Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0219

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 1996 tikkonċerna l-konklużjoni tal-ftehim għal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada

ĠU L 74, 22.3.1996, p. 25–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/219/oj

Related international agreement

31996D0219



Official Journal L 074 , 22/03/1996 P. 0025 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' Frar 1996

tikkonċerna l-konklużjoni tal-ftehim għal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada

(96/219/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 130m, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada qiegħda ssegwi programmi ta' riċerki speċifiki fil-qasam ta' nteressi komuni;

Billi fuq il-bażiċi tal-esperjenzi tal-passat taħt il-kwadru ta' ftehim għal Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada [3], iż-żewġ naħat esprimew xewqa li jistabbilixxu kwadru iktar formali għal-kondotta ta' kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija;

Billi bid-Deċiżjoni tiegħu tad-19 ta' April 1993, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni sabiex tinnegozja Ftehim għal Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada;

Billi bid-Deċiżjoni tagħha tal-15 ta' Ġunju 1995, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni tiffirma l-Ftehim f'isem il-Komunitajiet Ewropej;

Billi l-Ftehim kien iffirmat fis-17 ta' Ġunju 1995;

Billi l-Ftehim għal-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada għandha tiġi aprovata,

IDDEĊIEDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Billi l-Ftehim għal-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada għandha tiġi approvata,

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Agnelli

[1] ĠU C 317, 28.11.1995, p. 7.

[2] ĠU C 17, 22.1.1996.

[3] ĠU L 260, 24.8.1976, p. 2.

--------------------------------------------------

Top