Stat Membru" tfisser it-total tal-massa tal-vettura mgħobbija u tal-karru tagħha mhux mgħobbija li biha l-vettura bil-mutur għandha tkun irreġistrat jew imħaddma f’dak l-Istat Membru fuq talba tal-manifattur tal-vettura.

1.5.1. Għal kwalunkwe konfigurazzjoni teknika tat-tip ta’ vettura, kif definit b’sett wieħed tal-valuri possibbli tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva, sett ta’ massa massima permessi mgħobbija ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ l-għaqda jistgħu jingħataw mill-manifattur tal-vettura fiż-żmien ta’ l-approvazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati minn qabel mill-awtorità ta’ l-approvazzjoni skond il-ħtiġiet tas-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

1.5.2. Kull waħda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għandha, għall-pajjiż rispettiv, tistabbilixxi massa ta’ tagħbija massimu permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ l-għaqda ta’ vettura partikulari skond il-prinċipji segwenti:

- b’definizzjoni, u fi prinċipju, massa massima permissibbli li tista’ tkun irmunkata ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz wieħed biss ta’ l-għaqda jista’ jkun attribwit għall-konfigurazzjoni teknika waħda partikolari tat-tip ta’ vettura bil-mutur kif definit b’sett wieħed tal-valuri possibbli tal-punti stabbiliti fid-dokument ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva, B’danakollu, skond il-prattika fis-seħħ fl-Istat Membru, tista tkun distingwita l-massa massima permissibbli ta’ tagħbija ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz wieħed għan-numru totali ntiż ta’ fusien ta’ l-għaqda u din il-massa jista’ jiddependi wkoll fuq karatteristiċi oħra ta’ l-għaqda ntiża, bħat-tip ta’ trasport intiż (e.ż. kontenituri ISO ta’ 40 pied fi trasport magħqud, eċċ.),

- il-massa ta’ tagħbija massimu permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz tkun stabbilita bħala l-akbar massa anqas jew daqs il-massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli ta’ l-għaqda u għall-massa massima awtorizzata relevanti fis-seħħ f’dak l-Istat Membru (jew massa anqas fuq talba tal-manifattur bi qbil mal-awtoritajiet tal-Istat Membru) u li jkun konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta’ dan l-Anness.

Dan ma jeskludix il-possibilità għall-Istati Membri li jippermettu massa akbar jew għall-għan ta’ ġarr ta’ tagħbijiet li ma jistgħux ikunu maqsuma jew għall-iskopijiet ta’ ċerti ħidmiet tat-trasport nazzjonali li ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni nternazzjonali fil-qasam tat-trasport, fil-limiti tal-massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ l-għaqda.

2. Determinazzjoni tal-masses massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz

2.1. Id-disposizzjonijiet tas-sezzjoni 7.4 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva japplikaw għall-kalkolazzjoni tal-massa massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz differenti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, in-notazzjonijiet M, mi, μj, TM u MC ta’ dak il-paragrafu rispettivament jagħtu l-massa ta’ tagħbija massima permissibbli ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz tal-vettura, l-massa ta’ tagħbija massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-fus imsemmi "i", fuq il-fus waħdieni jew grupp ta’ fusien imsemmija "j", il-massa massimu permissibbli li tista’ tkun irmunkata tar-reġistrazzjoni/fis-servizz, u l-massa ta’ tagħbija massima permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ l-għaqda.

2.2. Kalkolazzjoni tal-massa massima permissibbli li tista’ tkun irmunkat ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ vettura bil-mutur:

2.2.1. Il-massa massima permissibbli li tista’ tkun irmunkata ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz ta’ vettura bil-mutur intiża sabiex tirmonka l-karru kemm jekk tkun qiegħda tirmonka l-karru u kemm jekk le, ikun l-anqas fost il-valuri segwenti:

(a) il-massa massima permissibbli li tista’ jkun irmunkata ibbażata fuq il-kostruzzjoni u r-rendiment tal-vettura u/jew is-saħħa tal-mezz mekkaniku li jigganċja;

(b) vetturi ntiżi biss sabiex jirmonkaw karrijiet mingħajr servizz ta’ brejkijiet: nofs il-massa tal-vettura waqt it-tħaddim b’massimu ta’ 0,750 t;

(ċ) vetturi b’massa massima li ma teċċedix 3,5 t ntiżi biss sabiex jirmonkaw karrijiet b’servizz ta’ brejkijiet: il-massa massima permissibbli ta’ tagħbija ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz tal-vettura, jew, għal vetturi off-road (ara s-sezzjoni 7.5 ta’ l-Anness I), darba u nofs dak il-massa b’massimu ta’ 3,5 t;

(d) vetturi b’massa massima li ma teċċedix 3,5 t intiżi biss sabiex jirmonkaw karrijiet bi brejkijiet ta’ inerzja: 3,5 t;

(e) vetturi b’massa massima li teċċedi 3,5 t ntiżi sabiex jirmonkaw karrijiet b’sistema tal-ibbrejkjar kontinwu: darba u nofs il-massa massima permissibbli ta’ tagħbija ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz tal-vettura;

basta li d-disposizzjonijiet tekniċi relevanti kollha tad-Direttiva 96/53/KE jkunu ġew imwettqa.

