EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1768

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju 1995 li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti

ĠU L 173, 25.7.1995, p. 14–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/04/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1768/oj

31995R1768



Official Journal L 173 , 25/07/1995 P. 0014 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1768/95

tal-24 ta’ Lulju 1995

li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet Komunitarji dwar varjetajiet ta’ pjanti (ir-Regolament bażiku) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku jiddisponi għal deroga mid-dritt Komunitarju dwar varjetjiet ta’ pjanti bl-iskop li tiġi mħarsa l-produzzjoni agrikola (eżenzjoni agrikola);

Billi l-kondizzjonijiet biex tidħol fis-seħħ din id-deroga u biex jiġu mħarsa l-interessi leġittimi ta’ min irabbi u tal-bidwi għandhom jiġu stabbiliti f’regoli ta’ implimentazzjoni, fuq il-bażi ta’ kriterji preskritti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku;

Billi dan ir-Regolament jistabbilixxi dawk il-kondizzjonijiet billi jispeìfika, b’mod partikolari, l-obbligi tal-bdiewa, ta’ dawk li jipproèssaw u tad-detenturi li jirriżultaw mill-kriterji hawn fuq msemmija;

Billi dawn l-obbligi jirrelataw essenzjalment għall-ħlas, mill-bdiewa, ta’ paga xierqa lid-detentur għall-użu magħmul mid-deroga, għall-għoti ta’ informazzjoni, għall ħarsien ta’ l-identita tal-prodott tal-ħsad li ddaħħal għall-ipproèssar ma’ dak li jirriżulta mill-ipprocessar kif ukoll biex tiġi monitorjata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-deroga;

Billi, ukoll, id-definizzjoni ta’ ‘bdiewa żgħar’ li m’għandhomx ikunu mġiegħla jħallsu lid-detentur għall-użu li jkun sar mid-deroga, ġiet kompletata b’mod partikolari fir-rigward ta’ bdiewa li jkabbru certi pjanti u patata għall-għalf;

Billi l-Kummissjoni se timmonitorja bir-reqqa, fil-Komunità kollha, l-effetti li d-definizzjoni ta’ ‘bdiewa żgħar’ kif preskritta fir-Regolament bażiku u, b’mod partikolari dwar l-implikazzjonijiet ta’ dak li twarrab u - fil-każ tal-patata - id-daqs massimu taż-żona, f’dan ir-Regolament jistgħu jipproduċu rigward ir-rwol ta’ ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, u meta meħtieġ, tagħmel proposti xierqa jew tieħu l-passi xierqa bl-iskop li tinħoloq koerenza fil-Komunità kollha dwar il-proporzjon bejn l-użu liċenzjat ta’ materjal riproduttiv u dak tal-prodott tal-ħsad taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku;

Billi, madankollu, għadu ma kienx possibili li ssir stima ta’ kemm sar użu minn derogi simili skond il-liġijiet preżenti ta’ l-Istati Membri, f’relazzjoni ma’ l-ammonti li bħalissa qed jintalbu għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal riproduttiv ta’ varjetajiet prottetti taħt l-imsemmijin liġijiet ta’ l-Istati Membri;

Billi, għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax fil-preżent tagħti definizzjoni, fl-ambitu tad-diskrezzjoni li għandu l-leġislatur tal-Komunità taħt l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku, il-livell ta’ ħlas xieraq li jrid ikun sensibbilment inqas mill-ammont mitlub għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal riproduttiv;

Billi, madankollu, il-livell inizjali kif ukoll is-sistema ta’ adattamenti li jsiru wara jridu jiġu speċifikati mill-iktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1997;

Billi, barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-ħsieb li jispeċifika l-konnessjoni bejn id-dritt ta’ varjetà tal-pjanti tal-Komunità u d-drittijiet li joħorġu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, minn naħa waħda, u l-awtorità mogħtija lil-bidwi u l-azjenda tiegħu, min-naħa l-oħra;

Billi, fl-aħħarnett, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħarsien ta’ l-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet konċernati jridu jiġu iċċarati;

Billi l-Kunsill Amministrattiv ġie kkonsultat;

Billi d-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet dwar Varjetajiet ta’ Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-Iskop

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tidħol fis-seħħ id-deroga prevista fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku.

2. Il-kundizzjonijiet japplikaw għad-drittijiet u l-użu tagħhom, u għall-obbligi u t-twettiq tagħhom, tad-detentur fis-sens ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, kif ukoll għall-awtorizzazzjoni u l-użu tiegħu, u għall-obbligi u t-twettiq tagħhom, tal-bidwi, sal-punt illi dawn id-drittijiet, l-awtorizzazzjoni u l-obbligi joħorġu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku. Huma għandhom japplikaw ukoll għad-drittijiet, l-awtorizzazzjoni u l- obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku għal oħrajn.

