EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1202

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1202/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

ĠU L 119, 30.5.1995, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1202/oj

31995R1202



Official Journal L 119 , 30/05/1995 P. 0011 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1202/95

tad-29 ta' Mejju 1995

li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1201/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi f'sitwazzjoniet fejn l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom bżonn l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni ta' pjanti sintetiċi mhux elenkati f'Parti B ta' l-Anness II minnħabba t-theddida serja għaż-żona totali tal-produzzjoni f'żona speċifika minħabba xi mard jew insetti, il-prodotti ta' l-uċuħ hekk miksuba jistgħu ma jibqax ikollhom indikazzjoni li tirreferi għall-metodi ta' produzzjoni organika;

Billi, madankollu, minħabba l-konformità mar-regoli l-oħra dwar il-produzzjoni fil-biedja organika, il-perjodu ta' konverżjoni li fit-tmiem tiegħu il-prodotti għas-suq li għandhom tali indikazzjoni li hi awtorizzata għandhom, f'ċertu ċirkostanzi, jiġu mnaqqsa;

Billi uċuħ ta' l-istess varjetà m'għandhomx jiġu mkabbra fuq unitajiet immexxija mill-istess bidwi kemm permezz ta' metodu ta' produzzjoni organika u b' metodu ta' produzzjoni konvenzjonali;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għal eċċezzjoni għal din ir-regola f'każijiet fejn ċerti żoni taħt uċuħ perenni huma konvertiti gradwalment minn biedja konvenzjonali għal biedja organika;

Billi eċċezzjonijiet għal din ir-regola jistgħu wkoll jiġu aċċettati f'ċerti żoni użati għar-riċerka agrikola bl-iskop ta' l-iżvilup tal-biedja organika u miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri;

Billi l-produzzjoni taż-żrieragħ, materjal ta' propagazzjoni veġetattiva u trapjanti hija attività magħmula minn operaturi speċjalizzati li jippratikaw il-produzzjoni organika flimkien mal-produzzjoni ta' dawn il-prodotti b'metodu ta' produzzjoni konvenzjonali;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat riferut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Punt 1 ta' l-Anness I u parti A ta' l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huma b'dan emendati kif murija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15-il ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p.1.

[2] Ara paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Ufiċjali

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

1. Is-subparagrafu segwenti huwa mdaħħal wara punt 1 tas-sezzjoni

"Pjanti u prodotti tal-pjanti"

ta' l-Anness I:

"B'mod partikolari, il-perjodu ta' konverżjoni jista jkun imnaqqas għall-aktar minimu strett minn Stat Membru f'sitwazzjonijiet fejn il-pakketti jkunu ġew ittrattati minn prodott mhux inkluż f'L-Anness II, parti B bħala parti minn skema ta' kontroll ta' pesti jew mard magħmul mandatorju mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fit-territorju tiegħu jew f'ċerti partijiet tat-territorju fir-rigward ta' wiċċ speċifiku.

It-tnaqqis fil-perjodu ta' konverżjoni għandu jieħu in konsiderazzjoni l-punti kollha segwenti:

- il-pakketti kienu diġà kkonvertiti jew kienu għaddejjin minn konverżjoni għall-biedja organika,

- id-degradazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanta kkonċernat għandu jirriżulta f'livell insinjifikanti ta' residwu fil-ħamrija u, fejn ta' l-aħħar huwa wiċċ perenni, fil-wiċċ,

- l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra tad-deċiżjoni rigward l-obbligu tat-trattament u anke l-livell tat-tnaqqis deċiz fil-perjodu ta' konverżjoni,

- prodotti tal-ħsad wara t-trattament ma jistgħux jinbiegħu b' indikazzjoni li tirreferi għal produzzjoni organika."

2. Punt 9 ta' Parti A ta' l-Anness III huwa mibdul b'dan li ġej:

"9. Fejn operatur imexxi diversi unitajiet ta' produzzjoni fl-istess medda li tipproduċi uċuħ jew prodotti mill-uċuħ mhux koperti bl-Artikolu 1 flimkien ma' postijiet ta' ħażna għall-prodotti li jiddaħħlu (bħalma huma fertilizzanti, prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti, żerriegħa) għandhom ikunu wkoll soġġetti għall-arranġamenti ta' spezzjonar fir-rigward ta' l-ewwel subparagrafu ta' punti 2 u l-punti 3 u 4. Uċuħ ta' l-istess varjetà bħal dawk prodotti fl-unità referuta f'punt 1 ma jistgħx jiġu prodotti f'dawn l-unitajiet.

Madankollu, produtturi jistgħu jidderogaw mir-regola rreferuta fl-aħħar sentenza tas-subparagrafu preċedenti:

(a) fil-każ tal-produzzjoni ta' prodotti ta' uċuħ perenni (tkabbir ta' frott, dwieli u ħops) basta l-kondizzjonijiet segwenti jintlaħqu:

1. il-produzzjoni in kwistjoni tifforma parti minn pjan ta' konverżjoni fir-rigward ta' liema l-produttur jagħti mpenn serju u li jipprovdi għall-bidu tal-konverżjoni ta' l-aħħar parti tal-medda kkonċernata għall-produzzjoni organika fl-iqsar żmien possibli li m'għandhiex fl-ebda każ teċċedi l-massimu ta' ħames snin,

2. miżuri xierqa ttieħdu sabiex jiżguraw is-separazzjoni permanenti tal-prodotti miksuba minn kull unità kkonċernata,

3. il-korp spezzjonanti jew l-awtorità huwa nnotifikat bil-ħsad ta' kull prodott ikkonċernat mill-anqas 48 siegħa minn qabel,

4. eżatt wara tmiem il-ħsad, il-produttur jinforma l-korp spezzjonanti jew awtorità bil-kwantitajiet eżatti maħsuda fl-unitajiet ikkonċernati flimkien ma' fattizzi partikolari distingwibbli (bħalma huma l-kwalità, il-kulur, il-piz medju eċċ) u jikkonferma li l-miżuri meħuda sabiex jisseparaw il-prodotti ġew applikati,

5. il-pjan ta' konverżjoni u l-miżuri rriferuti f'punti 1 u 2 ġew approvati mill-korp spezzjonanti jew l-awtorità. Tali approvazzjoni għandha tiġi konfermata kull sena wara l-bidu tal-pjan ta' konverżjoni;

(b) fil-każ ta' meded maħsuba għar-riċerka agrikola miftehma mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, basta l-kondizzjonijiet 2, 3 u 4 u l-parti rilevanti tal-kondizzjoni 5 li għaliha saret referenza f'(a) huma milħuqa;

(ċ) fil-każ tal-produzzjoni taż-żerriegħa, materja ta' propagazzjoni veġetattiva u trapjanti, basta l-kondizzjonijiet 2, 3 u 4 u l-parti rilevanti f'kondizzjoni 5 li għalihom saret referenza f'(a) huma milħuqa."

--------------------------------------------------

Top