Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2506

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2506/95 tal-25 ta’ Ottubru 1995 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 dwar id-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti tal-Komunità

    ĠU L 258, 28.10.1995, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2506/oj

    31995R2506



    Official Journal L 258 , 28/10/1995 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2506/95

    tal-25 ta’ Ottubru 1995

    li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 dwar id-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti tal-Komunità

    IL-KUMSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi r-Regolament (KE) Nru 2100/94 [4] joħloq kontroll tal-Komunità, li jeżisti flimkien ma’ kontrolli nazzjonali, li jippermetti għall-għoti ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali validi mal-Komunità kollha;

    Billi l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ l-imsemmi kontroll tal-Komunità isiru minn uffiċju tal-Komunità b’personalità legali, magħruf bħala l-"Uffiċju tal-Komunità għalVarjetà ta’ Pjanti";

    Billi, fil-konsiderazzjoni tal-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza fis-sistema ta’ proċeduri ta’ l-appell lill-ġurisdizzjoni tal-Komunità fis-setturi varji ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali, huwa xieraq li dawn ir-regoli jitqiegħdu f’konformità mar-regoli dwar azzjonijiet li jistgħu jinġiebu kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetà ta’ Pjanti jew il-Bordijiet ta’ l-Appell imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 2100/94 ma’ dawk li għalihom jipprovdi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar il-Marka tal-Kummerċ tal-Komunità [5];

    Billi, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/591/KESC, KEE, Euratom ta’ l-24 ta’ Ottubru 1988 li jistabbilixxi Qorti ta’ Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [6], dik il-Qorti għandha teserċita l-ewwel nett il-ġurisdizzjoni konferita fuq il-Qorti tal-Ġustizzja bit-Trattati li jistabbilixxiu l-Komunitajiet - partikolarment għal appelli magħmula skond ir-raba’ subparagrafu ta’ l-L-Artikolu 173 tat-Trattat tal-KE - u bl-atti addottati fl-implimentazzjoni tagħhom ħlief kif ipprovdut xort’oħra b’att li jistabbilixxi korp irregolat mill-liġi tal-Komunità; billi l-ġuridizzjoni li r-Regolament (KE) Nru 2100/94 jikkonferixxi fuq il-Qorti tal-Ġustizzja li tħassar jew tibdel deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta’ l-Appell u, u f’każi speċifiċi, id-deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċju għandhom hekk jiġu eżerċitati l-ewwel nett mill-Qorti msemmija hawn fuq skond id-deċiżjoni msemmija hawn fuq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Il-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 qiegħed hekk jiġi emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 67(3) qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

    - fil-versjoni Ġermaniża, "direkte Beschwerde" għandha tinbidel b’ "unmittelbare Klage", u ‘eingelegt’ għandha tinbidel b’ "erhoben",

    - fil-versjoni Ingliża, ‘direct appeal’ għandha tinbidel b’ ‘direct action’, u ‘lodged’ għandha tinbidel bi ‘brought’

    2. L-Artikolu 73 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 73

    Azzjonijiet kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta’ l-Appell

    1. Azzjonijiet jistgħu jnġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta’ l-Appell fuq appelli

    2. L-azzjoni tista’ tinġieb fuq raġunijiet ta’ nuqqas ta’ kompetenza, ksur ta’ bżonn proċedurali essenzali, ksur tat-Trattat, ta’ dan ir-Regoalment jew ta’ xi regola ta’ liġi dwar l-applikazzjoni tagħha, jew użu ħażin tal-poter

    3. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha l-ġurisdizzjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata

    4. L-azzjoni tkun miftuħa għal kull parti fil-proċeduri ta’ l-appell li ma jiġix milqugħ, kollu kemm hu jew parti minnu, fis-sottomissjonijiet tiegħu

    5. L-azzjoni għandha tinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fi żmien xahrejn mid-data tas-servizz tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell.

    6. L-Uffiċċju għandu jkun meħtieġ li jieħu l-passi meħtieġa biex jikkonforma mal-ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja."

    3) L-Artikolu 74 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

    - fil-versjoni Ġermaniża, it-titolu għandu jinbidel bi

    "Unmittelbare Klage"

    u l-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej

    "1. Die Entscheidungen des Amtes nach Artikel 29 und Artikel 100 Absatz 2 sind mit der unmittelbaren Klage beim Gerichtshof anfechtbar."

    - fil-versjoni Ingliża, it-titolu għandu jinbidel bi "Direct action", u l-paragrafu (1), "A direct appeal to the Court of Justice of the European Communities amy lie from" għandu jinbidel bi "A direct action may be brought before the Court of Justice against"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

    Għandu jkun japplika mis-27 ta’ April 1995

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul f’Lussemburgu, fil-25 ta’ Ottubru 1995.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Atienza

    [1] ĠU C 117, tat-12.5.1995, p.10.

    [2] ĠU C 269, tas-16.10.1995

    [3] ĠU C 236, tal-11.9.1995

    [4] ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, p.1

    [5] ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994, p.1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3288/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p.83)

    [6] ĠU L 319, tal-25.11.1998, p.1. (Korriġendum: ĠU L 241, tas-17.8.1989, p.4). Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/149/KEFA, KE (ĠU L 66, ta’ l-10.3.1994, p.29)

    --------------------------------------------------

    Top