3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-dettalji dwar l-użu tad-drittijiet, l-użu ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew it-twettiq ta’ l-obbligi għandhom ikunu regolati mill-liġijiet ta’ l-Istat Membru, inkluż il-liġi privata internazzjonali tiegħu, li fih tkun tinsab l-azjenda tal-bidwi li għaliha tapplika d-deroga..

Artikolu 2

Il-ħarsien ta’ l-interessi

1. Il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu implimentati kemm mid-detentur, li jirrappreżenta lil dak li jrabbi, u mill-bidwi b’mod illi jiġu mħarsa l-interessi leġittimi ta’ xulxin.

2. L-interessi leġittimi ma’ jitqiesux imħarsa jekk wieħed jew iktar minn dawn l-interessi huma affettwati ħażin mingħajr ma jittieħed kont tal-bżonn illi jinżamm bilan ġust bejn kull wieħed minnhom, jew tal-bżonn ta’ proporzjonalità bejn l-għan tal-kondizzjoni relevanti u l-effett attwali ta’ l-implimentazzjoni tagħha.

Il-KAPITOLU 2

ID-DETENTUR U L BIDWI

Artikolu 3

Id-detentur

1. Id-drittijiet u l-obbligi tad-detentur li joħorġu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, kif speìfikat f’dan ir-Regolament, minbarra d-dritt fuq pagament diġa kwantifikat ta’ ħlas ġust msemmi fl-Artikolu 5, ma’ jistgħux ikunu l-oġġett ta’ trasferiment lill-persuni oħrajn. Madankollu, għandhom ikunu inklużi fid-drittijiet u l-obbligi li għandhom x’jaqsmu ma’ trasferiment ta’ dritt Komunitarju dwar varjetajiet ta’ pjanti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku.

2. Jistgħu jiġu invokati d-drittijiet msemmijin fil-paragrafu 1 mid-detenturi individwalment jew minn xi organizzazzjoni ta’ detenturi li tkun stabbilita fil-livell ta’ Komunita, jew nazzjonali, jew reġjonali jew lokali. Organizzazzjoni ta’ detenturi tista’ taġixxi biss għall-membri tagħha, u għal dawk il-membri biss illi taw is-setgħa rispettiva lill-organizzazzjoni bil-miktub. Hija għandha tagixxi permezz ta’ wieħed jew aktar mir-rappreżentanti tagħha jew permezz ta’ awdituri akkreditati minnha, fil-limiti tas-setgħa li tkun mogħtija lilhom.

3. Rappreżentant tad-detentur jew ta’ l-organizzazzjoni tad-detenturi kif ukoll awditur awtorizzat għandhom:

(a) ikunu domiċiljati jew ikunu joqogħdu jew ikollhom stabbiliment fit-territorju tal-Komunità, u

(b) ikunu awtorrizzati jew mid-detentur jew mill-organizzazzjoni bil-miktub, u

(ċ) jagħtu xhieda għall-kondizzjonijiet preskritti f’(a) u (b), jew permezz ta’ referenza għall-informazzjoni relevanti pubblikata minn detenturi jew komunikata mid-detenturi lill-organizzazzjonijiet tal- bdiewa, jew mod ieħor, u jipproduù, fuq talba, kopja bil-miktub ta’ l-awtorizzazzjoni msemmija f’ (b), lill xi bidwi li hu jkun qed jinvoka d-drittijiet fil konfront tiegħu.

Artikolu 4

Il-bidwi

1. L-awtorizzazzjoni u l-obbligi tal-bidwi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, kif speċifikat f’dan ir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet adottati skond dan ir-Regolament, ma jistgħux ikunu oġġett ta’ trasferiment lil ħaddieħor. Madankollu, huma għandhom ikunu inklużi mad-drittijiet u ma’ l-obbligi li jkunu konċernati bi trasferiment ta’ l-azjenda tal-bidwi, sakemm, fir-rigward ta’ l-obbligu li jsir ħlas ġust imsemmi fl-Artikolu 5,ma jkunx miftiehem mod ieħor fl-att ta’ trasferiment ta’ l-azjenda. It-trasferiment ta’ l-awtorizzazzjoni u l-obbligi għandu jidħol fis-seħħ fl-istess ħin li jseħħ it-trasferiment ta’ l-azjenda.

2. "Azjenda personali" fis-sens ta’ l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku għandha tkun meqjusa bħala azjenda jew parti minnha, li l-bidwi jisfrutta għat-tkabbir tal-pjanti, kemm bħala proprjetà tiegħu jew inkella għandu r-responsabbiltà li jieħu ħsiebha u tkun akkont tiegħu, b’mod partikolari fil-każ ta’ kiri. It-tneħħija ta’ azjenda jew parti minnha bl-għan li tiġi sfruttata minn oħrajn għandha titqies bħala trasferiment fis-sens tal- paragrafu 1.

3. Il-persuna jew persuni li l-azjenda konċernata tkun tagħhom bħala proprjetà f’dak il-mument li t-twettiq ta’ obbligu jkun mitlub, għandha titqies li hu l-bidwi, sakemm dawn ma jġibux prova li persuna oħra hija l-bidwi li għandu jwettaq l-obbligu, skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2.

