Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R0786

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/95 tas-6 ta’ April 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd.

    ĠU L 79, 7.4.1995, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32003R2295

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/786/oj

    31995R0786



    Official Journal L 079 , 07/04/1995 P. 0012 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/95

    tas-6 ta’ April 1995

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3117/94 [2]

    , u b’mod partikolari Artikolu 20 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3239/94 [4], jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu implimentati l-i standards tal-marketing;

    Billi d-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-indikazzjonijiet fuq il-pakketti li jkun fihom il-kliem "extra" jew "extra frisk" iridu jiġu emendati sabiex iqisu tal-aħħar emenda tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90;

    Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    "1. L-istrixxa jew it-tikketta riferiti f’Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 irid jkunu stampata jew imwaħħla hekk illi l-ebda tagħrif fuq il-pakkett ma jiġi moħbi bil-pożizzjoni ta’ l-istrixxa jew tat-tikketta. Il-kelma "extra" għandha tkun stampata fuq l-istrixxa jew it-tikketta b’ittri korsivi għoljin 1ċm segwita bil-kelma "sa" u ż-żewġ settijiet ta’ ċifri riferiti fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 14(1) li jindikaw is-seba’ jum wara l-pakkjar jew id-disa’ jum wara d-data ta’ meta tbied. Fejn id-data tal-pakkjar tkun indikata fuq il-pakketti, l-indikazzjoni riferita hawn fuq tista’ tinbidel bl-indikazzjoni li ġejja:"extra sas-seba’ jum wara l-pakkettjar"

    Fejn il-jum meta jkun inbied tiġi indikata fuq il-pakketti, l-indikazzjoni riferita hawn fuq tista’ tinbidel bl-indikazzjoni li ġejja:"extra sad-disa’ jum wara li tbied"

    Il-kelma "extra" tista’ tiġi segwita bil-kelma "frisk"

    2. Fejn l-istrixxa jew it-tikketta riferiti fil-paragrafu 1 ma jkunux jistgħu jitneħħew mill-pakkett, il-pakkett għandu jitneħħa miż-żona tal-bejgħ mhux iktar tard mis-seba’ jum wara l-pakkettjar jew id-disa’ jum wara l-għemil tal-bajd u l-bajd irid jiġi ppakkjat mill-ġdid."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ April 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nr L 173, tas-6.7.1990, p. 5.

    [2] ĠU Nr L 330, tal-21.12.1994, p. 4.

    [3] ĠU Nr L 121, tas-16.5.1991, p. 11.

    [4] ĠU Nr L 338, tat-28.12.1994, p. 48.

    --------------------------------------------------

    Top