EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0269

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu rigward il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-koperazzjoni doganali fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

ĠU L 105, 23.4.1997, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/269/oj

Related international agreement
Related international agreement

31997D0269



Official Journal L 105 , 23/04/1997 P. 0013 - 0014


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Marzu

rigward il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-koperazzjoni doganali fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

(97/269/EC)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolati l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-arranġamenti nazzjonali dwar il-koperazzjoni doganali konklużi bejn ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tal-Finlandja, min-naħa l-waħda, u bejn ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju ta' l-Isvezja, min-naħa l-oħra, għandhom, dwar il-kwistjonijiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Komunità, jiġu mibdula b'sistema Komunitarja;

Billi l-ftehim ta' koperazzjoni fil-fruntiera jgħin biex jiġu ffaċilitati n-negozju u l-allokazzjoni effiċjenti ta'riżorsi matul numru limitat ta' postijiet fil-fruntiera li jinsabu fir-reġjuni l-aktar 'il barra, b'mod partikolari għar-Repubblika tal-Finlandja u Renju ta' l-Isvezja; billi dawk ir-reġjuni għandhom numru ta' partikolaritajiet relatati mal-ġeografija tagħhom (kondizzjonijiet ta' klima mill-aktar ħarxa, fruntieri mill-aktar twal, distanzi interni twal, diffikultà kbira biex wieħed ikollu l-aċċess għal ċerti żoni) u għad-densità baxxa ħafna ta' popolazzjoni u ta' traffiku li għandhom u dawn il-partikolaritajiet huma ġodda fil-kuntest Komunitarju u jeħtieġu attenzjoni speċjali biex ir-reġjuni u l-operaturi ekonomiċi konċernati ma jiġux penalizzati;

Billi fil-25 ta' Ottubru 1996 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, għan-nom tal-Komunità, ftehim dwar il-koperazzjoni doganali fil-forma ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja;

Billi r-Repubblika tal-Finlandja u Renju ta' l-Isvezja għandhom jassumu responsabbiltà sħiħa, inkluża l-obbligazzjoni finanzjarja, lejn il-Komunità għall-atti kollha mwettqa jew li għandhom jitwettqu għan-nom ta' l-awtoritajiet doganali Norveġiżi;

Billi l-awtoritajiet doganali Finlandiżi u Svediżi rispettivament għandhom jikkonkludu ma' l-awtoritajiet doganali Norveġiżi arranġament amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-Ftehim; billi dawk l-arranġamenti għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni; billi l-awtoritajiet doganali Finlandiżi u Svediżi għandhom ikunu obbligati jagħtu kont lill-Kummissjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

Billi l-Ftehim dwar il-koperazzjoni doganali fil-forma ta' Bdil ta' Ittri negozjat bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja għandu jiġi approvat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-koperazzjoni doganali fil-forma ta' Bdil ta' Ittri negozjat bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja qiegħed b'hekk jiġi approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Billi r-Repubblika tal-Finlandja u Renju ta' l-Isvezja għandhom jassumu responsabbiltà sħiħa, inkluża l-obbligazzjoni finanzjarja, lejn il-Komunità għall-atti kollha mwettqa jew li għandhom jitwettqu għan-nom ta' l-awtoritajiet doganali Norveġiżi;

Artikolu 3

1. L-awtoritajiet doganali Finlandiżi u Svediżi rispettivament għandhom jikkonkludu ma' l-awtoritajiet doganali Norveġiżi arranġament amministrattiv għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-awtoritajiet doganali Finlandiżi u Svediżi rispettivament għandhom jiġu obbligati jagħtu kont lill-Kummissjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jippreżentaw rapport ta' kull sena lill-Kummissjoni, sakemm ċirkostanzi speċjali ma jkunux jeħtieġu rapporti addizzjonali.

Artikolu 4

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata fuq il-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim mill-Kummissjoni megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

Artikolu 5

Il-President tal-Kunsill qiegħed b'hekk jiġi awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex torbot lill-Komunità u biex tagħti n-notifika prevista mill-Artikolu 11 tal-Ftehim [1].

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Marzu 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Patijn

[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill

--------------------------------------------------

Top