EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1749

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur

ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2020; Imħassar b' 32020R1148

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1749/oj

31996R1749



Official Journal L 229 , 10/09/1996 P. 0003 - 0010


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96

tad-9 ta' Settembru 1996

dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t'Ottubru 1995 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5(3) tiegħu,

Billi kull Stat Membru hu mitlub li jipproduċi indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur (HICP) li jibda bl-indiċi għal Jannar 1997;

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jeħtieġ li l-iskop tal-HICP ikunu l-oġġetti u s-servizzi disponibbli għax-xiri fit-territorju ekonomiku ta' l-Istat Membru għal raġunijiet ta' sodisfazzjon b'mod dirett tal-ħtiġijiet tal-konsumatur;

Billi l-kopertura ta' l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur eżistenti li huma pprovduti mill-Istati Membri, pratiċi segwiti għall-inklużjoni ta' oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda, proċeduri sabiex jiġu aġġustati l-prezzijiet minħabba tibdil fil-kwalità ta' l-oġġetti pprezzati, metodi sabiex jiġu kombinati prezzijiet sabiex jiġu formati indiċi tal-prezzijiet għal aggregati elementari, jew metodi u prattiċi sabiex jittieħed kampjun u jinkisbu prezzijiet ivarjaw bejn Stati Membri bir-riżultat li l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur li jirriżultaw u li jiġu pprovduti mill-Istati Membri jonqsu li jilħqu ir-rekwiżit ta' paragunabilità neċessarju għall-produzzjoni tal-HICP;

Billi l-pratika li jintużaw prezzijiet preċedenti bħala sostituti għall-prezzijiet mensili kurrenti tvarja mill-użu tal-prezzijiet miġbura tant illi l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur li jirriżultaw u li jiġu pprovduti mill-Istati Membri jonqsu li jilħqu ir-rekwiżit ta' paragunabilità meħtieġa għall-produzzjoni tal-HICP;

Billi hu meħtieġ li jiġu inklużi oġġetti u servizzi ġodda sinifikanti fiż-żewġ HICP li l-piż tagħhom hu rrivedut kull sena u dawk li l-piż tagħhom huwa aġġornat anqas spiss;

Billi miżuri ta' implimentazzjoni huma neċessarji sabiex tiġi assigurata l-paragunabilità tal-HICP skond l-Artikolu 5(3) tar- Regolament (KE) Nru 2494/95;

Billi b'mod konformi ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, il-Kummissjoni (Eurostat) hija mitluba li tissottometti kull rapport lill-Kunsill dwar kemm dawn l-HICP u l-konformità tagħhom huma rekwiżiti ta' paragunabilità ta' min joqgħod fuqhom;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jaqblu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programm ta' l-Istatistika (SPC), imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2];

Billi l-Istitut Monetarju Ewropew ġie kkonsultat skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 u ta' opinjoni pożittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

I. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jiġi stabbilit għall-iskop tal-produzzjoni ta' indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur komparabbli (HICP) provdut minn kull Stat Membru:

- jiġu koperti inizjalment oġġetti u servizzi kif ukoll pratiċi komparabbli sabiex jiġi aġġornat dak li ġie kopert sabiex jiġu inklużi oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda,

- livelli minimi għall-proċeduri ta' aġġustament fil-kwalità,

- livelli minimi għall-prezzijiet użati,

- il-formola għall-kumpilazzjoni ta' indiċi tal-prezzijiet għall-aggregati elementari.

L-għan hu wkoll li jiġi assigurat li t-teħid ta' kampjuni tal-prezzijiet huwa tali li l-HICP huma ta' min joqgħod fuqhom b'mod suffiċjenti għall-iskop ta' paragunabilità internazzjonali u sabiex jipprovdu informazzjoni li minnha jiġu stabbiliti livelli minimi għat-teħid ta' kampjuni.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament:

(a) Kopertura inizjali ta' oġġetti u servizzi tal-HICP hi definita bħala dawk il-kategoriji ta' erba' figuri u sub-kategoriji speċifikati fil-klassifikazzjoni COICOP/HICP (klassifikazzjoni ta' konsum individwali skond l-għan adottat mill-ħtiġijiet tal-HICP) mogħtija fl-Anness I.