Il-KAPITOLU 3

HLAS

Artikolu 5

Livell ta’ ħlas

1. Il-livell ta’ ħlas ġust li jrid isir lid-detentur skond l-Artikolu 14(3), ir-raba’ inìż, tar-Regolament bażiku jista’ jkun is-suġġett ta’ kuntratt bejn id-detentur u l-bidwi konċernat.

2. Meta kuntratt bħal dan ma’ jkunx ġie finalizzat jew ma japplikax il-livell ta’ ħlas għandu jkun sensibbilment inqas mill-ammont mitlub għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal riproduttiv ta’ l-inqas kategorija li jikkwalifika għal ċertifikazzjoni uffiċjali, ta’ l-istess varjetà fl-istess żona.

Jekk l-ebda produzzjoni liċenzjata ta’ materjal riproduttiv tal-varjeta konċernata ma tkun saret fiż-żona fejn tinsab l-azjenda tal-bidwi, u jekk ma jkunx hemm livell wieħed ta’ l-imsemmi ammont fil-Komunità, il-livell ta’ ħlas għandu jkun sensibbilment inqas mill-ammont li normalment ikun inkluż, għall-għan imsemmi hawn fuq, fil-prezz tal-materjal riproduttiv ta’ l-inqas kategorija li tikkwalifika għal ċertifikazzjoni, ta’ dik il varjetà li tinbiegħ f’dik iż-żona, basta li ma jkunx iktar għoli mill-ammont imsemmi hawn fuq li jintalab fiż-żona li fiha l-materjal riproduttiv kien ġie prodott.

3. Il-livell ta’ ħlas għandu jitqies illi jkun sostanzjalment inqas skond id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 14(3), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku kif speċifikat fil-paragrafu 2, jekk ma’ jaqbiżx dak neċessarju sabiex jiġi stabbilit jew stabbilizzat, bħala fattur ekonomiku li jiddetermina l-punt sa’ fejn isir użu mid-deroga, proporzjon bilanċjat raġjonevolment bejn l-użu ta’ materjal liċenzjat għar-riproduzzjoni u t-tħawwil ta’prodotti ta’ ħsad tal-varjetajiet rispettivi koperti mid- dritt Komunitarju dwar varjetajiet ta’ pjanti. Dan il proporzjon għandu jitqies bħala raġjonevolment bilanċjat, jekk jassigura li d-detentur jikseb, fl-intier tiegħu, kumpens leġittimu għall-użu sħiħ tal-varjetà tiegħu.

Artikolu 6

L-obbligu individwali ta’ ħlas

1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-obbligu individwali tal-bidwi li jħallas il-ħlas ġust jinħoloq fil-mument meta hu jagħmel użu mill-prodott tal-ħsad għall-finijiet ta’ riproduzzjoni fl-għalqa.

Id-detentur jista’ jiddetermina l-ġurnata u l-metodu tal-ħlasMadankollu, m’għandux jiddetermina ġurnata ta’ ħlas li tkun qabel id-data li fiha nħalaq l-obbligu.

2. Fil-każ ta’ dritt Komunitarju dwar varjetà ta’ pjanti mogħti skond l-Artikolu 116 tar-Regolament bażiku, l-obbligu individwali tal-bidwi intitolat li jinvoka d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 116(4), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku għandu jidħol fis-seħħ fil-mument meta hu attwalment jagħmel użu mill-prodott tal-ħsad għal skopijiet ta’ riproduzzjoni fl-għalqa wara t-30 ta’ Ġunju 2001.

Artikolu 7

Bdiewa żgħar

1. Żona fejn jitkabbru pjanti skond id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 14(3) it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku għandha tkun żona li kienet miżrugħa għall- kultivazzjoni u ħsad regolari. B’mod partikolari, art foresta, mergħat permanenti fejn jirgħu l-annimali stabbiliti għal iktar minn ħames snin, artijiet li jħaddru b’mod naturali u permanenti u każijiet assimilati kif stabbilit mill-Kumitat ta’ Drittijiet dwar Varjetajiet ta’ Pjanti m’għandhomx ikunu kunsidrati bħala żoni li jitkabbru l-pjanti fihom.

2. Żoni ta’ l-azjenda tal-bidwi fejn tkabbru pjanti, iżda li huma art imwarrba, fuq bażi temporanja jew permanenti, fis-sena tas-suq li tibda’ mill-1 ta’ Lulju u tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara (‘is-sena tas- suq’), fejn il-ħlas kien ikun dovut, għandhom jitqiesu bħala żoni fejn pjanti għadhom jitkabbru, jekk sussidji jew ħlasijiet ta’ kumpens ingħataw mill-Komunità jew mill-Istat Membru koncernat fir-rigward ta’ dik li ġiet imwarrba.

