Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0080

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistipula kampjun taċ-ċertifikati tal-linja ta’ tnissil għall-ova ta’ l-annimali li mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat u d-dettalji li għandhom jiddaħħlu f’dawk iċ-ċertifikatiTest b’relevanza għall-FEE

    ĠU L 19, 25.1.1996, p. 50–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/05/2005; Imħassar b' 32005D0379

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/80(1)/oj

    31996D0080



    Official Journal L 019 , 25/01/1996 P. 0050 - 0052


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-12 ta’ Jannar 1996

    li tistipula kampjun taċ-ċertifikati tal-linja ta’ tnissil għall-ova ta’ l-annimali li mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat u d-dettalji li għandhom jiddaħħlu f’dawk iċ-ċertifikati

    (Test b’relevanza għall-FEE)

    (96/80/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 fuq it-trobbija pura ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-ifrat [1], kif l-aħħar emendata bit-Trattat t’Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 5 u l-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi, fil-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva fuq imsemmija, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva, id-dettalji li għandhom jidhru fuq iċ-ċertifikat tal-linja ta’ tnissil li jista’ jakkumpanja l-ova ta’ l-annimali tat-trobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat meta jidħlu fil-kummerċ ġewwa l-Komunità;

    Billi dawn iċ-ċertifikati nnifishom jista ma jkunx hemm bżonnhom sakemm il-partikolarijiet msemmija f’din id-Deċiżjoni huma diġa’ presenti f’dokumentazzjoni ta’ referenza li jirreferu għall-ova ta’ l-annimali mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat li jidħlu fil-kummerċ ġewwa l-Komunità;

    Billi l-kampjun u l-partikolarijiet li għandhom jidhru fuq iċ-ċertifikat tal-linja tan-nisel ta’ l-annimali mrobbija puri ta’ l-ispeċi tal-ifrat huma diġà stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE [2] u dawk għas-semen u għall-embriji huma diġà stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/124/KEE [3]; billi l-informazzjoni fuq l-annimali mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat għandhom ikunu nklużi fiċ-ċertifikat dwar l-ova;

    Billi il-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Id-dettalji li ġejjin iridu jissemmew fiċ-ċertifikat għall-kummerċ ġewwa l-Komunità ta’ l-ova ta’ l-annimali mrobbija ta’ l-ispeċi tal-ifrat:

    - informazzjoni aġġornata kif stipulata fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 86/404/KEE dwar il-baqra donatura kif ukoll il-grupp tad-demm tagħha,

    - informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-ovum, id-data tal-ġbir tiegħu u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-kollezzjoni ta’ l-ovum u tal-kunsinnatarju.

    Jekk hemm aktar minn ovum wieħed f’tibna singola, dan għandu jkun dikjarat biċ-ċar u aktar minn hekk l-ova kollha jrid ikollhom l-istess omm.

    L-Artikolu 2

    Il-partikolarijiet provduti fl-Artikolu 1 jista’ jkunu indikati:

    1. fil-forma ta’ ċertifikat konformi mal-kampjun fl-Anness;

    2. fid-dokumentazzjoni li jakkumpanja l-ova ta’ l-ispeċi tal-ifrat. F’dan il-każ l-awtorità kompetenti trid tiċċertifika li l-partikolarijiet stipulati fl-Artikolu 1 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formula li ġejja:

    "Dak hawn taħt iffirmat jiċċertifika li dawn id-dokumenti, fihom il-partikolarijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/80/KE".

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Jannar 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.

    [2] ĠU L 233, ta’ l-20.8.1986, p. 19.

    [3] ĠU L 62, tat-8.3.1988, p. 32.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top