(b) Oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda huma definiti bħala dawk l-oġġetti u servizzi li tibdil fil-prezzijiet tagħhom mhuwiex inkluż speċifikament fil-HICP ta' kull Stat Membru u n-nefqa stimata tal-konsumaturi li fuqha saret għall-inqas parti waħda minn elf mill-ispiża koperta minn dik tal-HICP.

(ċ) Tibdil fil-kwalità jseħħ kull meta l-Istat Membru jiġġudika li tibdil fl-ispeċifikazzjoni irriżulta f'kull differenza sinifikanti fl-utilità lill-konsumatur bejn varjazzjoni ġdida jew mudell ta' kull oġġett jew servizz u kull oġġett jew servizz li kien intgħażel qabel għall-ipprezzar fl-HICP li għalih ġie sostitut. Kull tibdil fil-kwalità ma tiġiex meta jkun hemm reviżjoni komprensiva ta' kampjun tal-HICP.

(d) Aġġustament fil-kwalità hi l-proċedura li tħalli kull lok għal tibdil fil-kwalità billi żżid jew tnaqqas il-prezzijiet osservati kurrenti jew li għalihom hemm riferenza minn fattur jew kull ammont ekwivalenti għall-valur ta' dak it-tibdil fil-kwalità.

(e) Kampjun immirat hu definit bħala s-sett ta' prezzijiet ta' oġġetti u servizzi li l-Istat Membru jippjana li jikseb għall-produzzjoni tal-HICP minn Jannar 1997 jew jippjana għal kull data sussegwenti sabiex jilħaq il-livelli ta' l-Istati Membri stess jew kull livell Ewropew sabiex joqgħod fuqhom jew għal paragunabilità.

(f) Prezz osservat hu prezz li hu fil-fatt ikkonfermat mill-Istati Membri.

(g) Prezz stimat hu kull prezz li hu sostitwit għal kull prezz osservat u li huwa bbażat fuq kull proċedura ta' stima xierqa. Prezzijiet li kienu osservati qabel m'għandhomx jitqiesu bħala prezzijiet stimati jekk ma jistgħux jitqiesu bħala estimi xierqa.

(h) Prezz tat-tibdil hu prezz osservat għal kull oġġett jew servizz li hu meħud bħala kull sostitut dirett għal oġġett jew servizz il-prezz ta' liema kien fil-kampjun immirat.

(i) Indiċi elementari aggregat hu kull indiċi ta' kull prezz aggregat elementari li jinkorpora biss data tal-prezzijiet.

(j) Aggregat elementari jirreferi għall-ispiża jew konsum kopert mill-livell l-aktar dettaljat ta' l-istrati tal-HICP u li fihom informazzjoni ta' l-ispiża li hi ta' min joqgħod fuqha mhijiex disponibbli għal skopijiet ta' peżar.

(k) It-teħid ta' kampjuni jirreferi għal kull proċedura fil-kostruzzjoni tal-HICP meta kull subgrupp tal-popolazzjoni tal-prezzijiet li l-konsumaturi jħabbtu wiċċhom magħhom hu użat sabiex jiġi stimat it-tibdil fil-prezz għal kull kategorija ta' l-oġġetti u s-servizzi koperti mill-HICP.

(l) L-affidabilità għandha tiġi stimata skond "il-preċiżjoni" li tirreferi għall-iskala ta' żball fit-teħid ta' kampjuni u "rappreżentazzjoni" li tirreferi għan-nuqqas ta' preġudizzju.

II. MIŻURI LI JIŻGURAW LI L-HICP HUMA KOMPARABBLI, TA' MIN JOQGĦOD FUQHOM U RELEVANTI

L-Artikolu 3

Kopertura inizjali

L-HICP li jinkludu indiċi tal-prezzijiet u l-piżijiet għal kull kategorija mogħtija fl-Anness I li jkopru aktar minn parti waħda f'elf ta' l-ispiża totali koperta minn dawn il-kategoriji kollha, għandhom jitqiesu li huma komparabbli.