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 14(3), it-tielet inċiż, l-ewwel sub-inċiż tar-Regolament Bażiku, bdiewa żgħar fil-każ ta’ speċi ta’ pjanti oħrajn (L-Artikolu 14(3), it-tielet inċiż, it-tieni sub-inċiż tar-Regolament Bażiku) għandhom jitqiesu bħala bdiewa illi

(a) fil-każ ta’ pjanti tal-għalf li jaqgħu taħt dik l-aħħar dispożizzjoni: irrispetivament miż-żona fejn huma jkabbru pjanti għajr dawk il- pjanti għall-għalf, ma jkabbrux dawk il-pjanti tal-għalf fi żmien mhux iktar minn ħames snin f’żona ikbar minn dik iż-żona li tkun meħtieġa biex jitkabbru 92 tunnellata ta’ ċereali f’kull ħsad,

(b) fil-każ tal-patata: irrispettivament miż-żona fejn ikabbru pjanti oħrajn għajr patata, ma’ jkabbrux patata f’żona ikbar miż-żona meħtieġa biex jipproduċu 185 tunnellati patata għal kull ħsad.

4. Il-kalkolu taż-żoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jsir, għat-territorju ta’ kull Stat Membru,

- fil-każ ta’ speċi ta’ pjanti li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 [2], u fil-każ ta’ pjanti għall-għalf minbarra dawk li diġa jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tiegħu, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, u b’ mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, jew tad-dispożizzjonijiet adottati taħt dak ir-Regolament, u

- fil-każ tal-patata, fuq il-bażi tal-medja li jirrendi kull ettaru stabbilita fl-Istati Membri konċernati, skond l-informazzjoni dwar l-istatistika mogħtija skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93 [3] dwar informazzjoni ta’ statistika li trid tingħata mill-Istati Membri rigward prodotti ta’ ħsad li mhumiex ċereali.

5. Bidwi li jgħid li hu ‘bidwi żgħir’ għandu, f’każ ta’ xi tilwima, jagħti prova illi l-ħtiġijiet għal din il-kategorija ta’ bdiewa huma mħarsa. Madankollu, il-ħtiġijiet għal ‘produttur żgħir’ fis-sens ta’ l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 ma japplikawx għal dak l-għan, sakemm id-detentur ma jkunx ta’ fehma kuntrarja.

Il-KAPITOLU 4

INFORMAZZJONI

Artikolu 8

Informazzjoni mill-bidwi

1. Id-dettalji ta’ l-informazzjoni relevanti li trid tingħata mill-bidwi lid-detentur skond l-Artikolu 14(3), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku jistgħu ikunu s-suġġett ta’ kuntratt bejn id-detentur u l-bidwi konċernat.

2. Meta kuntratt bħal dan ma jkunx ġie konkluż jew fejn ma’ japplikax, il-bidwi, bla ħsara għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni skond liġijiet oħra tal-Komunità jew skond liġijiet ta’ l-Istati Membri, fuq talba tad-detentur, għandu jagħti rapport lid-detentur bl-informazzjoni relevanti. Il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu relevanti:

(a) l-isem tal-bidwi, il-post tad-domiċilju tiegħu u l-indirizz ta’ l-ażjenda tiegħu,

(b) il-fatt jekk il-bidwi għamilx użu jew le mill-prodott tal-ħsad li jippartjeni lil wieħed jew ħafna varjetajiet tad-detentur għaż-żargħa fl-għalqa jew fl-egħlieqi ta’ l-ażjenda tiegħu.,

(ċ) jekk il-bidwi għamel użu bħal dan, l-ammont tal-prodott tal-ħsad tal-varjetà jew varjetajiet konċernati, li jkun intuża mill-bidwi skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku,

(d) bl-istess kundizzjoni, l-isem u l-indirizz tal-persuna jew persuni li tawh servizz ta’ proċessar tal-prodott relevanti tal-ħsad għaż-żargħa,

(e) jekk l-informazzjoni miksuba taħt (b), (c) jew (d) ma’ tistax tiġi kkonfermata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14, l-ammont użat ta’ materjal riproduttiv liċenzjat tal-varjetajiet konċernati kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-fornitur jew fornituri tiegħu, u

(f) f’każ ta’ bidwi li jinvoka d-dispożizzjonijiet tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 116(4) tar-Regolament bażiku, jekk hu diġa għamilx użu mill-varjeta konċernata għall-għan deskritt fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Bażiku mingħajr ħlas, u jekk ġara hekk,minn meta.

3. L-informazzjoni fil-paragrafu 2 (b), (c), (d) u (e) għandha tirreferixxi għas-sena tas- suq kurrenti, u għal waħda jew aktar mit-tliet snin tas-suq ta’ qabel li għalihom il-bidwi ma kienx ta minn qabel l-informazzjoni relevanti fuq talba tad-detentur skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 jew 5.

