Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0638

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru, 1997, dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar qafliet għall-injam strutturali

    ĠU L 268, 1.10.1997, p. 36–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/638/oj

    31997D0638



    Official Journal L 268 , 01/10/1997 P. 0036 - 0037


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-19 ta’ Settembru, 1997,

    dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar qafliet għall-injam strutturali

    (Test b’rilevanza ŻEE)

    (97/638/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru, 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13 (4) tagħha,

    Billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13 (3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodott, illi tagħżel "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew klassi ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur mhijiex kundizzjoni neċessarja u suffiċjenti għal attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13 (4), hemmx ħtieġa ta’ l-intervent għal dak l-iskop minn korp ta’ ċertifikazzjoni approvat;

    Billi l-Artikolu 13 (4) jitlob li l-proċedura hekk stabbilita għandha tintwera fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti jew klassi ta’ prodotti kif użati fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13 (3) huma murija fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jintwerew b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’riferenza għall-Anness III, għal kull prodott jew klassi ta’ prodotti, peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura li għaliha saret referenza f’punt (a) ta’ l-Artikolu 13 (3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13 (3) jaqblu mas-sistemi msemmija fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti msemmija fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta’ proċedura li biha, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika imħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkollu x’jaqsam fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif tidher fl-Anness III għandha tintwera f’mandati għal standards armonizzati.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, id-19 ta’ Settembru, 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Pjanċi ta’ pressjoni, connectors bi pjanċi bis-snien, pjanċi rinforzati għall-imsiemer, pjanċi għat-tismir.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    ATTESTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

    Klassi ta’ prodott: Qafliet għal prodotti ta’ l-injam strutturali (1/1)

    1. Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Rigward il-prodott/i u l-użu maħsub għalihom skond il-lista ta’ hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja/ġejjin fi-istandards armonizzati rilevanti:

    Sistema 2+: | Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III (2) (iii), l-ewwel possibbiltà, li tinkludi ċertifikazzjoni dwar kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika minn klassi approvata fuq il-bażi ta’ l-ewwel spezzjonijiet tal-fabbrika u dwar kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika, kif ukoll ta’ sorveljanza kontinwa, stima u approvazzjoni tal-kontroll ta’ produzzjoni fil-fabbrika. |

    Prodott/I | Użu intenzjonat | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |

    Pjanċi ta’ pressjoni, connectors bi pjanċi bis-snien, pjanċi rinforzati għall-imsiemer, pjanċi għat-tismir | Għal prodotti ta’ njam strutturali | | 2+ |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment tal-prodott ma jkunx jeħtiġilha tiġi eżaminata għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkunx jeħtieġlu legalment bl-ebda mod li jkollu din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta tkun tapplika, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każi, l-verifika ta’ din il-karatteristika ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara ir-rendiment tal-prodott f’dak ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top