L-Artikolu 4

Oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda

L-Istati Membri għandhom:

(a) b'mod sistematiku jfittxu li jidentifikaw oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda u

(b) jiċċekkjaw il-valur ta' oġġetti u servizzi rappurtati li huma sinifikattivi ġodda fi Stati Membri oħra.

L-HICP għandu jiġi miġbur b'mod li jkopri it-tibdiliet fil-prezz ta' kull oġġett jew servizz sinifikattiv ġdid, fejn l-oġġett jew is-servizz ġie stimat bħala wieħed li jkopri d-definizzjoni fl-Artikolu 2(b). Dan għandu jsir fi żmien 12-il xahar mill-identifikazzjoni tagħhom jew billi jiġu aġġustati l-piżijiet ta' jew ġol-kategorija relevanti tal-klassifikazzjoni tal-COICOP/HICP mogħtija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jew billi jiġi assenjat parti mill-piż speċifikament lill-oġġett jew servizz sinifikattiv ġdid.

L-Artikolu 5

Livelli minimi għall-proċeduri ta' aġġustament fil-kwalità

1. Diversi HICP li għalihom aġġustamenti ta' kwalità xierqa huma magħmula għandhom jitqiesu li jkunu komparabbli. Meta jsiru tibdiliet fil-kwalità, l-Istati Membri għandhom joħolqu indiċi tal-prezzijiet billi jagħmlu aġġustamenti fil-kwalità xierqa bbażati fuq estimi espliċiti tal-valur tat-tibdil fil-kwalità. Fin-nuqqas ta' estimi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jużaw estimi bbażati fuq informazzjoni provduta mill-Kummissjoni (Eurostat) meta dawn huma disponibbli u rilevanti.

2. Meta m'hemmx estimi disponibbli, bidliet fil-prezz għandhom ikunu kalkulati bħala d-differenza bejn il-prezz tas-sostitut magħżul u dak ta' l-oġġett li ssostitwixxa. Fl-ebda ħin m'għandu kull tibdil fil-kwalità tiġi stimata bħala d-differenza sħiħa fil-prezz bejn iż-żewġ oġġetti, kemm-il darba din ma tistax tiġi ġġustifikata bħala kull stima xierqa. Meta għandhom jsiru sostituzzjonijiet wara li oġġetti u servizzi ikunu ġew offruti bi prezzijiet imraħħsa, dawk is-sostituti għandhom jintagħżlu b'mod konformi max-xebħ ta' l-użu tagħhom għall-konsumatur u mhux skond ix-xebħ fil-prezz.

L-Artikolu 6

Livelli minimi għall-prezzijiet

1. L-Istati Membri għandhom jipproduċu HICPs billi jużaw il-prezzijiet osservati tal-kampjun immirat.

(a) Meta il-kampjun immirat jeħtieġ osservazzjoni kull xahar, iżda jkun hemm nuqqas ta' osservazzjoni minħabba in-nuqqas ta' kull oġġett jew għal kull raġuni oħra, prezzijiet stimati jistgħu jintużaw għall-ewwel jew it-tieni xahar iżda prezzijiet ta' sostituzzjoni għandhom jintużaw mit-tielet xahar.

(b) Meta, b'mod eċċezzjonali, il-kampjun immirat jirrikjedi osservazzjonijet inqas frekwenti minn mensili, prezzijiet stimati għandhom jintużaw għal dawk ix-xhur fejn prezzijiet ta' osservazzjoni mhumiex meħtieġa. Prezzijiet stimati jistgħu jintużaw ukoll fl-ewwel okkażjoni meta ma jkunx hemm osservazzjoni tal-prezz. Meta ma jkunx hemm osservazzjoni għat-tieni darba konsekuttiva, prezzijiet ta' sostituzzjoni għandhom jintużaw.

