Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R0629

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 629/95 tat-23 ta' Marzu 1995 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffi tal-ħalib u ta' prodotti tal-ħalib miftuħa għall-Ungerija u l-Bulgarija bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3379/94

ĠU L 66, 24.3.1995, p. 6–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/629/oj

31995R0629



Official Journal L 066 , 24/03/1995 P. 0006 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni

(KE) nru 629/95 tat-23 ta' Marzu 1995

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffi tal-ħalib u ta' prodotti tal-ħalib miftuħa għall-Ungerija u l-Bulgarija bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3379/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3379/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tat-tariffi tal-Komunità fl-1995 għal ċerti prodotti agrikoli u għall-birra [1], u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi, b'riżultat ta' l-addeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, ir-Regolament (KE) Nru 3379/94 fetaħ kwoti tat-tariffi awtonomi għall-1995 sabiex jiżgura, temporanjament, konformità ma l-impenji li jirrigwardjaw l-aġġustament tal-konċessjonijiet mogħtija għal ċerti prodotti agrikoli lill-Ungerija u l-Bulgarija (fost pajjiżi oħra), u sakemm jiġu konklużi potokolli addizjonali għall-Ftehim ma’ dawk il-pajjiżi; billi l-kwoti ġodda huma mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti ta' l-importazzjoni stipulati fl-imsemmija Ftehim bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi;

Billi l-imsemmi Regolament jintroduċi għall-1995 arranġamenti għat-tnaqqis jew eżenzjoni minn levies fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti, inklużi l-ħalib u prodotti tal-ħalib; billi għandhom jiġu adottati regoli ta' l-applikazzjoni dettaljati bil-għan li jiġu amministrati l-arranġamenti kkonċernati; billi dawk ir-regoli dettaljati jew jissupplimetaw jew jidderogaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jistipula r-regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ta' ċertifikati -kompletati bil-quddiem għal prodotti agrikoli [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 340/95 [3];

Billi, sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa ta' l-importazzjoni, applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu jeħtieġu garanzija u għandu jkun hemm stipulati ċerti kondizzjonijiet marbuta ma’ tali applikazzjonijiet għal-liċenzji; billi l-ammonti fissi għandhom ikunu mqassma matul is-sena u l-proċedura għall-għoti ta' liċenzji kif ukoll it-terminu tal-validità tagħhom għandhom ikunu speċifikati;

Billi għandu jiġi żgurat aċċess kontinwu għall-imsemmija ammonti fissi għall-importaturi kollha tal-Komunità u l-levy mnaqqsa għandha tkun applikata b'konsistenza għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti in kwistjoni fl-Istati Membri kollha sakemm l-ammonti stabbiliti jiġu eżawriti; billi għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-amministrazzjoni effiċjenti tal-Komunità ta' dawk l-ammont stabbiliti u, partikolarment minħabba r-riskju ta' l-ispekulazzjoni, l-aċċess mill-importaturi għall-iskema msemmija għandu jkun suġġett għall-konformità ma’ kondizzjonijiet speċifiċi; billi dan il-metodu ta' amministrazzjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

Billi l-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas ta' l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 3379/94, l-importazzjoni kollha fil-Komunità ta' prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Ungerija u fil-Bulgarija li jaqgħu taħt il-kodiċi NM msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzji ta' l-importazzjoni mitluba u maħruġa skond it-termini hawnhekk stipulati f'dan ir-Regolament.

Il-kwantitajiet ta' prodotti li għalihom japplikaw dawn l-arranġamenti u r-rati ta' tnaqqis fil-levies għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet imsemmija fl-Anness I għandhom ikunu mqassma kif ġej:

- 33 % fil-perjodu bejn l-1 ta' April u t-30 ta' Ġunju,

- 33 % fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u t-30 ta' Settembru,

- 34 % fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru.

Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet segwenti:

(a) mat-talba għal-liċenzja ta' l-importazzjoni min jagħmel it-talba għandu jipprova għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat li huwa kien fin-negozju tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ma’ pajjiżi terzi mill-inqas għall-aħħar 12-il xahar. Madanakollu, stabbilimenti tal-kummerċ jew ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi finali huma esklużi mill-benefiċċji ta' dan ir-regolament;

(b) fil-każ ta' prodott li joriġina f'wieħed miż-żewġ pajjiżi koperti b'dan ir-Regolament l-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jindikaw biss kodiċi NM wieħed imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jirrigwardjaw mill-anqas 10 tunnellati u sa massimu ta' 25 % tal-kwantità disponibbli għall-prodott ikkonċernat għall-perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 2 li għalih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja;

(ċ) It-Taqsima 8 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u tal-liċenzji nfushom għandha tindika l-pajjiż ta' l-oriġini; il-liċenzji jorbtu magħhom l-obbligu ta' importazzjoni mill-pajjiż indikat;

(d) It-Taqsima 20 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u tal-liċenzji nfushom għandha tindika waħda mis-segwenti:

Reglamento (CE) no 629/95,

Forordning (EF) nr. 629/95,

Verordnung (EG) Nr. 629/95,

Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 629/95,

Regulation (EC) No 629/95,

Règlement (CE) no 629/95,

Regolamento (CE) n. 629/95,

Verordening (EG) nr. 629/95,

Regulamento (CE) n.o 629/95,

Förordning (EG) nr 629/95,

Asetus (EY) N:o 629/95;

