Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0691

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 691/96 tas-16 ta' April 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 97, 18.4.1996, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/691/oj

    31996R0691



    Official Journal L 097 , 18/04/1996 P. 0013 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 691/96

    tas-16 ta' April 1996

    dwar il-klassifika ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura magħquda

    IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

    Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal perjodu ta' tliet xhur mill-possessur;

    Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni tan-Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NK indikata fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija iktar 'il fuq.

    Artikolu 2

    Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tjikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' April 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 18.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni ta' oġġetti | Klassifika (kodiċi tan-NM) | Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Preparazzjoni, b'bażi ta' sustanzi amylaceous, meħuda bl-eterifikazzjoni tat-tqiq tal-qamħ u b'kontenut ta' lamtu ta' bejn wieħed u ieħor 61 % bil-piż kif determinat bil-metodu fl-Anness II mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87 (ĠU L 392 tal-31.12.1987, p. 19).Din hija preparazzjoni tax-xorta ġeneralment użata fl-industrija tal-karta. | 38091030 | Il-klassifka hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kkombinata, u bil-kliem tal-kodiċijiet 3809,tan-NM 380910 u 38091030. Ara, ukoll, in-Nota Spjegattiva ta' HS mat-titolu 38.09, Part (A) (1), l-ewwel subparagrafu. |

    2.Taħlita ta' aċidi carboxylic li fiha bil-piż madwar 79 % ta' a1idu, 20 % ta' aċidi dibażiċi oħra u 1 % ta' aċidi monobażiċi. | 38249090 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u l-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NM 3824, 382490 u 38249090. Il-prodott huwa kkunsidrat li mhux pur biżżejjed biex ikun ikklassifikat fil-Kapitolu 29. |

    % bil-piż |

    C 16:0 | 4,8 |

    C 18:0 | 1,6 |

    C 18:1 | 60,6 |

    C 18:2 | 20,9 |

    C 18:3 | 8,7 |

    It-taħlita tintuża, b'mod partikulari, bħala bio-fuel. | | 38249090 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3824, 382490 u 38249090. |

    --------------------------------------------------

    Top