2. Meta, fiċ-ċirkustanzi li għalihom saret referenza f'dan l-Artikolu, prezzijiet ta' sostituzzjoni ma jkunux disponibbli, prezzijiet stimati jistgħu jibqgħu jintużaw, kemm-il darba l-użu tagħhom hu limitat għal kull livell adatt sabiex tinkiseb paragunabilità.

L-Artikolu 7

Indiċi tal-prezzijiet għal aggregati elementari

L-HICP għandhom jinġabru billi tintuża waħda miż-zewg formoli mogħtija fil-paragrafu 1 ta' l-Anness II għal dan ir-Regolament jew kull formola komparabbli alternattiva li ma tirriżultax f'kull indiċi li huwa differenti b'mod sistematiku minn kull indiċi miġbur permezz ta' waħda mill-formoli mogħtija b'aktar minn parti waħda minn għaxra ta' punt wieħed persentaġġ fuq medja ta' sena meta mqabbla mas-sena ta' qabel.

L-Artikolu 8

Livelli minimi għall-kampjuni

HICPs li huma maħluqa minn kampjuni mmirati li, għal kull kategorija ta' COICOP/HICP u meta jittieħed inkonsiderazzjoni il-piż tal-kategorija, għandhom aggregati elementari suffiċjenti sabiex jirrappreżentaw id-diversità ta' l-oġġetti fil-kategorija u prezzijiet suffiċjenti f'kull aggregat elementari sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni il-varjazzjoni fil-prezzijiet fil-popolazzjoni għandhom jitqiesu bħala ta' min joqgħod fuqhom u komparabbli.

L-Artikolu 9

Kontroll tal-kwalità

L-Istati Membri għandhom:

(a) jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'informazzjoni dwar in-nefqa ta' kull esklużjoni li mhumiex koperti, ddikjarat bħala proporzjon ta' l-ispiża totali koperta mill-HICP suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-konformità ma' dan ir-Regolament;

(b) jirrapurtaw lill-Kummissjoni (Eurostat) oġġetti u servizzi ġodda sinifikanti meta jkunu identifikati u, jekk meħtieġ, il-bażi għan-nuqqas ta' inklużjoni ta' kull oġġett jew servizz sinifikanti ġdid suffiċjenti sabiex tiġi evalwata il-konformità ma' dan ir-Regolament;

(ċ) jissorveljaw l-inċidenza ta' bidiliet fil-kwalità u l-aġġustamenti magħmula b'mod suffiċjenti sabiex juru konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'din l-informazzjoni;

(d) iwaqqfu u jżommu kull prospett ċar tal-kampjun immirat u għandhom jagħmlu kontrolli ta' osservazzjoni tal-prezz u estimi tal-prezzijiet suffiċjenti sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament. Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b' din l-informazzjoni sabiex tiġi evalwata u assigurata il-konformità;

(e) meta tiġi użata kull formola li hi differenti mill-formoli mogħtija fil-paragrafu 1 ta' l-Anness II għal dan ir-Regolament, jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'informazzjoni dwar l-effetti li tiġi użata dik il-formola alternattiva għal perijodi magħżula u aggregati elimentari magħżula suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-konformità ma' dan ir-Regolament;

(f) jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'dettalji tal-kampjuni mmirati suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-konformità ma' dan ir-Regolament u statistika sommarja tar-rappreżentattività u l-preċiżjoni tal-kampjuni suffiċjenti għall-Kummissjoni (Eurostat) sabiex tagħmel proposti għal livelli minimi ta' standards għat-teħid ta' kampjuni għall-inklużjoni fir-Reviżjoni tal-HICP meħtieġa taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 li għandha ssir f'Ottubru 1997.

III. DISPOŻIZZJONIET FINALI

L-Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Settembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 257, tas-27.10.1995, p. 1.