Madankollu, l-ewwel sena tas-suq li għaliha tirreferixxi l-informazzjoni, m’għandhiex tkun qabel dik li fiha tkun saret l-ewwel fost dawn it-talbiet għal informazzjoni rigward il-varjetà jew varjetajiet u l-bidwi konċernati, jew, inkella, li fiha l-bidwi kiseb materjal riproduttiv tal-varjetà jew varjetajiet konċernati, jekk din kellhiex magħha informazzjoni għall-inqas dwar meta l-applikazzjoni ġiet reġistrata għall-għoti ta’ dritt Komunitarju ta’ varjeta ta’ pjanti jew meta dan id-dritt ingħata kif ukoll dwaril-possibilta ta’ kundizzjonijiet dwar l-użu ta’ dak il-materjal riproduttiv.

Fil-każ ta’ varjetajiet li jaqgħu taht id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 116 tar-Regolament Bażiku u fir-rigward ta’ bdiewa li jistgħu jinvokaw id- dispożizzjonijiet tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 116(4) tar-Regolament bażiku, l-ewwel sena tas- suq għandha tkun l-2001/02.

4. Fit-talba tiegħu, id-detentur irid jagħti ismu u l-indirizz tiegħu, il-varjetà jew varjetajiet li hu jkun interessat f’informazzjoni dwarhom, kif ukoll ir-referenza jew referenzi għad-dritt jew drittijiet Komunitarji relevanti ta’ varjetà ta’ pjanti. Jekk meħtieġa mill-bidwi, it-talba trid issir bil-miktub, u trid tingħata prova dwar min hu d-detentur. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, it-talba trid issir direttament lill-bidwi konċernat.

5. Talba li ma saritx direttament lill-bidwi konċernat, titqies illi tissodisfa d-dispożizzjonijiet tat-tielet sentenza tal-paragrafu 4, jekk tkun mibgħuta lill-bdiewa permezz tal-korpi jew persuni li ġejjin, bil-kunsens rispettiv tagħhom li jkun ingħata minn qabel:

- organizzazzjonijiet ta’ bdiewa jew kooperattivi, li jinkludu l-bdiewa kollha li huma membri ta’ din l-organizzazzjoni jew kooperativa, jew,

- dawk li jipproċessaw, li għandhom x’jaqsmu mal-bdiewa kollha li lihom taw servizz ta’ proċessar tal-prodott relevanti tal-ħsad għaż-żargħa, fis-sena tas-suq kurrenti u fit-tliet snin tas-suq ta’ qabel, li jibdew mis-sena tas-suq kif speċifikat fil-paragrafu 3, jew,

- nies li jfornu materjal riproduttiv liċenzjat ta’ varjetajiet tad-detentur, li jirrigwarda l-bdiewa kollha li ilhom ikunu taw dan il-materjal riproduttiv fis-sena tas-suq kurrenti u fit-tliet snin tas-suq ta’ qabel, li jibdew mis-sena tas-suq kif speċifikat fil-paragrafu 3.

6. Għal talba magħmulha skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, ma hemmx għalfejn jiġu speċifikati l-bdiewa individwali. L-organizzazzjonijiet, il-kooperattivi, dawk li jipproċessaw jew li jfornu jistgħu jiġu awtorizzati mill-bdiewa konċernati biex jgħaddu l-informazzjoni mitluba mid-detentur.

Artikolu 9

Informazzjoni minn dak li jipproċessa

1. Id-dettalji ta’ l-informazzjoni relevanti li trid tingħata mill-persuna li tipproċessa lid-detentur skond is-sitt inċiż ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku jistgħu ikunu s-suġġett ta’ kuntratt bejn id-detentur u l-proċessur konċernati.

2. Meta kuntratt bħal dan ma jkunx sar jew ma’ japplikax, dak li jipproċessa għandu, bla ħsara għal ħtiġijiet ta’ informazzjoni skond leġislazzjoni oħra tal-Komunita jew skond liġijiet ta’ l-Istati Membri, fuq talba tad-detentur, jagħmel stqarrija lid-detentur dwar l-informazzjoni relevanti. Il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala relevanti:

(a) isem il-bidwi, il-post tad-domiċilju tiegħu u l-indirizz ta’ l-ażjenda tiegħu,

(b) il-fatt jekk il-bidwi għamilx użu jew le mill-prodott tal-ħsad li jappartjeni għal varjeta waħda jew iżjed tad-detentur għaż-żargħa fl-għalqa jew fl-egħlieqi ta’ l-ażjenda tiegħu,

(ċ) jekk dak li jipproċessa jkun ta dan is-servizz, l-ammont tal-prodott tal-ħsad li jappartjeni għall-varjetà jew varjetajiet konċernati, li jkun ġie proċessat biex jinżergħa, minn dak li jipproċessa, u l-ammont kollu li joħroġ minn dak il-proċessar;

(d) id-dati u l-postijiet ta’ l-ipproèssar msemmijin f’ (c); u

(e) l-isem u l-indirizz tal-persuna jew persuni li lilhom ikun ingħata s-servizz ta’ proèssar msemmi f’(c), u l-ammonti rispettivi.

