Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2479

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2479/95 tal-25 ta' Ottubru 1995 li jaddatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar it-tagħmir ta' l-irrekordjar tat-trasport bit-triqTest b'relevanza ŻEE

ĠU L 256, 26.10.1995, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2014; Imħassar b' 32014R0165

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2479/oj

31995R2479



Official Journal L 256 , 26/10/1995 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2479/95

tal-25 ta' Ottubru 1995

li jaddatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar it-tagħmir ta' l-irrekordjar tat-trasport bit-triq

(Test b'relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar it-tagħmir ta' l-irrekordjar tat-trasport bit-triq [1], kif emendat l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja, u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Billi huwa meħtieġ li jiġu eliminati l-possibilitajiet ta' frodi fl-użu tat-tagħmir elettroniku ta' l-irrekordjar fit-trasport bit-triq;

Billi fid-dawl ta' l-esperjenza u invista tal-progress tekniku fil-preżent huwa possibbli li jiġu protetti l-fili li jikkonnettjaw l-apparat mat-trasmettitur ta' l-impuls biex dawn isiru invjolabbli b'mezzi oħra għajr l-għata kontinwu ta' l-azzar protett kontra s-sadid li jkun miksi bil-plastik bit-trufijiet irbattuti, kif bħalissa huwa pprovdut għal dak il-għan;

Billi, wara li kkunsidrat kemm iservi t-tagħmir eżistenti li jirrekordja, hemm il-ħtieġa li tiġi implimentata din it-teknoloġija ġdida fin-normi tal-kostruzzjoni u ta' l-istallazzjoni tat-tagħmir elettroniku ta' l-irrekordjar tal-Komunità;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Adattament tar-Regolament (KE) Nru 3821/85 għall-Progress Tekniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-Punt 5 tal-Kapitolu V ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 qiegħed jiġi sostitwit minn dan li ġej:

"5. Il-fili li jikkonnettjaw it-tagħmir ta' l-irrekordjar mat-trasmettitur għandhom ikunu protetti minn għata kontinwu ta' l-azzar protett kontra s-sadid li jkun miksi bil-plastik bit-trufijiet irbattuti ħlief fejn protezzjoni ekwivalenti kontra l-manipulazzjoni tkun iggarantita b'mezzi oħra (per eżempju b'monitoraġġ elettroniku bħal ma hu l-encryption senjaletiku) li jkun kapaċi li jimmarka l-preżenza ta' kwalunkwe mekkanizmu, li ma jkunx neċessarju għall-operat korrett tat-tagħmir ta' l-irrekordjar u li jkollu l-iskop li jippreveni l-operat preċiż tat-tagħmir ta' l-irrekordjar b'short circuiting jew interruzzjoni jew permezz ta' modifika tad-data elettronika mis-sensor tal-veloċità u tad-distanza. Ġonta, li tkun komposta minn connections issiġillati, titqies bħala kontinwa fis-sens ta' dan ir-Regolament.

Il-monitoraġġ elettroniku hawn fuq imsemmi jista' jiġi ssostitwit minn kontroll elettroniku li jassigura li t-tagħmir ta' l-irrekordjar ikun kapaċi jirrekordja kwalunkwe moviment tal-vettura, indipendentement mis-sinjal tal-veloċità u s-sensor tad-distanza."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Neil KINNOCK

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8.

--------------------------------------------------

Top