[2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-varjetà inizjali ta' oġġetti u servizzi tal-HICP għandha tinkludi il-kategoriji u s-sotto-kategoriji li ġejjin:

Kodiċi | Intestatura COICOP/HICP |

01. | IKEL U XORB MHUX ALKOĦOLIKU |

01.1. | Ikel |

01.1.1 | Ħobż u Ċereali |

01.1.2 | Laħam |

01.1.3 | Ħut |

01.1.4 | Ħalib, ġobon u bajd |

01.1.5 | Żjut u xaħmijiet |

01.1.6 | Frott |

01.1.7 | Ħaxix inkluż patata u tuberi oħra |

01.1.8 | Zokkor, ġamm, għasel, xiroppi, ċikkulata u ħelu |

01.1.9 | Prodotti ta' l-ikel m.i.b. |

01.2 | Xorb mhux alkoħoliku |

01.2.1 | Kafé, te u kawkaw |

01.2.2 | Ilma minerali, soft drinks, u juices |

02. | XORB ALKOĦOLIKU U TABAKK |

02.1 | Xorb alkoħoliku |

02.1.1. | Spirti |

02.1.2 | Inbid |

02.1.3 | Birra |

02.1.4 | Tabakk |

02.1.5 | Tabakk |

03. | ĦWEJJEG U ŻRABEN |

03.1 | Ħwejjeġ |

03.1.1 | Materjal tal-ħwejjeġ |

03.1.2 | Ilbiesi |

03.1.3 | Oġġetti oħra ta' l-ilbies u aċċessorji ta' l-ilbies |

03.1.4 | Dry cleaning, tiswija u kiri tal-ħwejjeġ |

03.2 | Żraben |

03.2.1 | Żraben u lbies ieħor tas-saqajn |

03.2.2 | Manutenzjoni, tiswija u kiri taż-żraben |

04. | ABITAZZJONI, ILMA, DAWL, GASS U KARBURANTI OĦRA |

04.1 | Kiri attwali ta' djar |

04.1.1 | Kirjiet attwali mħallsin mill-inkwilini |

04.1.2 | Kirjiet attwali oħrajn |

04.3 | Mantenuzzjoni u tiswijiet regolari ta' l-abitazzjoni |

04.3.1 | Prodotti għall-mantenuzjoni u tiswija regolari ta' l-abitazzjoni |

04.3.2 | Servizzi għall-manutenzjoni u tiswija regolari ta' l-abitazzjoni |

04.4 | Servizzi oħra relatati ma' l-abitazzjoni |

04.4.1A | Ġbir ta' l-iskart — il-konsumatur iħallas skond il-konsum |

04.4.2A | Servizzi tad-drenaġġ- il-konsumatur iħallas skond il-konsum |

04.4.3A | Ilma — il-konsumatur iħallas skond il-konsum |

04.4.4 | Servizzi oħra relatati mal-abitazzjoni m.i.b. |

04.5 | Dawl, gass u karburanti oħra |

04.5.1 | Dawl |

04.5.2 | Gass |

04.5.3 | Karburanti likwidi |

04.5.4 | Karburanti solidi |

04.5.5 | Ilma sħun, fwar ta' l-ilma, silġ |

05. | GĦAMARA, TAGĦMIR TAD-DAR U MANUTENZJONI ORDINARJA TAD-DAR |

05.1 | Għamara, tagħmir u dekorazzjonijiet, twapet, u koperturi oħra ta' l-art u tiswijiet |

05.5.1 | Għamara u tagħmir |

05.1.2 | Twapet u koperturi oħra ta' l-art |

05.1.3 | Tiswijiet ta' għamara, tagħmir u koperturi ta' l-art |

05.2 | Tessuti tad-dar |

05.2.1 | Tessuti tad-dar |

05.3 | Tagħmir tas-sħana u tisjir, friġġijiet, makni tal-ħasil u kull tagħmir ieħor kbir tad-dar, inkluż fittings u tiswijiet |