(e) It-Taqsima 24 tal-liċenzji għandha tindika waħda mis-segwenti:

Reducción de la exacción reguladora establecida en el Reglamento (CE) no 629/95,

Nedsættelse, jf. forordning (EF) nr. 629/95, af importafgiften,

Ermäßigung der Abschöpfung gemäß der Verordnung (EG) Nr. 629/95,

Μείωση του δασμού όπως προβλέπεται από τον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 629/95,

Levy reduced in accordance with Regulation (EC) No 629/95,

Réduction du prélèvement prévue par le règlement (CE) no 629/95,

Riduzione del prelievo a norma del regolamento (CE) n. 629/95,

Heffing verlaagd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 629/95,

Redução do direito nivelador prevista no Regulamento (CE) n.o 629/95,

Nedsättning av importavgiften enligt förordning (EG) nr 629/95,

Asetuksessa (EY) N:o 629/95 säädetty maksun alennus.

Artikolu 4

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jiġu ppreżentati biss fl-ewwel 10 ijiem ta' kull perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 2.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu ammissibli biss meta l-applikant jiddikjara bil-miktub, fir-rigward tal-perjodu kurrenti, li jintrabat li ma jissottomettix, u li fil-fatt ma ssottomettiex, applikazzjonijiet oħrajn - taħt l-arranġamenti ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 - li jikkonċernaw prodotti bl-istess kodiċi u pajjiż ta' l-oriġini fl-Istat Membru li fih ikun issottometta l-applikazzjoni jew fi Stati Membri oħrajn; meta l-istess parti interessata tissottometti aktar minn applikazzjoni waħda li tirrigwardja l-istess prodott, l-applikazzjonijiet kollha ta' dik il-persuna għandhom ikunu inammissibli.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet sottomessi għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Anness I fit-tielet jum ta' xogħol wara t-tmiem tal-perjodu miftuħ għas-sottomissjonijiet ta' l-applikazzjonijiet. Din in-notifika għandha tinkludi l-lista ta' applikanti, il-kwantitajiet rikjesti bil-kodiċi NM u l-pajjiżi ta' l-oriġini. In-notifiki kollha, inklużi notifiki ta' applikazzjonijiet nulli, għandhom isiru b'telex jew fax fil-jum tax-xogħol stipulat, skond il-mudell muri fl-Anness II ta' dan ir-Regolament meta ma tkun ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni, u skond il-mudelli murija fl-Annessi II u III meta jkunu ġew sottomessi applikazzjonijiet.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista jkun il-limiti tal-kwantitajiet li għandhom jingħataw fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Jekk il-kwantitajiet li għalihom tkun intalbet liċenzja jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli fir-rigward ta' kull kodiċi NM u pajjiż ta' l-oriġini, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi perċentwal ta' tnaqqis uniku fil-kwantitajiet mitluba. Jekk l-applikant jikkunsidra l-kwantità miksuba b'tali perċentwal bħala insuffiċenti, huwa jista’ ma jużax il-liċenzja. F'dak il-każ għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'din id-deċiżjoni fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fis-sotto-paragrafu preċedenti. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni bid-dettalji ta' din in-notifika.

Meta l-kwantità totali mitluba fl-applikazzjonijiet sottomessi tkun inqas mill-kwantità disponibbli fir-rigward ta' kull kodiċi NM u tal-pajjiż, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-kwantità li jifdal, u li għandha tiżdied mal-kwantità disponibbli għall-perjodu ta' wara.

5. Il-liċenzji għandhom jinħarġu malajr kemm jista’ jkun wara li l-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 5

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jibqgħu validi għal 60 jum mid-data tal-ħruġ effettiv.

Madanakollu, il-liċenzji m'għandhomx ikunu validi wara l-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkunu nħarġu.

Liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa bis-saħħa ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

Għal applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' l-importazzjoni għall-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 1 għandha tingħata garanzija ta' ECU 36,23 għal kull 100 kilogramm.

Artikolu 7

Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament (KEE) Nru 3719/88.

Madanakollu, minkejja l-Artikolu 8(4) ta' dak ir-Regolament, il-kwantità impurtata bis-saħħa ta' dan ir-Regolament ma tistax teċċedi dik indikata fit-Taqsimiet 17 u 18 tal-liċenzja ta' l-importazzjoni. Fit-Taqsima 19 ta' l-imsemmija liċenzja għandha titniżżel il-figura "0".

Artikolu 8

Il-prodotti għandhom jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat EUR 1 maħruġ mill-pajjiż ta' l-esportazzjoni skond il-Protokoll 4 anness mal-Ftehim Tranżitorju

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Marzu 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 366, tal-31.12.1984, p. 3.

[2] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[3] ĠU L 39, tal-21.2.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija

Eżenzjoni mil-levy sa mill-1 ta' Jannar 1995

f'tunnellati |

Kodiċi NM | Prodott | 1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1995 |

ex040690 | Ġobon barra ġobon mill-ħalib tal-baqar | 400 |

Prodotti li joriġinaw fl-Ungerija

Tnaqqis tal-levy ta' 60 % sa mill-1 ta' Jannar 1995 f'tunnellati

f'tunnellati |

Kodiċi NM | Prodott | 1 ta' Jannar sal-31 ta'Diċembru 1995 |

ex04069086 | Balaton, Krema-bajda, Hajdu, Marvany | 500 |

ex04069087 | Ovari, Pannonia, Trappista | |

ex04069088 | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 629/95

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 629/95

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top