Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0510

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/96 tat-22 ta' Marzu 1996 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 76, 26.3.1996, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/510/oj

31996R0510



Official Journal L 076 , 26/03/1996 P. 0007 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/96

tat-22 ta' Marzu 1996

li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 334/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferuti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija, fl-intier tagħha jew f'parti minnha, msejsa fuqha jew li żżid kull suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffa jew miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża ma’ dan ir-Regolament iridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa approprjat illi, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll doppju u mas-sorveljanza ta' qabel u rettrospettiva Komunitarja dwar il-prodotti tat-tessuti ma’ l-importazzjoni fil-Komunità, it-tagħrif li jorbot tat-tariffa fil-materja tal-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi ma dan ir-Regolament jista’ jissokta jiġi invokat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja [3], għal perjodu taż-żmien ta' 60 jum mill-pussessur;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Il-klassifika tan-Nru tal-prodott fit-tabella annessa ma għandha l-ebda effett fuq l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3021/95 [4].

Artikolu 3

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-kontroll doppju u tas-sorveljanza minn qabel u rettrospettiva Komunitarja tal-prodotti tat-tessuti ma’ l-importazzjoni fil-Komunità, it-tagħrif li jorbot tat-tariffa fil-materja tal-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma għadhomx jikkonformaw iktar ma dan ir-Regolament jista’ jissokta jiġi invokat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu taż-żmien ta' 60 jum.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 1996.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 318, tat-30.12.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika (kodiċi tan-NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Virga ta' fibra akrilika li tiżen aktar minn 150g/m2 u li għandha tul ta' mhux aktar minn 50ċm. Il-virga tikkonsisti minn fibri fini li tqiegħdu paralleli ma’ xulxin, twaħħlu bil-gomma u ssaħħnu f'forn biex tibbies il-formazzjoni tagħhom. Il-virga ċilindrika li tirriżulta hija maħsuba għalbiex tinqata skond it-tul u mmaċinata f'ponot għall-pinen tal-immarkar. | 56039490 | Il-klassifika hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-mod tal-kliem tal-kodiċi tan-NM 5603, 560394 u 56039490. |

--------------------------------------------------

Top