Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996F1023(01)

    Att tal-Kunsill tat-27 ta'Settembru 1996 li jfassal l-Protokoll dwar l-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (96/K 313/01)

    ĠU C 313, 23.10.1996, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, GA, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    31996F1023(01)



    Official Journal C 313 , 23/10/1996 P. 0001 - 0001


    Att tal-Kunsill

    tat-27 ta'Settembru 1996

    li jfassal l-Protokoll dwar l-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej

    (96/K 313/01)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3(2)(c) tiegħu,

    Billi, sabiex ikunu miskuba l-għanijiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jqisu l-ġlieda kontra l-kriminalità li tagħmel ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej bhala materja ta' interess komuni li tiġi taħt il-kooperazzjoni previst mit-Titolu V tat-Trattat

    Billi bl-Att tas-26 ta' Lulju 1995 il-Kunsill fassal bħala l-ewwel ftehim il-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej li hu maħsub iżjed speċifikament sabiex jikkumbatti l-frodi li jagħmel ħsara lil dawk l-interessi;

    Billi, fit-tieni stadju tagħha, din il-Konvenzjoni għandha tiġi supplimentata bi Protokoll dirett partikolarment lejn l-atti ta' korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali nazzjonali u tal-Komunità li jagħmlu ħsara jew x'aktarx jagħmlu ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

    IDDEĊIEDA li l-Protokoll, li t-test tiegħu maħruġ fl-Anness mehmuż u li gie ffirmat illum mir-Rappreżentanti Governattivi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni, ġie hawnhekk mfassal;

    JIRRAKKOMMANDA illi jiġi adottat mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 1996.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    M. Lowry

    --------------------------------------------------

    Top