Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0248

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 1997 li tagħraf fil-prinċipju il-kompletezza tad-dossier sottomess għall-eżami ddetaljat minħabba inklużjoni possibbli tal-pseudomonas chlorarphis fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fi-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjantiTest b’ rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 98, 15.4.1997, p. 15–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/248/oj

    31997D0248



    Official Journal L 098 , 15/04/1997 P. 0015 - 0016


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-25 ta’ Marzu 1997

    li tagħraf fil-prinċipju il-kompletezza tad-dossier sottomess għall-eżami ddetaljat minħabba inklużjoni possibbli tal-pseudomonas chlorarphis fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fi-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    (97/248/KE)

    IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti [1], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/68/KE [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 6 (3) tagħha,

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ipprovdiet għall-iżvilupp ta’ lista Kommunitarja ta’ sustanzi attivi li huma aċċettati li jiġu mdaħħlin fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

    Billi fil-15 ta’ Diċembru 1994, Svenska Lantmunnen ssottomettew dossier lill-awtoritajiet Svediżi bil-għan li jiksbu l-inklużjoni tas-sustanza attiva pseudomonas chlororaphis fl-Anness I tad-Direttiva;

    Billi l-awtoritajiet Svediżi indikaw lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ l-ewwel eżami tal-kompletezza tad-dossier fejn għandhom x’jaqsmu r-rekwiżiti ta’ data u informazzjoni li għalihom hemm provvdut fl-Anness II u għal mill-inqas prodott tal-protezzjoni tal-pjanti wieħed li għandu fih is-sustanza attiva kkonċernata, fl-Anness III ta’ l-imsemmija Direttiva; billi sussegwentement, bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 6(2), id-dossier kien sottomess mill-applikanti lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra.

    Billi d-dossier kien riferut lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-laqgħa tal-grupp ta’ xogħol ‘leġislazzjoni’ tiegħu fl-20 ta’ Marzu 1996;

    Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jirrikjedi li jkun ikkonfermat fuq livell tal-Komunità li d-dossier għandu jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa in prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni li għalihom hemm provvedimenti fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott ta’ protezzjoni tal-pjanti wieħed li għandu fih s-sustanza attiva kkonċernata, fl-Anness III ta’ din id-Direttiva;

    Billi tali informazzjoni hi neċessarja sabiex wieħed isegwi l-eżami ddettaljat tad-dossier kif ukoll sabiex tkun miftuħa għall-Istati Membri l-possibiltà li jkunu mogħtija awtorizzazzjoni provisorja għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jistgħu jkollhom fihom din is-sustanza attiva skond il- kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 (1) tad-Direttiva, u b’mod partikolari il-kundizzjoni li jkun magħmul eżami dettaljat tas-sustanzi attivi u l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fejn għandhom x’ jaqsmu r- rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

    Billi tali deċiżjoni ma tippreġudikax li aktar data jew informazzjoni tkun rikjesta mill-applikant fejn ikun jidher matul l-eżami dettaljat li tali informazzjoni jew data huma neċessarji biex tittieħed deċiżjoni;

    Billi huwa mifhum bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li l-Isvezja ser issegwi eżami ddettaljat tad-dossier u tirrapporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tagħha akkumpanjat minn kwalunkwe rakkomandazzjonijiet fuq l-inklużjoni jew le u kwalunkwe kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard minn perijodu ta’ sena; fejn meta jasal ir-rapport l-eżami dettaljat ser ikompli bit-tagħrif espert mill-Istati Membri kollha fl-ambitu tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti;

    Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dossier sottomess minn Svenska Lantmunnen lill-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż il-pseudomonas chlorarphis bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien irriferut lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fl-20 ta’ Marzu 1996, hu kkunsidrat li jissodisfa r-rekwiżiti prinċipali fuq data u informazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Anness II, u għal prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li għandu fih is-sustanza attiva kkonċernata, fl-Anness III tad-Direttiva.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, il-25 ta’ Marzu 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 230, tad-19. 8. 1991, p. 1.

    [2] ĠU Nru L 277, tat-30. 10. 1996, p. 25.

    --------------------------------------------------

    Top