Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1422

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/95 tat-23 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta' molasses fis-settur taz-zokkor u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 785/68

    ĠU L 141, 24.6.1995, p. 12–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32006R0951

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1422/oj

    31995R1422



    Official Journal L 141 , 24/06/1995 P. 0012 - 0015


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/95

    tat-23 ta' Ġunju 1995

    li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta' molasses fis-settur taz-zokkor u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 785/68

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], skond l-aħħar emendi permezz tar-Regolament (KE) Nru 1101/95 [2], u b' mod partikolari l-Artikoli 14 (2), 15 (4), 15a, 16 (4) u 39 tiegħu,

    Billi, bħala riżultat tal-Ftehim dwar l-Agrikultura magħmul bħala parti mill-Uruguay Round dwar negozjati kummerċjali multilaterali, hawn aktar "il quddiem magħruf bħala" il-Ftehim', ċerti regoli tal- Komunità dwar importazzjonijiet jeħtieġu li jkunu aġġustati mill-1 ta' Lulju 1995 fis-settur taz-zokkor, u b'mod partikolari għar-rigward ta' molasses;

    Billi, peress li l-Ftehim jikkonverti l-miżuri kollha li jirrestrinġu importazzjonijiet ta' prodotti agrarji f'rati ta' imposti tat-tariffa doganali komuni, hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala "imposti ta' tariffa doganali" , il-variable import levies stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor għandhom ikunu aboliti; billi dan ifisser it-twaqqif ta' regoli ta' implimentazzjoni dettaljati speċjali għas-sospensjoni ta' imposti ta' importazzjoni, it-twaqqif ta' imposti ta' importazzjni addizzjonali, hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala "imposti addizzjonali", u t-twaqqif tal-prezzijiet cif ta' beet molasses u cane molasses;

    Billi hu mixtieq li l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli, li hi r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri, għandha ssir bl-aktar manjiera ċentralizzata possibbli;

    Billi sabiex jiġi ffaċilitat l-aqwa mmaniġġjar possibbli u t-trasparenza meħtieġa għall-operaturi fis-swieq tal- molasses, għandha ssir disposizzjoni għal, l-ewwelnett, biex tiġi stabbilita u ffissata kull ġimgħa, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 785/68 tas-26 ta' Ġunju 1968 li jistabilixxi l-kwalità standard u li jistabilixxi regoli dettaljati biex jiġi kkalkulat il-prezz cif għal molasses [3], il-prezzijiet cif għal molasses imsemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala "prezzijiet rappreżentattivi", fis-suq dinji ta' molasses u, it-tieninett, biex jiġu stabbiliti imposti addizzjonali bis-saħħa tad-disposizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim; billi għal dawn l-għanijiet, u meta jiġi kkunsidrat ix-shortfall tal-produzzjoni, hu mixtieq li jiġi pprovdut li, meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 785/81 ikunu aderiti, is-sospensjoni ta' l-imposti ta' importazzjoni għandha tapplika minnufih, minbarra meta tittieħed deċiżjoni kuntrarja fejn ikun hemm riskju ta' xi disturb fis-suq tal-molasses tal-Komunità bħala riżultat ta' dik is-sospensjoni;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1389/90 [4] li jistabilixxi arranġamenti għall-amministrazzjoni ta' kwota tal-Komunità ta' 600000 tunellati ta' molasses li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku jew fil-pajjiżi u territorji overseas, f'liema kwota imposta ridotta tkun applikata għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità; billi għall-istess raġunijiet kif stabbilit hawn fuq, dik l-imposta għandha tkun ikkonvertita f' imposta ta' importazzjoni; billi, iżda kundizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinżammu; billi peress, mill-1 ta' Lulju 1995, l-imposta ta' importazzjoni dwar molasses ser tkun anqas mill-imposta li tista' tkun applikata qabel dik id-data, l-imposta ta' importazzjoni fuq il-kwoti hawn fuq imsemmija għandha tkun stabbilita għal żero u m'għandux ikun peremess li jiġu imposti, imposti addizzjonali fuq dik il-kwota;

    Billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1411/70 [5] u (KEE) Nru 1389/90 għandhom għalhekk ikunu mħassra b'effett mill-1 ta' Lulju 1995;

    Billi xejriet fl-importazzjoni ta' molasses ġewwa l-Komunità juru li l-port ta' Amsterdam sar il-punt tal-qsim tal-fruntiera tal-Komunità; billi r-Regolament (KEE) Nru 785/68 għandu għalhekk ikun emendat;

    Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L--imposti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandhom ikunu applikati għal molasses koperti bil-kodiċi NM 17031000 u 17039000.

    2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, prezzijiet rappreżentattivi għal molasses fis-suq dinji jew fis-suq ta' importazzjoni tal-Komunità kif imsemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 ifissru l-prezzijiet cif għal dawk il-prodotti stabbiliti u ffissati mill-Kummissjoni bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 785/68.