3. L-informazzjoni taħt paragrafu 2 (b), (c), (d) u (e) għandha tirreferixxi għas-sena tas-suq kurrenti u għal sena waħda jew aktar mit-tliet snin tas-suq ta’ qabel li għalihom id-detentur ma jkunx għamel talba aktar qabel skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 jew 5; madankollu, l-ewwel sena tas-suq li għaliha tirreferixxi l-informazzjoni, għandha tkun dik li fiha tkun saret l-ewwel talba dwar il-varjetà jew varjetajiet u l-proċessur konċernati.

4. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(4) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5. Talba li ma saritx direttament lill-proċessur konċernat, titqies illi tissodisfa d-dispożizzjonijiet tat-tielet sentenza tal-paragrafu 8(4) jekk tkun mibgħuta lil xi proċessuri permezz tal-korpi jew persuni li ġejjin, bil-kunsens rispettiv tagħhom mogħti minn qabel:

- organizzazzjonijiet ta’ proċessuri fil-Komunità li huma stabbiliti fil-livell ta’ Komunita, nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jirrigwardaw in-nies kollha li jipproċessaw li huma membri ta’, jew li huma rippreżentati f’dik, l-organizzazzjoni,- bdiewa,

- dwar il-proċessuri kollha li jkunu taw servizz ta’ proċessar tal-prodott relevanti tal-ħsad għaż-żargħa, li jibda fis-sena tas-suq kurrenti u fit-tliet snin tas-suq ta’ qabel, li jibda mis-sena tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 3.

6. Għal talba magħmulha skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, ma hemmx bżonn li jiġu speċifikati individwalment dawk li jipproċessaw. L-organizzazzjonijiet jew il-bdiewa jistgħu jiġu awtorizzati mill-proċessuri konċernati biex jagħtu l-informazzjoni mitluba lid-detentur

Artikolu 10

Informazzjoni mid-detentur

1. Id-dettalji dwar l-informazzjoni li trid tingħata mid-detentur lill-bidwi skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku jistgħu ikunu s-suġġett ta’ kuntratt bejn il-bidwi u d-detentur konċernati.

2. Fejn dan il-kuntratt ma’ ġiex konkluż jew ma japplikax, id-detentur irid, bla ħsara għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni taħt ligijiet Komunitarji oħrajn jew taħt liġijiet ta’ l-Istati Membri, fuq talba tal-bidwi li minnu d-detentur talab il-ħlas msemmi fl-Artikolu 5, jagħti rapport b’informazzjoni rilevanti lill-bidwi. Il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala relevanti:

- l-ammont mitlub għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal riproduttiv ta’ l-anqas kategorija li jikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali, ta’ l-istess varjetà fiż-żona li fiha hemm l-ażjenda tal-bidwi, jew,

- jekk ma saret l-ebda produzzjoni liċenzjata ta’ materjal riproduttiv tal-varjetà konċernata fiż-żona fejn hemm l-azjenda tal-bidwi, u jekk ma hemmx livell uniformi ta’ l-imsemmi ammont fil-Komunità, l-ammont li jkun normalment inkluż, għall-għan imsemmi hawn fuq, fil-prezz li bih il-materjal produttiv ta’ l-inqas kwalita f’dik iż-żona ikkwalifika għal ċertifikazzjoni uffiċjali, ta’ dik il-varjetà jinbiegħ f’dik iż-żona, kif ukoll l-ammont imsemmi hawn fuq li jintalab f’dik iż-żona li fiha gie prodott dak il-materjal riproduttiv.

Artikolu 11

Informazzjoni mill-korpi uffiċjali

1. Talba għal informazzjoni dwar l-użu attwali ta’ materjal, permezz ta’ taħwil, ta’ speċi jew varjetajiet speċifiċi, jew dwar ir-riżultati ta’ dan l-użu, li detentur jindirizza lil xi korp uffiċjali, trid issir bil-miktub. F’din it-talba, d-detentur irid jagħti ismu u l-indirizz tiegħu, il-varjetà jew varjetajiet li dwarhom hu interessat li jkollu informazzjoni u t-tip ta’ informazzjoni li jkun irid. Hu jrid ukoll jagħti prova tad-dritt tiegħu bħala detentur.

2. Il-korp uffiċjali jista’, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12, iżomm lura l-informazzjoni mitluba biss, jekk

- mhuwiex involut fil-monitoraġġ ta’ produzzjoni agrikola, jew

- li ma jistax jitħalla, skond xi regola jew regoli tal-Komunita jew regoli ta’ l-Istati Membri dwar diskrezzjoni ġenerali li japplikaw fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ korpi uffi jali, jagħti din l-informazzjoni lil detenturi, jew

- hi fid-diskrezzjoni tiegħu, skond il-liġijiet tal-Komunità jew il-liġijiet ta’ l-Istati Membri li permezz tagħhom l-informazzjoni inġabret, li żżomm lura din l-informazzjoni, jew

- din l-informazzjoni m’hijiex jew m’għadhiex disponibbli, jew

- din l-informazzjoni ma’ tistax tiġi akkwistata permezz ta’ twettiq ordinarju tax-xogħol tal-korp uffiċjali, jew

- din l-informazzjoni tista’ tinkiseb biss jekk ikun hemm xogħol jew spejjeż żejda, jew

- din l-informazzjoni tirrigwarda speċifikament materjal li ma jippartjenix għall- varjetajiet tad-detentur.