05.3.1 | Tagħmir kbir tad-dar, kemm jekk ta' l-elettriku kif ukoll jekk le |

05.3.2 | Tagħmir żgħir ta' l-elettriku tad-dar |

05.3.3 | Tiswija ta' tagħmir tad-dar |

05.4 | Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u għodda tad-dar |

05.4.1 | Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u għodda tad-dar |

05.5 | Għodda u tagħmir għad-dar u għall-ġnien |

05.5.1 | Għodda u tagħmir kbir |

05.5.2 | Għodda żgħar u aċċessorji mixxellanji |

05.6 | Prodotti u servizzi għat-tiswija ordinarja tad-dar |

05.6.1 | Oġġetti tad-dar mhux li jibqgħu |

05.6.2 | Servizzi domestiċi u servizzi għaż-żamma tad-dar |

06. | SAĦĦA — prodotti mħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati |

06.1A | Prodotti mediċi u farmaċewtiċi u tagħmir u apparat terapewtiku — imħallas mill-konsumatur u mhux rimborsati |

06.1.1A | Preparazzjonijiet u prodotti farmaċewtiċi — imħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati |

06.1.2A | Prodotti oħra mediċi — mħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati |

06.1.3A | Tagħmir u apparat terapewtiku — mħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati |

07. | TRASPORT |

07.1 | Xiri ta' vetturi |

07.1.1A | Karozzi ġodda |

07.1.1B | Karozzi second hand |

07.1.2 | Muturi |

07.1.3 | Roti |

07.2 | Tħaddim ta' tagħmir ta' trasport personali |

07.2.1 | Spare parts u aċċessorji |

07.2.2 | Karburanti u lubrikanti |

07.2.3 | Manutenzjoni u tiswija |

07.2.4 | Servizzi oħra dwar tagħmir ta' trasport personali — użu ta' konvenzjonijiet ESA ( |

07.3 | Servizzi ta' trasport |

07.3.1 | Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija |

07.3.2 | Trasport tal-passiġġieri fit-triq |

07.3.3 | Trasport tal-passiġġieri bl-ajru |

07.3.4 | Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni |

07.3.5 | Servizzi oħra ta' trasport mixtrija |

08. | KOMUNIKAZZJONIJIET |

08.1 | Komunikazzjonijiet |

08.1.1 | Servizz postali |

08.1.2 | Tagħmir tat-telefon u telefax |

08.1.3 | Servizzi ta' telefon, telegrafu u telefax |

09. | RIKREAZZJONI U KULTURA |

09.1 | Tagħmir u aċċessorji inkluż tiswijiet |

09.1.1 | Tagħmir għar-reċezzjoni, rekordjar u riproduzzjoni ta' ħsejjes u stampi |

09.1.2 | Tagħmir fotografiku u ċinematografiku u strumenti ottiċi |

09.1.3 | Tagħmir għall-ipproċessar tad-data |

09.1.4 | Oġġetti kbar oħra li jservu għar-rikreazzjoni u kultura |

09.1.5 | Logħob, ġugarelli u passatempi, tagħmir għall-isport, kampeġġ u rikreazzjoni fil-miftuħ |