    Dawn il-prezzijiet għandhom normalment ikunu ffissati kull ġimgħa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81. Dawn għandhom ikunu applikabbli sakemm fixing sussegwenti jidħol fis-seħħ.

    3. Meta l-Kummissjoni ma tkunx tista' tistabbilixxi prezz rappreżentattiv speċifiku għal beet molasses koperti bil-kodiċi NM 17039000 għal ġimgħa partikolari minħabba nuqqas ta' informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta' xiri għal dan it-tip ta' molasses, il-prezz rappreżentattiv speċifiku li qabel kien fis-seħħ għandu jibqa' jkun applikat.

    Iżda, dan il-prezz rappreżentattiv ma japplikax għal perjodu ta' aktar minn erba' ġimgħat. Wara dan, il-prezz rappreżentattiv għal beet molasses koperti bil-kodiċi NM 17039000 għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezz rappreżentattiv fis-seħħ għal cane molasses taħt il-kodiċi CN 17031000 kif ukoll rata fissa ta' ECU 0,30 kull 100 kilogramm, meta wieħed jikkunsidra t-trigger price għal beet molasses.

    Artikolu 2

    Għal 100 kilogramm ta' molasses tal-kwalità standard imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 785/68, it-trigger price imsemmi fl-Artikolu 15 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandu jkun ekwivalenti għal:

    (a) ECU 7,90 għal molasses koperti bil-kodiċi NM 17031000;

    (b) ECU 8,20 għal molasses koperti bil-kodiċi NM 17039000.

    Artikolu 3

    1. L-ammont ta' l-imposti addizzjonali għal kull wieħed mit-tipi ta' molasses imsemmija fl-Artikolu 1 (1) li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-prezz rappreżentattiv rilevanti għandu jkun stabbilit kull ġimgħa fl-istess ħin li l-prezzijiet rappreżentattivi, kif stabbiliti fil-paragrafu 2.

    2. Billi d-differenza bejn it-trigger price rilevanti msemmi fl-Artikolu 2 u l-prezz cif ta' importazzjoni li għandu jittieħed in konsiderazzjoni biex tiġi stabbilita l-imposta addizzjonali stabbilita fl-Artikolu 4:

    (a) hi 10 % jew anqas tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun ta' żero;

    (b) hi aktar minn 10 % iżda anqas jew daqs 40 % tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun 30 % ta' l-ammont 'il fuq minn 10 %;

    (ċ) hi aktar minn 40 % iżda anqas minn jew daqs 60 % tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun 50 % ta' l-ammont 'il fuq minn 40 %, li miegħu għandha tiżdied l-imposta addizzjonali msemmija taħt (b);

    (d) hi aktar minn 60 % iżda anqas minn 75 % tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun 70 % ta' l-ammont 'il fuq minn 60 %, li miegħu għandhom jiżdiedu l-imposti addizzjonali taħt (b) u (ċ);

    (e) hi aktar minn 75 % tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun 90 % ta' l-ammont 'il fuq minn 75 %, li miegħu għandhom jiżdiedu l-imposti addizzjonali taħt (b), (ċ) u (d).

    Artikolu 4

    1. Meta ma jkun hemm l-ebda talba tat-tip imsemmija fil-paragrafu 2, jew meta l-prezz cif ta' importazzjoni tal-kunsinna msemmija fil-paragrafu 2 ikun inqas mill-prezz rappreżentattiv rilevanti ffissat mill-Kummissjoni, il-prezz cif ta' importazzjoni ta' dik il-kunsinna li għandu jiġi kunsidrat għall-impożizzjoni ta' imposti addizzjonali għandu jkun il-prezz rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 1 (2) jew (3).

    2. L-importatur jista', fuq talba magħmula lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li jimporta fil-ħin ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' importazzjoni, jkollu l-prezz cif ta' importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni, ikkonvertita fi standard quality molasses kif imfisser fl-Artikolu 1 tar-Regolament 785/68, applikat għall-finijiet li tiġi stabbilita l-imposta addizzjonali fejn il-prezz cif hawn fuq imsemmi jkun akbar mill-prezz rappreżentattiv applikabbli msemmi fl-Artikolu 1 (2) jew (3).

    Il-prezz cif ta' importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni għandu jkun ikkonvertit fil-prezz tal-molasses tal-kwalità ta' standard permezz ta' aġġustament bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 785/68.

    F'dawk il-każijiet l-applikazzjoni tal-prezz cif ta' importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni tapplika għall-finijiet li jiġi stabbilit l-imposta addizzjonali sakemm il-parti interessata tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jimporta mill-inqas ix-xhieda li ġejja:

    - il-kuntratt tax-xiri jew xhieda ekwivalenti,

    - il-kuntratt ta' l-assigurazzjoni,

    - il-fattura,

    - il-kuntratt ta' trasport (meta jkun applikabbli),

    - iċ-ċertifikat ta' oriġini,

    - u fil-każ ta' trasport bil-baħar, il-bill of lading,

    fi żmien tletin jum mid-data li fiha d-dikjarazzjoni ta' importazzjoni kienet aċċettata.