Il-korpi uffiċjali konċernati jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mod li bih huma jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom imsemmija fit-tielet inċiż ta’ hawn fuq.

3. Fl-għoti ta’ l-informazzjoni, il-korp uffiċjali ma’ jistax jagħmel differenza bejn detentur u ieħor. Il-korp uffiċjali jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba billi jagħti kopji lid-detentur, li jkunu ħarġu minn dokumenti li jkollhom informazzjoni addizzjonali għal dik li għandha x’ taqsam ma’ materjal ta’ varjetajiet tad-detentur, sakemm ikun assigurat li titneħħa kull possibilta li jiġu identifikati persuni protetti skond id-dispożizzjonijiet msemmjin fl- l-Artikolu 12.

4. Jekk il-korp uffiċjali jiddeċiedi li jżomm lura l-informazzjoni mitluba, irid jinforma d-detentur li talabha bil-miktub u jindika r-raġunijiet għal din id-deċizjoni.

Artikolu 12

Protezzjoni ta’ data personali

1. Kull persuna li tagħti jew tirċievi informazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8, 9, 10 jew 11 għandha tkun suġġetta, rigward data personali, għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tal-Komunità jew ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta’ individwi dwar l-ipproċessar u ċirkolazzjoni ħielsa ta’ data personali.

2. Kulmin jirċievi informazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8, 9, 10 jew 11, ma jistax, mingħajr il-kunsens minn qabel tal-persuna li tat l-informazzjoni, jgħaddi xi parti minn din l-informazzjoni lil xi persuna oħra jew juzaha għal għanijiet oħrajn għajr biex jeżerċita d-dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanti jew għall-uzu ta’ l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament Bażiku, rispettivament.

Il-KAPITOLU 5

OBBLIGI OHRAJN

Artikolu 13

Obbligi fil-każ ta’ proċessar barra mill-azjenda tal-bidwi

1. Bla ħsara għar-restrizzjonijiet li l-Istati Membri setgħu għamlu skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku, il-prodott tal-ħsad ta’ varjetà li jaqa’ taħt dritt Komunitarju dwar varjetà ta’ pjanti ma’ jistax, mingħajr il kunsens minn qabel tad-detentur, jiġi mċaqlaq mill-azjenda li lilha jkun ingħata, sabiex ikun proċessat għal taħwil, għajr jekk il-bidwi:

(a) ikun wettaq miżuri xierqa biex jaċċerta l-identita tal-prodott li ddaħħal għall-ipproċessar ma’ dak li rriżulta mill-ipproċessar; u

(b) jassigura li l-ipproċessar attwali jsir minn proċessur għall-provvista ta’ servizzi ta’ proċessar tal-prodott tal-ħsad għat-taħwil, li:

- jew kien reġistrat taħt liġijiet ta’ l-Istati Membri konċernati li ġew adottati għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, jew qabbad lill-bidwi biex jinforma b’din l-attività, sa fejn varjetajiet koperti minn dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanti huma konċernati, lill-korp kompetenti stabbilit, nominat jew awtorizzat fl-Istati Membri għal dak l-iskop, minn korp uffiċjali jew minn organizzazzjoni ta’ detenturi, bdiewa jew proċessuri, sabiex jiġu inkluzi aktar tard f’lista magħmulha mill-istess korp kompetenti,

- u jkun impenja ruħu mal-bidwi sabiex jimplimenta hu wkoll miżuri xierqa biex tkun żgurata l-identità tal-prodott li ddaħħal mill-bidwi għall-ipproċessar ma’ dak li jirriżulta mill-ipproċessar.

2. Għall-għan li jiġu elenkati dawk li jipproċessaw kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu ħtiġijiet ta’ kwalifikazzjoni li jridu jitħarsu minn dawk li jipproċessaw.

3. Ir-reġistri u l-listi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pubblikati jew jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tad-detenturi, tal-bdiewa u ta’ dawk li jipproċessaw rispettivament.

4. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1997.

Il-KAPITOLU 6

MONITORAĠĠ MID-DETENTUR

Artikolu 14

Monitoraġġ ta’ bdiewa

1. Għall-għanijiet ta’ monitoraġġ, mid-detentur, għall-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku kif imsemmi f’dan ir-Regolament, sa fejn it-twettiq ta’ l-obligi tal-bidwi huwa konċernat, il-bidwi jrid, fuq talba tad-detentur:

(a) jagħti xhieda li ssaħħaħ l-istqarrijiet ta’ informazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 8, billi jiżvela dokumenti relevanti disponibbli bħal fatturi, tikketti wżati, jew xi mezz xieraq ieħor bħal dak meħtieġ skond l-Artikolu 13(1)(a), li għandu x’jaqsam ma’:

- il-provvista ta’ servizzi ta’ proċessar tal-prodott ta’ ħsad ta’ varjetà tad-detentur għat-taħwil, minn xi terza persuna, jew

- fil-każ ta’ l-Artikolu 8(2)(e), il-provvista ta’ materjal riproduttiv ta’ varjetà tad-detentur,

jew billi jintwerew faċilitajiet ta’ art jew ħażna.