B’deroga mid-disposizzjonijiet tas-sezzjoni 1.4 ta’ dan l-Anness, għal vetturi ntiżi sabiex jirmunkaw aktar minn tip wieħed ta’ karrijiet riferiti fis-subparagrafi (b), (ċ), (d) u (e) t’hawn fuq, jistgħu jiġu definiti sa tlett massa massima differenti li jistgħu jiġu rmunkati ta’ reġistrazzjoni/fis-servizz għal kull konfigurazzjoni teknika tat-tip ta’ vettura, skond il-karatteristiċi ta’ l-għaqda tal-brejk tal-vettura bil-mutur: wieħed għal karrijiet mingħajr is-servizz tal-brejkijiet, wieħed għal karrijiet bi brejkijiet ta’ l-inerzja, u wieħed għal karrijiet b’sistema tal-ibbrejkjar kontinwu. Dawn il-massa għandhom ikunu ddeterminati kif imsemmi hawn fuq, billi jiġu applikati s-subparagrafi (b), (ċ), (d) u (e) rispettivament.

Massa anqas minn dik stabbilita tista tkun aċċettata mill-Istat Membru fuq talba tal-manifattur.

3. Ħtiġiet tekniċi għall-istallazzjoni ta’ fusien fuq vetturi li jistgħu jiġu miġbuda lura jew (l-Anness I, is-sezzjonijiet 2.14 sa 2.16)

3.1. Kwalunkwe vettura tista’ tkun permissibbli b’fus wieħed jew aktar li jista’ jiġi miġbud lura jew li jkunu jifilħu tagħbija.

3.2. Jekk vettura jkun mgħammra b’fus wieħed jew aktar li jista’ jiġi miġbud lura jew li jkun jifilaħ tagħbija (l-Anness I, is-sezzjonijiet 2.14 sa 2.16) għandu jkun assigurat li taħt il-kondizzjonijiet kollha ta’ sewqan bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fil-punt 35 t’hawn taħt il-massa massimi permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz fuq il-fusien u gruppi ta’ fusien ma jkunux skorrat. Għal dak il-għan, il-fus li jista’ jiġi miġbud lura jew li jkun jiflaħ tagħbija għandu jitbaxxa sa l-art awtomatikamnet jekk il-fus(ien) l-eqreb tal-grupp jew tal-fus ta’ quddiem tal-vettura bil-mutur ikun(u) mgħobbija sal-massa massima permissibbli jew sal-massa massimi permessi tar-reġistrazzjoni/fis-servizz.

3.3. Lampa jew lampi sofor ta’ kontroll fil-kabina għandhom juru lix-xufier li l-fus(fusien) li jista’ jiġi miġbud lura jew li jkun jifilaħ tagħbija tal-vettura bil-mutur jew tal-karru ikunu merfugħin.

3.4. Kull mezz ta’ rafa’ tal-fus immuntat fuq vettura li għalih din id-Direttiva hija applikabbli, kif ukoll is-sistemi għat-tħaddim tiegħu, għandhom ikunu ddisinnjati u nstallati b’tali mod li jkunu protetti minn kwalunkwe użu mhux xieraq jew tbagħbis.

3.5. Ħtiġiet għall-istartjar (mixi l-quddiem) ta’ vetturi bil-mutur fuq uċuħ jiżolqu.

3.5.1. Permezz ta’ deroga mid-disposizzjonijiet ta’ 3.2, u sabiex jgħin vetturi bil-mutur jew għaqdiet ta’ vetturi sabiex jimxu fuq wiċċ jiżloq, u sabiex tkun miżjuda t-trazzjoni tat-tyres fuq dawn l-uċuħ, ir-rafa’ tal-fus tista’ tazzjona wkoll il-fus li jista’ jiġi miġbud lura, jew li jkun jiflaħ tagħbija, ta’ vettura bil-mutur jew ta’ nofs-karru sabiex tkun miżjuda l-massa fuq il-fus li jmexxi l-vettura bil-mutur, soġġett għall-kondizzjonijiet segwenti:

- il-massa korrespondenti għat-tagħbija fuq kull fus tal-vettura tista teċċedi l-massa massima awtorizzata relevanti fuq il-fus fis-seħħ fl-Istat Membru b’sa 30 % sakemm ma jeċċedix il-valur mogħti mill-manifattur għal dan il-għan speċjali,

- il-massa korrespondenti fuq il-bqija tat-tagħbija fuq il-fus ta’ quddiem għandha tibqa’ għola minn żero (jiġifieri fil-każ ta’ fus ta’ wara li jista’ jkollu tagħbija bi sporġenza twila minn wara, il-vettura ma għandhiex tgħeleb),

- il-fus li jista’ jiġi miġbud lura jew li jista jkollu tagħbija għandu jiġi azzjonat biss permezz ta’ mezz speċjali ta’ kontroll,

- wara li l-vettura bil-mutur tkun imxiet u tilħaq veloċità ta’ 30 km/h, il-fus għandu awtomatikament jinżel mill-ġdid sa l-art jew ikollu tagħbija mill-ġdid.

--------------------------------------------------

Top