09.1.6 | Mezzi ta' reġistrazzjoni ta' stampi u ħsejjes |

09.1.7 | Ġardinar |

09.1.8 | Annimali domestiċi |

09.1.9 | Tiswija ta' tagħmir u aċċessorji għar-rikreazzjoni u l-kultura |

09.2 | Servizzi rikreazzjonali u kulturali |

09.2.1 | Servizzi kulturali u rikreazzjonali għall-gruppi |

09.2.2 | Servizzi kulturali u rikreazzjonali oħrajn |

09.3 | Gazzetti, kotba u stationery |

09.3.1 | Kotba |

09.3.2 | Gazzetti u perjodiċi |

09.3.3 | Oġġetti stampati mixxellanji |

09.3.4 | Stationery u materja għat-tpinġija |

09.4 | Vaganzi bbukkjati — eskluż assigurazzjoni għall-ivvjaġġar |

09.4.1 | Vaganzi bbukkjati — eskluż assigurazzjoni għall-ivvjaġġar |

10. | EDUKAZZJONI — ġeneralment imħallsa mill-konsumaturi fl-Istati Membri |

11. | LUKANDI, KAFETERIJI U RISTORANTI |

11.1 | Forniment ta' l-oġġetti ta' l-ikel |

11.1.1 | Ristoranti u kafeteriji |

11.1.2 | Canteens |

11.2 | Servizzi ta' akkomodazzjoni — fl-Istat Membru |

11.2.1 | Servizzi ta' akkomodazzjoni — fl-Istat Membru |

12. | PRODOTTI U SERVIZZI MIXXELLANJI |

12.1 | Kura personali |

12.1.1 | Salons tax-xagħar u stabbilimenti għall-kura personali |

12.1.2. | Tagħmir, oġġetti u prodotti għall-kura personali |

12.2 | Effetti personali m.i.b. |

12.2.1 | Ġojjellerija, arloġġi u arloġġi ta' l-idejn |

12.2.2 | Effetti personali oħra |

12.4A | Assigurazzjoni |

12.4.2A | Assigurazzjoni relatata ma' l-abitazzjoni — assigurazzjoni tal-kontenut |

12.4.4A | Assigurazzjoni relatata mat-trasport — assigurazzjoni tal-karozza — eskluż assigurazzjoni ta' l-ivvjaġġar |

12.5A | Servizzi bankarji m.i.b. — esklużi ħlas ta' interessi u tariffi mfissra bħala proporzjon tal-valur ta' l-operazzjoni |

12.5.1 A | Servizzi bankarji m.i.b. — esklużi ħlas ta' interessi u tariffi mfissra bħala proporzjon tal-valur ta' l-operazzjoni |

12.6 | Servizzi oħra m.i.b. |

12.6.1 | Servizzi oħra m.i.b. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Formuli li għandhom jintużaw fil-kumpilazzjoni ta' aggregati elementari

1. ∑p

∑p

b il-proporzjon ta' prezzijiet medji ġeometrici

∏p

∏p

, meta pt hu l-prezz kurrenti, pb il-prezz ta' riferenza u n in-numru ta' dawn il-prezzijiet fl-aggregat elimentari, għandhom jintużaw. Formula alternattiva tista' tintuża kemm-il darba teżawrixxi ir-rekwiżit ta' paragunabilità mniżżla fl-Artikolu 7.

2. L-aritmetika medja ta' prezzijiet relattivi t

m'għandhiex tintuża normalment, minħabba li f'ħafna ċirkustanzi dan jirriżulta f'nuqqas li jintlaħaq ir-rekwiżit ta' paragunabilità. Jista' jintuża b'mod eċċezzjonali meta jista' jintwera li ma jonqosx mir-rekwiżit ta' paragunabilità.

3. L-indiċi tal-prezzijiet għal aggregat elementari jista' jiġi kkalkulat bħala kull katina ta' indiċi bl-użu ta' wieħed miż-żewġ formuli preferuti hawn fuq. Per eżempju bl-użu tal-proporzjoni ta' medji aritmetiku:

I

=

i∈s

i∈s

·

i∈s

i∈s

i∈s

i∈s

,

meta Pi tfisser il-kwota ta' prezz ith għal aggregat elementari mogħti f'perijodu t u st ifisser il-kampjun ta' prezzijiet miksuba għall-aggregat elimentari fil-perijodu t. Dan il-kampjun jista' fil-prattika jiġi aġġornat mensilment jew, aktar ġeneralment, meta l-prezzijiet ma' jistgħux jinkisbu, fuq perijodi itwal. Jekk bejn il-perijodu bażi b u perijodu t m'hemm l-ebda milja I tb a számtani átlagok egyszerű aránya:I tb =

P

P

il-proporzjon sempliċi aritmetiku medju (jew bħall-formola ġeometrika deskritta hawn fuq). L-aritmetika medja tar-relattività tal-prezz m'għandhiex tintuża fejn tifforma katina b'mod aktar frekwenti minn kull sena.

--------------------------------------------------

Top