    L-Istat Membru in kwistjoni jista' jeħtieġ kull informazzjoni oħra u dokumenti b'appoġġ tat-talba.

    Malli ssir it-talba, l-imposta addizzjonali in kwistjoni kif stabbilit mill-Kummissjoni għandha tkun applikata.

    Iżda, d-differenza bejn l-imposta addizzjonali rilevanti kif stabbilit mill-Kummissjoni u l-imposta addizzjonali stabbilita abbażi tal-prezz cif ta' importazzjoni tal-kunsinna in-kwistjoni għandha tintuża, fuq talba tal-parti interessata, għall-għemil minn dan ta' l-aħħar ta' garanzija bis-saħħa ta' l-Artikolu 248 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [6].

    Il-garanzija għandha tkun rilaxxata malli l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jimporta jaċċetta t-talba abbażi tax-xhieda mogħtija mill-parti interessata.

    L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat għandha tirriġġetta t-talba jekk tiġġudika li din ma tkunx ġustifikata mix-xhieda mogħtija.

    Jekk it-talba ma tkunx aċċettata mill-awtorità, il-garanzija tintilef.

    3. Kull ġimgħa, għar-rigward tal-ġimgħa preċedenti, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-importazzjonijiet li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni tat-talbiet kif imsemmi taħt paragrafu 2, fejn jispeċifikaw il-kwantitajiet tal-prodott u imposti rilevanti.

    Artikolu 5

    Meta l-prezz rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 1 (2) kif ukoll l-imposta ta' importazzjoni applikabbli għal cane molasses koperti bil-kodiċi N 17031000, jew għal beet molasses koperti bil-kodiċi NM 17039000, flimkien jeċċedu, għar-rigward tal-prodott in kwistjoni, l-prezz li serva bħala bażi, għas-sena ta' marketing in kwistjoni, biex jiġi stabbilit id-dħul mill-bejgħ ta' molasses bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, allura l-imposti ta' importazzjoni għandhom ikunu sospiżi u għandhom ikunu sostitwiti bl-ammont tad-differenza li tkun sabet il-Kummissjoni. Dan l-ammont għandu jkun stabbilit fl-istess ħin tal-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 1 (2).

    Iżda, meta jkun hemm riskju li s-sospensjoni tad-imposti ta' importazzjoni jista' jkollha effetti kuntrarji fuq is-suq tal-molasses fil-Komunità, tista' ssir disposizzjoni biex ma tiġix applikata dik is-sospensjoni għal perjodu speċifiku skond l-istess proċedura.

    Artikolu 6

    1. L-imposta ta' importazzjoni applikabbli għal cane molasses koperti bil-kodiċi NM 17031000 jew għal beet molasses koperti bil-kodiċi NM 17039000 li joriġinaw fi Stati ta' l-ACP għandha tkun ridotta għal żero sa limitu ta' kwota ta' 600000 tunellati kull sena ta' marketing.

    2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-kunċett ta' "prodott li joriġina" u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Protokoll Nru 1 anness mar-Raba' Konvenzjoni ta'Lome'ACP-KEE.

    3. Biex jikseb il-benefiċċju preferenzjali, l-importatur għandu jagħti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jimporta dikjarazzjoni tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa inkluża applikazzjoni għall-benefiċċju għall-prodott kopert b'dan ir-Regolament. Jekk id-dikjarazzjoni tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru, dawk l-awtoritajiet għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet biex jieħdu mill-kwoti involuti.

    4. L-applikazzjonijiet għall-ġbid li jkollhom id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    5. Il-ġbid għandu jkun mogħti mill-Kummissjoni abbażi tad-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jimporta sal-limitu li jippermetti l-bilanċ disponibbli.

    Kull ġbid mhux użat għandu jkun irritornat kemm jista' jkun malajr lill-kwota tas-sena ta' marketing li għaliha jkun ingħata.

    Meta l-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni jkunu aktar mill-bilanċ tal-kwota, allokazzjonijiet għandhom isiru fuq bażi pro rata għar-rigward ta' l-applikazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr bil-ġbid magħmul.

    6. Kull Stat Membru għandu jiggarantixxi lill-importaturi bil-prodott in kwistjoni aċċess ugwalli u kontinwu għall-kwota sakemm jippermetti l-bilanċ ta' volum ta' kwota li jkun baqa'.

    Artikolu 7

    Fl-Artikolu 5 (1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 785/68, "Rotterdam" għandu jiġi sostitwit b' "Amsterdam".

    Artikolu 8

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1411/70 u (KEE) Nru 1389/90 huma b'dan imħassra.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 177, ta' l-1.7.1981, p. 4.

    [2] ĠU L 110, ta' l-17.5.1995, p. 1.

    [3] ĠU L 145, ta' l-27.6.1968, p. 12.

    [4] ĠU L 133, ta' l-24.5.1990, p. 41.

    [5] ĠU L 156, ta' l-17.7.1970, p. 29.

    [6] ĠU L 253, ta' l-11.10.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top