(b) billi jagħmel disponibbli jew aċċessibbli l-prova meħtieġa skond l-Artikolu 4(3) jew 7 (5).

2. Bla ħsara għal liġijiet oħra tal-Komunità jew għal liġijiet ta’ l-Istati Membri, il-bdiewa għandhom iżommu kull wieħed minn dawn id-dokumenti jew mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ l-inqas għall-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(3), basta, f’każ ta’ tikketti wżati, li l-informazzjoni li ingħatat mal-materjal riproduttiv imsemmmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) inkludiet l-avviż dwar il-konservazzjoni tat-tiketta dwar dak il-materjal.

Artikolu 15

Monitoraġġ ta’ dawk li jipproċessaw

1. Għall-għan ta’ monitoraġġ, mid-detentur,ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku kif speċifikat f’dan ir-Regolament, rigward it-twettiq ta’ obbligi ta’ proċessar, il-persuna li tipproċessa trid, fuq talba tad-detentur, turi xhieda li ssaħħah l-istqarrijiet ta’ informazzjoni skond l-Artikolu 9, billi jiżvela dokumenti disponibbli u relevanti bħal fatturi, mezzi addattati sabiex jiġi identifikat il-materjal, jew xi mezz iehor xieraq bħal dak meħtieġ skond l-Artikolu 13(1)(b), it-tieni inċiż, jew kampjuni ta’ materjal ipproċessat, li għandu x’jaqsam ma’ l-għoti minnu ta’ servizzi ta’ proċessar tal-prodott ta’ ħsad ta’ varjetà tad-detentur lil bdiewa għat-taħwil, jew bil-wiri ta’ faċilitajiet ta’ proċessar jew ħażna.

2. Bla ħsara għal liġijiet oħra tal-Komunità jew għal liġijiet ta’ l-Istati Membri, dawk li jipproċessaw iridu jikkonservaw kull wieħed minn dawn id-dokumenti jew mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 għal mhux inqas mill-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(3).

Artikolu 16

Mod ta’ monitoraġġ

1. Il-monitoraġġ irid isir mid-detentur. Hu jista’ jagħmel arranġamenti xierqa biex jiżgura assistenza mill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, ta’ dawk li jipproċessaw, ta’ kooperattivi jew ta’ gruppi oħra mill- komunità agrikola.

2. Il-kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ modi ta’ monitoraġġ preskritti fi ftehim bejn organizzazzjonijiet ta’ detenturi u ta’ bdiewa jew dawk li jipproċessaw, li huma stabbiliti fil-Komunità, fil-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali rispettivament, għandhom jintużaw bħala linji ta’ gwida, jekk dawn il-ftehim kienu notifikati lill-Kummissjoni bil-miktub minn rappreżentanti awtorizzati ta’ l-organizzazzjonijiet relevanti u pubblikati fil-‘Gazzetta Uffiċjali’ maħruga mill-Uffiċċju dwar il- Varjetà ta’ Pjanti tal-Komunita.

Il-KAPITOLU 7

ABBUZ U PRETENSJONIJIET SPEĊJALI SKOND IL-LIĠI ĊIVILI

Artikolu 17

Abbuż

Id-detentur jista’ jinvoka d-drittijiet mogħtijin lilu permezz tad-dritt Komunitarju dwar varjetà ta’ pjanti kontra xi persuna li tikser xi kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet li qegħdin mad-deroga skond l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku kif imsemmi f’dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Pretensjonijiet speċjali skond il-liġi ċivili

1. Persuna msemmija fl-Artikolu 17 tista’ titħarrek mid-detentur sabiex jitwettqu l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku kif imsemmi f’dan ir-Regolament.

2. Jekk din il-persuna ripetutament u intenzjonalment ma ħarsitx l-obbligu tagħha skond l-Artikolu 14(3) ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku, f’waħda jew iktar varjetajiet ta’ l-istess detentur, l-obbligu ta’ kumpens lid-detentur għall kull ħsara oħra li tista’ ssir skond l-Artikolu 94(2) tar-Regolament bażiku għandu jkopri mill-inqas somma waħda li tkun kalkolata fuq il- bażi ta’ medja moltiplikata għal erbgħa darbiet, ta’ l-ammont li jitħallas għall-produzzjoni liċenzjata ta’ kwantità korrispondenti ta’ materjal riproduttiv ta’ varjetajiet prottetti ta’ l-ispeċi ta’ pjanti konċernati fl-istess lokalità, bla ħsara għall-ħlas ta’ kumpens għal xi dannu ikbar.

Il-KAPITOLU 8

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-18 ta’ Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, p. 1.

[2] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 12.

[3] ĠU L 98, ta’ l-24.4.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

Top