Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1552

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1552/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3950/92 li jistabilixxi mposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

ĠU L 148, 30.6.1995, p. 43–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1552/oj

31995R1552



Official Journal L 148 , 30/06/1995 P. 0043 - 0044


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1552/95

tad-29 ta' Ġunju 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3950/92 li jistabilixxi mposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni([1]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ([2]),

Billi s-sitwazzjonijiet fl-Italja u fill-Greċja kienu s-suġġett ta' l-eżami speċjali biex tiġi verifikata jekk iż-żidiet fil-kwantità totali ggarantita kif stabbilita f'Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 ([3]) għal dawk iż-żewġ Stati Membri jistgħux jinżammu fl-1995/96 u fis-snin sussegwenti; billi l-Kummissjoni ippreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti tal-ħalib fl-Italja u fil-Greċja; billi l-Kummissjoni kkonkludiet mir-rapport li ż-żewġ Stati Membri b'mod ġenerali wettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill għall-introduzzjoni ta' l-iskema tal-kwoti tal-ħalib u fl-Italja għall-użu tar-riserva ta' 347 701 tunellati;

Billi Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 kien emendat diversi drabi; billi fl-interess taċ-ċarezza, dan għandu jkun sostitwit minn test konsolidat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 hu mibdul b'dan li ġej:

2. Il-kwantitajiet totali li ġejjin għandhom ikunu stabbiliti mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq u b'mod partikolari l-kondizzjonijiet eżistenti f'ċerti Stati Membri:

(f'tunnellati)

Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

Il-Belġju Id-Danimarka Il-Ġermanja (1) Il-Greċja Spanja Franza L-Irlanda L-Italja Il-Lussemburgu L-Olanda L-Awstrija Il-Portugall Il-Finlandja L-Isvezja Ir-Renju Unit 3 077 372 4 454 450 27 764 778 625 985 5 222 445 23 693 932 5 324 465 9 632 540 268 098 10 982 346 2 205 000 1 835 461 2 342 000 3 300 000 14 270 430 233 059 898 100 038 4 528 344 505 541 866 11 299 297 520 951 92 346 367 000 37 000 10 000 3 000 319 617

(1) Li minnhom 6 244 566 tunnellati jkopru l-konsenji minn produtturi fit-territorju ta' Länder il-ġdida u 8 801 tunnellati jkopru bejgħ dirett fil-Länder il-ġdida.

Iż-żieda fil-kwantitajiet totali għall-Belġju, d-Danimarka, l-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandha tingħata sabiex tippermetti l-allokazzjoni ta' kwantitjiet ta' referenza addizzjonali għal:

- il-produtturi li, bis-saħħa tat-tieni inċiż ta' Artikolu 3a (1) tar-Regolament (KEE) Nru 857/84(*), kienu ġew esklużi mill-allokazzjoni ta' kwantità ta' referenza speċjali,

- il-produtturi li jinsabu f'żoni montanjużi kif definit f'Artikolu 3(3) tad-Direttiva 75/268/KEE (**) jew għall-produtturi li hemm referenza dwarhom f'Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament jew għall-produtturi kollha.

Iż-żieda fil-kwantità totali għall-Portugall għandha tingħata bħala mod ta' prijorità biex tikkontribwixxi ħalli jkunu sodisfatti t-talbiet għall-kwantitajiet addizzjonali ta' referenza minn produtturi li l-produzzjoni tagħhom fis-sena ta' referenza 1990 kienet affettwata b'mod sostanzjali minn ċirkostanzi eċċezzjonali li seħħew matul il-perjodu 1988 sa 1990 jew għall-produtturi li hemm referenza dwarhom f'Artikolu 5.

Iż-żieda fil-kwantitajiet totali ta' konsenji mogħtija għall-perjodu 1993/94 għall-Greċja, Spanja u l-Italja għandha tiġi stabbilita għal Spanja u għandha tkun estiża għall-perjodu 1994/95 għall-Greċja u l-Italja.

Il-kwantità totali ta' konsenji għall-Italja tinkludi riserva ta' 347 701 tunnellati għall-allokazzjoni, safejn ikun meħtieġ u bi ftehim mal-Kummissjoni, ta' kwantitajiet ta' referenza għall-produtturi li bdew proċeduri legali kontra l-amministrazzjoni nazzjonali wara l-irtirar tal-kwantitajiet ta' riferenza tagħhom u akkwistaw ġudizju favur tagħhom.

Iż-żieda fil-kwantitajiet totali tal-konsenji mogħtija għall-perjodu 1994/95 għall-Greċja u l-Italja għandha tkun stabbilita b'effett mill-1995/96.

Il-kwantità golabli għal-konsenji Awstrijaċi tista' tiżdied biex tikkompensa l-produtturi SLOM' tal-Awstrija, sa massimu ta' 180 000 tunnellati, li għandhom ikunu allokati skond il-leġislazzjoni tal-Komunità. Din ir-riserva m'għandhiex tkun trasferibbli u użata esklussivament għan-nom tal-produtturi li l-jedd tagħhom li jagħmlu produzzjoni mill-ġdid tkun affettwata bħala riżultat ta' l-Adeżjoni.

Il-kwantità globali għall-kwoti tal-konsenji tal-Finlandja tista' tiżdied biex tikkompensa l-produtturi SLOM' tal-Finlandja, sa massimu ta' 200 000 tunnellati, li għandhom ikunu allokati skond il-leġislazzjoni tal-Komunità. Din ir-riserva m'għandhiex tkun trasferibbli u użata esklussivament għan-nom tal-produtturi li l-jedd tagħhom li jagħmlu produzzjoni mill-ġdid tkun affettwata bħala riżultat tal-Adeżjoni.

Iż-żieda fil-kwantitajiet globali, u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom għandhom jingħataw il-kwantitajiet ta' referenzi individwali fiż-żewġ subparagrafi preċedenti, għandha tkun deċiża b'konformità mal-proċedura li hemm referenza dwarha f'Artikolu 11.

_______________

(*) ĠU L 900, ta' l-1.4.1984, p. 13.

(**) ĠU L 128, tad-19.5.1975, p. 1.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika mill-1 ta' April 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BARROT

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU Ċ 142, tat-8.6.1995, p. 15.

[2] ĠU Ċ 151, tad-19.6.1995.

[3] ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 630/95 (ĠU L 66, tat-23.3.1995, p. 11).

Top